LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 10/8 pp. 3-4
  • Iċ-Ċelebrazzjonijiet Popolari—Gost Iva, Ħsara Le?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iċ-Ċelebrazzjonijiet Popolari—Gost Iva, Ħsara Le?
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Il-Verità Dwar il-Halloween
    Stenbaħ!—2013
  • Kif Beda l-Halloween?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Verità dwar iċ-Ċelebrazzjonijiet Popolari
    Stenbaħ!—2001
  • Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 10/8 pp. 3-4

Iċ-​Ċelebrazzjonijiet Popolari—Gost Iva, Ħsara Le?

F’NOFS Ottubru jibda jseħħ ċertu tibdil mhux tas-​soltu f’xi bliet taʼ Franza. Il-​vetrini tal-​ħwienet jimtlew bil-​qaraʼ aħmar, skeletri, u għanqbut. Fis-​supermarkets t’hemmhekk, il-​kaxxiera jilbsu kpiepel suwed ġejjin għall-​ponta. Fl-​aħħarnett, it-​tfal iż-​żgħar jimlew it-​toroq, iħabbtu l-​bibien, u jheddu lil dak li jkun li jagħmlulu xi waħda minn tagħhom jekk ma jagħtihomx il-​ħelu li jitolbuh.

Dawn id-​drawwiet strambi kollha huma parti miċ-​ċelebrazzjoni magħrufa bħala l-​Halloween. Il-​Halloween, li qabel kien jitqies l-​iktar bħala festa Amerikana, xtered mad-​dinja kollha, u sar popolari kemm fost iż-​żgħar u kemm fost il-​kbar. Milli jidher, Franza aċċettat il-​Halloween għall-​aħħar. Skond ċertu kalkolu, kważi terz tal-​familji Franċiżi ċċelebraw din l-​okkażjoni s-​sena l-​oħra. Il-​ġurnal Taljan La Repubblica jitkellem dwar din il-​moda taʼ bħalissa bħala splużjoni li qed tinfirex mal-​peniżola Taljana kollha. Il-​gazzetta Nordkurier tgħid li “iktar ċittadini [Ġermaniżi] minn qatt qabel ma jridux jitilfu dan il-​gost waħxi.”

Mhux fl-​Ewropa biss żdiedet il-​popolarità tal-​Halloween. Mill-​Baħamas sa Ħong Kong, il-​Halloween qed jiġi ċelebrat bil-​kbir. L-​International Herald Tribune jirrapporta li s-​sena l-​oħra stazzjon tar-​radju fi Sri Lanka kellu kompetizzjoni għall-​“iktar riċetti strambi tal-​Halloween u l-​iktar twerżiq tal-​mewt waħxi.” Il-​Halloween beda jikseb ukoll il-​popolarità fil-​Ġappun, fejn eluf taʼ nies ħadu sehem f’‘parati bil-​qaraʼ aħmar’ li saru f’Tokjo.

Anki fi nħawi fid-​dinja fejn il-​Halloween m’huwiex magħruf, taʼ spiss isiru festi u ċelebrazzjonijiet li jixbhuh ħafna. Per eżempju, fil-​Britannja matul Guy Fawkes Night, tistaʼ tara ċorom taʼ tfal jittalbu l-​flus u jagħmlu ċajt goff bħal tal-​Halloween. Fit-​Tajwan, hemm il-​Festa tal-​Fanal mimlija kuluri. Tfal żgħar jiġru fit-​toroq iżommu f’idejhom fanali li fuqhom ikun hemm impinġijin għasafar u bhejjem. Il-​Messiku għandu d-​Día de los Muertos, jew Jum il-​Mejtin, ċelebrazzjoni li mill-​Messiku għaddiet għall-​Istati Uniti. Skond il-​kittieb Carlos Miller, xi Amerikani Messikani għadhom “jilbsu maskli taʼ l-​injam f’għamla taʼ ras taʼ mewt imsejħin calacas u jiżfnu f’ġieħ qrabathom mejtin.”

Il-maġġuranza tan-​nies għandhom mnejn iqisu dawn iċ-​ċelebrazzjonijiet bħala sempliċi okkażjonijiet fejn jieħdu gost mingħajr ma jġarrbu ħsara. Iqisuhom bħala skuża għat-​tfal u għall-​adulti biex jilbsu taʼ xi ħaġa u jagħmlu kulma jfettlilhom. Madankollu, ħarsa indifferenti bħal din ma tagħtix kas tal-​fatt li dawn iċ-​ċelebrazzjonijiet bla dubju għandhom oriġini pagana. Per eżempju, il-​Festa tal-​Fanal fit-​Tajwan inbdiet meta n-​nies kienu jixegħlu l-​fanali biex jipprovaw jaraw l-​ispirti tas-​sema li kienu jemmnu li qed itiru fis-​smewwiet. Jum il-​Mejtin fil-​Messiku ġej minn ritwal taʼ l-​Azteki li fih kienu jonoraw lill-​mejtin.

Xi wħud forsi jargumentaw li ma tantx huwa importanti minfejn ġejjin ċelebrazzjonijiet bħal dawn. Imma staqsi lilek innifsek, ‘Jistgħu ċelebrazzjonijiet li għandhom din l-​oriġini kerha jitqiesu bħala li ma jagħmlux ħsara?’ Dawk li jirriklamaw dawn iċ-​ċelebrazzjonijiet b’mod kummerċjali żgur li ma jinteressahomx minn dan. Rigward il-​Halloween, rappreżentant taʼ l-​Istitut Kulturali taʼ Barċellona, Spanja, osserva: “Hija festa li qed tidħol mil-​lat kummerċjali.” Tant kemm hu veru, is-​sena l-​oħra l-​irċivuti mill-​Halloween ġew kalkulati li ammontaw għal 6.8 elef miljun dollaru [Lm3.1 elef miljun] fl-​Istati Uniti biss. Fi Franza, in-​negozju taʼ kumpanija li tagħmel il-​kostumi għall-​Halloween żdied iktar minn mitt darba fi tliet snin biss.

Imma għandek tipparteċipa f’dawn iċ-​ċelebrazzjonijiet sempliċement għax huma popolari jew iġibu qligħ tajjeb? Biex insibu t-​tweġiba, se nagħtu ħarsa oħra lejn iċ-​ċelebrazzjoni tal-​Halloween.

[Stampa f’paġna 3]

Irjus tal-​mewt taz-​zokkor li jintużaw f’Jum il-​Mejtin fil-​Messiku

[Sors]

SuperStock, Inc.

[Stampa f’paġna 4]

Fil-​Britannja, Guy Fawkes Night jiġi ċelebrat bil-​ħġejjeġ tan-​nar

[Sors]

© Hulton Getty Archive/gettyimages

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja