LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 1/8 p. 16
  • Salvataġġ Drammatiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Salvataġġ Drammatiku
  • Stenbaħ!—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Tasal l-​Għajnuna
  • Fejn Tinsab is-Sigurtà Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Jistaʼ dak li jkun jagħmel xogħlijiet tajbin fis-Sabat?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Offrew lilhom infushom minn rajhom—fl-Afrika tal-Punent
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Stenbaħ!—2001
g01 1/8 p. 16

Salvataġġ Drammatiku

Minn korrispondent taʼ Stenbaħ! F’BENIN

“DAWK it-​tlett irġiel għadhom ħajjin bis-​saħħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah għax huma salvawhom!” Din kienet l-​aħbar li f’kemm ilna ngħidu xterdet mal-​belt kollha taʼ Calavi, fil-​pajjiż taʼ Benin fl-​Afrika tal-​Punent, nhar l-​Erbgħa, 19 t’April, 2000. Min kienu t-​tlett irġiel, u x-​Xhieda taʼ Jehovah kif kienu involuti fis-​salvataġġ tagħhom?

Għall-ħabta tas-​sitta u nofs taʼ fil-​għodu, Philippe Elegbe u Roger Kounougbe kienu qed ilestu biex jaħdmu fuq il-​post taʼ l-​assemblea tax-​Xhieda taʼ Jehovah li kien jinsab biswit l-​uffiċċju tal-​fergħa tal-​Watch Tower Society f’Benin. Dik il-​lejla kellhom jiltaqgħu mijiet taʼ nies għall-​Mafkar annwali tal-​mewt taʼ Ġesù Kristu.a F’daqqa waħda, ħoss kbir li jtarrxek kiser il-​ħemda taʼ fil-​għodu. Minnufih, Philippe u Roger indunaw li kien ġara xi inċident fit-​triq prinċipali.

Ftit tas-​sekondi wara semgħu raġel jgħajjat: “It-​tliet apprentisti tiegħi jinsabu mirdumin taħt l-​ixkejjer tas-​siment!” Philippe u Roger ġrew għat-​triq prinċipali. Hemmhekk raw trakk t’20 tunnellata maqlub fuq ġenbu. Qabda xkejjer mimlija siment kienu xterdu minn fuq it-​trakk.

Josué Didolanvi, li kien ukoll qed jaħdem fuq il-​post taʼ l-​assemblea, kien diġà jinsab fuq il-​post taʼ l-​inċident, u kien qed joħroġ raġel minn bejn il-​kabina tat-​trakk u l-​ixkejjer tas-​siment. Is-​sewwieq, li kien irnexxielu joħroġ waħdu minn ġol-​kabina, kien jinsab taħt xokk. Minkejja dan, irnexxielu jagħmel il-​ħila u jgħajjat: “Għad fadal tnejn min-​nies taħt l-​ixkejjer tas-​siment!” Xi nies li kienu fuq il-​post bdew ineħħu l-​ixkejjer, imma malajr qatgħu qalbhom minħabba s-​sħana taʼ l-​għaġeb. Is-​siment kien għadu kif ħareġ mill-​forn tal-​manifatturi!

Tasal l-​Għajnuna

Philippe, Roger, u Josué bdew jaħdmu iebes u jneħħu xkora wara l-​oħra mill-​muntanja taʼ xkejjer taʼ siment li kien hemm. Idejhom kienu mifnija bl-​uġigħ minħabba s-​sħana u t-​toqol taʼ 50 kilo kull xkora. Biex tkompli tgħaqqad, beda ħiereġ is-​siment minn xkejjer mifqugħin. Subgħajhom bdew jaħarquhom u bilkemm setgħu jieħdu nifs. “Idejja bdew jaħarquni, speċjalment is-​swabaʼ,” qal iktar tard Josué. “Imma bqajt naħseb li forsi kien għad baqaʼ xi ċans li nsalvaw lil min kien għadu hemm taħt.”

Wara li kienu neħħew kważi 40 xkora, it-​tlieta li huma raw tapit tat-​tibna. B’sorpriża kbira, huma sabu ż-​żewġt irġiel hemmhekk—eżatt taħt it-​tapit. Kienu għadhom ħajjin! Meta seħħ l-​inċident, dawn l-​irġiel kienu fil-​kaxxa tat-​trakk reqdin fuq it-​tapit li kien qed jgħatti l-​ixkejjer tas-​siment. Meta waqgħu minn fuq it-​trakk, it-​tapit ġie fuqhom, u pproteġiehom mis-​sħana taħraq taʼ l-​ixkejjer tas-​siment li kienu ntradmu taħthom.

Matul is-​salvataġġ u wara, inġabret folla ġmielha taʼ nies. Ilkoll baqgħu mistagħġbin kif Philippe, Roger, u Josué kien irnexxielhom ineħħu muntanja taʼ żewġ tunnellati daqshekk malajr u f’kundizzjonijiet daqshekk koroh. Baqgħu impressjonati wkoll safejn kienu lesti li jaslu dawn it-​tlett irġiel biex jgħinu nies li lanqas biss kienu jafuhom. Ma damx wisq ma sar jaf kulħadd f’Calavi bl-​isforzi erojċi tagħhom.

[Nota taʼ taħt]

a Sabiex jobdu l-​kmand taʼ Ġesù, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jikkommemoraw din iċ-​ċelebrazzjoni sagra kull sena.—Luqa 22:19.

[Stampa f’paġna 16]

Roger bit-​tapit tat-​tibna f’idu wara s-​salvataġġ

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja