LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 5/8 p. 3
  • Ħabsijiet fi Kriżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħabsijiet fi Kriżi
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Hija s-Soluzzjoni Parti mill-Problema?
    Stenbaħ!—2001
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Jistgħu l-Ħabsin Tassew Jirranġaw Ħajjithom?
    Stenbaħ!—2001
  • Rakkonti taʼ Fidi minn ġo Ħabs Storiku
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 5/8 p. 3

Ħabsijiet fi Kriżi

“Jekk nibnu iktar ħabsijiet biex insibu tarf tal-​kriminalità nkunu qisna qed nibnu iktar ċimiterji biex insibu tarf taʼ marda qattiela.”—ROBERT GANGI, ESPERT KORREZZJONALI.

ILKOLL ngħixu f’dinja fejn jeżistu ċerti attitudnijiet, aġir, u lingwaġġ li huma aċċettabbli fis-​soċjetà u maħsubin biex ma jweġġgħux is-​sentimenti taʼ ħaddieħor. Imma dawn l-​affarijiet ġeneralment jaħbu r-​realtà kerha tal-​ħajja. Per eżempju, aħna nużaw kliem li jinstemaʼ isbaħ mill-​kelma “ħabs” li ġġib id-​dwejjaq. Nippreferu nużaw il-​kelma “penitenzjarju” jew “faċilità korrezzjonali,” fejn jiġu provduti “taħriġ vokazzjonali” u “servizzi soċjali.” Xi wħud jippreferu jużaw kliem ieħor milli jużaw il-​kelma “priġunier,” għax iħossu li din timplika li l-​ħabsin m’humiex nies normali bi kwalitajiet bħal ħaddieħor. Madankollu, jekk tneħħi dan il-​kliem sabiħ se ssib li llum il-​ħabsijiet qed jiffaċċjaw problemi serji, bħal per eżempju l-​ispiża enormi involuta biex il-​kriminali jinżammu l-​ħabs, u d-​differenza li dejjem tikber bejn x’inhi r-​raġuni li n-​nies jintefgħu l-​ħabs u dak li fil-​fatt jirriżulta fl-​aħħar mill-​aħħar.

Xi nies jiddubitaw jekk il-​ħabsijiet jagħmlux effett jew le. Huma jinnotaw li filwaqt li l-​għadd taʼ ħabsin madwar id-​dinja żdied għal iktar minn tmien miljun ruħ, ma kien hemm l-​ebda tnaqqis sinifikanti fir-​rata tal-​kriminalità taʼ ħafna pajjiżi. Barra minn hekk, filwaqt li għadd kbir taʼ ħabsin jinsabu l-​ħabs f’konnessjoni mad-​drogi, xorta għadha teżisti l-​problema kbira tad-​drogi jiġru fl-​idejn.

Madankollu, in-​nies b’mod ġenerali jippreferu l-​ħabs bħala kastig. Huma jħossu li meta individwu li jikser il-​liġi jintbagħat il-​ħabs, tkun saret ġustizzja. Waħda ġurnalista semmiet li xi nies għandhom ċertu ġenn biex jaraw il-​kriminali maqfulin fil-​ħabs.

Hemm erbaʼ raġunijiet prinċipali għala min jikser il-​liġi jintefaʼ l-​ħabs: (1) biex il-​kriminali jingħataw kastig, (2) biex is-​soċjetà tkun protetta, (3) biex jiġu evitati reati oħra fil-​futur, u (4) biex il-​kriminali jiġu riabilitati, billi jiġu mgħallmin jobdu l-​liġi u jkunu produttivi wara li jinħelsu. Ejja naraw jekk il-​ħabsijiet humiex iwettquhom dawn l-​iskopijiet.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja