LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 2/8 pp. 24-25
  • Meta l-Larinġ Ma Jkunx Oranġjo

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta l-Larinġ Ma Jkunx Oranġjo
  • Stenbaħ!—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Ħomor?
  • Frotta li Għandha Tiġi Apprezzata
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2001
  • Kif Issib il-Vera Reliġjon
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Id-Demm–Vitali għall-Ħajja
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
Stenbaħ!—2001
g01 2/8 pp. 24-25

Meta l-​Larinġ Ma Jkunx Oranġjo

MINN KITTIEB TAʼ STENBAĦ! FL-​ITALJA

IL-​LARINĠ meta ma jkunx oranġjo? Jistaʼ jkun li tidher mistoqsija stramba, imma fuq il-​gżira Taljana taʼ Sqallija, it-​tweġiba ovvja hija, “Meta jkun aħmar!”

Qed nitkellmu dwar il-​larinġ tad-​demm taʼ Sqallija, li jissejjaħ hekk minħabba l-​kulur skur tal-​flieli tiegħu. Fil-​fatt dawn jistgħu jvarjaw minn oranġjo bi ftit strixxi ħomor għal aħmar fl-​oranġjo skur għal aħmar nar għal kważi iswed. Il-​qoxra tkun oranġjo b’ħarira aħmar jew vjola, u r-​riħa tagħha taqsamlek qalbek daqskemm tfuħ. It-​togħma hija qawwija, bejn qarsa u ħelwa, u xi wħud jgħidu li tixbah ftit lil frotta oħra, bl-​Ingliż imsejħa raspberry.

Il-frott taċ-​ċitru ilu jiġi kultivat fl-​Italja minn żmien żemżem. Il-​larinġ x’aktarx li wasal Sqallija mill-​Asja fir-​rabaʼ seklu E.K., imma dan kien larinġ qares u isfar (mhux aħmar). Il-​larinġa ħelwa nġabet fl-​Ewropa mill-​Portugiżi fis-​sekli 14 u 15 u minn dakinhar ’l hawn ittieħdet fil-​pajjiżi Amerikani flimkien maʼ varjetajiet oħra taʼ frott taċ-​ċitru. Madankollu, ma kienx qabel is-​seklu 20 li l-​larinġ tad-​demm instab għall-​ewwel darba fi Sqallija.

Għala Ħomor?

Il-​larinġ kollu fih il-​karoten, li hu l-​istess pigment oranġjo fl-​isfar li jagħti l-​lewn lill-​isfar tal-​bajda u lill-​karrotti. Li fih stramb il-​larinġ tad-​demm taʼ Sqallija tal-​varjetajiet Moro, Tarocco, u Sanguinello hu li dan jiżviluppa pigment aħmar imsejjaħ anthocyanin, li jagħti l-​karatteristika taʼ kulur aħmar lill-​frott misjur.a Imma jekk iċċaqlaq siġra tal-​larinġ tad-​demm minn hawn—jiġifieri minn żona limitata fil-​provinċja taʼ Katanja, Sirakuża, u Enna—u tħawwilha banda oħra, il-​frott li din tipproduċi mhux bilfors ikun aħmar. Għala? X’fiha speċjali din il-​parti fin-​naħa tal-​lvant taʼ Sqallija?

M’huwiex ċar għalkollox x’inhuma l-​fatturi kollha involuti f’li jiġi fformat l-​anthocyanin fil-​larinġ tad-​demm taʼ Sqallija. Għad irid jiġi determinat kif il-​ħamrija teffettwa l-​pigmentazzjoni tal-​frott, jekk teffettwaha fuq kollox. Affarijiet oħra li jvarjaw jistgħu jew jgħinu jew ifixklu l-​pigment aħmar milli jifforma hekk kif il-​frotta tibda ssir. Per eżempju, ġie osservat li l-​proċess taʼ ħmura jibda meta t-​temperaturi jkunu kesħin silġ billejl u d-​dawl ikun qawwi ħafna bi nhar. Rigward it-​togħma tal-​frotta, jekk il-​frotta jkollha ħafna dawl tax-​xemx żgur li se jkollha kwantità eżatta taʼ zokkor, filwaqt li jekk ikun hemm ammont limitat taʼ xita żgur li l-​frotta se jkollha togħma bnina ħafna u ma tkunx mifqugħa bl-​ilma.

Huwa maħsub li din it-​taħlita unika taʼ fatturi hija r-​raġuni għala l-​larinġ tad-​demm taʼ Sqallija huwa differenti mill-​ieħor. F’partijiet oħra taʼ l-​Italja t’Isfel kif ukoll fi Spanja, fil-​Marokk, fi Florida, u f’Kalifornja, ġie mkabbar frott li jixbhu, imma jintqal li ħadd ma rnexxielu jikkopja l-​kwalitajiet kollha tal-​larinġa tad-​demm taʼ Sqallija.

Frotta li Għandha Tiġi Apprezzata

Minbarra l-​kulur tiegħu mhux tas-​soltu, dan il-​frott fih ukoll ħafna sustanzi. Il-​larinġ Tarocco fih l-​iktar ammont taʼ vitamina Ċ mill-​frott kollu taċ-​ċitru. Larinġa taʼ daqs normali minn dan it-​tip fiha l-​vitamina Ċ kollha li għandek bżonn f’ġurnata. Jgħidu li l-​larinġ tad-​demm jagħmel ħafna ġid. Biex insemmu xi wħud mill-​benefiċċji li fih, tazza meraq frisk u magħqud huwa tajjeb kemm fit-​togħma u wkoll tajjeb għas-​saħħa bħala sors taʼ karboidrati bażiċi, minerali, u fibra li l-​ġisem jistaʼ jużahom mill-​ewwel, u li jagħtuh l-​enerġija. Mhux taʼ b’xejn mela li l-​Isqallin li jkabbru ċ-​ċitru qed jagħmlu kulma jistgħu biex jipproteġu l-​prodott speċjali tagħhom u jżidu l-​apprezzament lejh.

Dawk li jifhmu fil-​larinġ huma konvinti li dan il-​frott Sqalli huwa “fost l-​ifjen larinġ ħelu tad-​dinja minħabba t-​togħma bnina li għandu, il-​bilanċ ideali li fih bejn l-​aċidità u l-​ħlewwa, u t-​togħma kumplessa tiegħu li tibqaʼ għal żmien twil wara li jittiekel.” Forsi xi darba jkollok ċans tara għalik innifsek jekk taqbilx maʼ dan jew le.

Għalkemm nistgħu ngħidu li tfaċċat dan l-​aħħar, il-​larinġa tad-​demm hija varjetà waħda biss mill-​varjetà enormi taʼ ikel delizzjuż li Jehovah ħalaq għall-​gost tal-​bniedem. Għalhekk, għal kulmin japprezza l-​ġenerożità divina, anki s-​“siġar tal-​frott . . . ifaħħru isem il-​Mulej.”—Salm 148:​9, 13; Ġenesi 1:29.

[Nota taʼ taħt]

a Il-karoten u l-​anthocyanin huma l-​istess pigmenti li jagħtu l-​lewn isfar, oranġjo, u aħmar lill-​weraq li jaqaʼ fil-​ħarifa.—Ara l-​Awake! tat-​22 taʼ Settembru, 1987, paġni 16-18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja