LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 4/8 p. 10
  • Meta l-Imħabba Tkun Għamja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta l-Imħabba Tkun Għamja
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Il-Baħrija Sabiħa
    Stenbaħ!—2001
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2001
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Werrej
    Stenbaħ!—2010
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 4/8 p. 10

Meta l-​Imħabba Tkun Għamja

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FI SPANJA

IMMAĠINAK tfittex għarusa kieku ma kontx tara mill-​bogħod u kieku x-​xebbiet addattati kienu joħorġu biss meta jkun dalam. Id-​dilemma tal-​baħrija imperatriċi (emperor moth) raġel hija propju din. Imma dan l-​insett eleganti għandu ċerti attributi li permezz tagħhom din l-​isfida hekk kbira ma tkunx daqshekk tal-​biżaʼ.

Matul ix-​xhur sajfin, seħibna li dalwaqt ikun se jibda jfittex sieħba għalih, iqattaʼ l-​ġranet tiegħu bħala larva oħxon, jiblaʼ l-​ikel kollu li jkun jistaʼ jsib. B’hekk, ir-​rebbiegħa taʼ wara, meta joħroġ mill-​fosdqa tiegħu, dan l-​insett ileqq ikollu biżżejjed ikel maħżun biex iservih għall-​għomor qasir li għandu.

B’moħħu mistrieħ mill-​ikel, dan l-​insett jistaʼ jikkonċentra fuq il-​biċċa xogħol taʼ li jsib sieħba. Madankollu, kieku ma kienx għal biċċa għodda utli li jġorr miegħu, kieku mur sibha sieħba fid-​dawl taʼ qamar!

Telgħin bħal żewġ felċi delikati mir-​ras ċkejkna tiegħu hemm żewġ antenni. Dawn iż-​żewġ friegħi żgħar tistaʼ ssejħilhom l-​iktar apparat sofistikat fid-​dinja li jagħraf l-​irwejjaħ. Iktar minn hekk, dawn huma rranġati biex isibu traċċi żgħar ħafna taʼ feromon, jew “fwieħa,” li titfaʼ l-​baħrija mara biex togħġbu.

Għalkemm jistaʼ jkun hemm ftit baħrijiet nisa, il-​feromon qawwi tagħhom jaġixxi bħala sinjal qawwi għas-​sens tax-​xamm. Tant huma sensittivi l-​antenni tal-​baħrija raġel li dawn jistgħu jindunaw b’baħrija mara minn kważi ħdax-il kilometru ’l bogħod. B’hekk fl-​aħħar jintgħelbu l-​ostakli kollha, u l-​baħrija raġel u l-​baħrija mara finalment jiltaqgħu. L-​imħabba tistaʼ tkun għamja fid-​dinja taʼ l-​insetti—għallinqas f’dan il-​każ.

Il-ħolqien t’Alla huwa mimli b’dawn id-​dettalji affaxxinanti u disinni taʼ l-​għaġeb! Is-​salmista kiteb: “Kemm huma kotrana l-​għemejjel tiegħek, Mulej! Kollha bl-​għerf għamilthom.”—Salm 104:24.

[Sors tal-​istampa f’paġna 10]

© A. R. Pittaway

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja