LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 5/8 p. 9
  • Il-Paċi fid-Dinja mhix Sempliċi Ħolma!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Paċi fid-Dinja mhix Sempliċi Ħolma!
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Il-Paċi fuq l-Art—Kif Se Tinkiseb?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Paċi Vera—Minn Liema Sors?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ħalli “l-Paċi t’Alla” Tgħasses lil Qalbek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Min Se Jmexxi lill-Bniedem Lejn il-Paċi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 5/8 p. 9

Il-​Paċi fid-​Dinja mhix Sempliċi Ħolma!

KIEKU Alfred Nobel kellu jħares lura lejn is-​seklu li għadda, ikun jistaʼ jħossu ottimist dwar il-​prospetti għall-​paċi fid-​dinja? M’hemmx dubju illi hu kien jieħu gost isir jaf li ħafna kienu dawk li għamlu sforzi sinċieri biex iwaqqfu l-​gwerer. Madankollu, kien jiġi wiċċ imbwiċċ mar-​realtà ħarxa. Il-​professur Hugh Thomas din jiġborha tajjeb fi ftit kliem: “Is-​seklu għoxrin—għalkemm magħruf għat-​titjib soċjali u ż-​żjieda fl-​interess tal-​gvern fil-​ħajjiet tal-​fqar—kien dominat mill-​maxingann, it-​tank, il-​B-52, il-​bomba nukleari u, finalment, il-​missila. Ġie mmarkat bi gwerer iktar imdemmijin u qerrieda minn dawk taʼ kull żmien ieħor.” Thomas iżid jgħid li “għalhekk, hija kwistjoni t’opinjoni jekk din l-​era tistax tassew tissejjaħ [l-era] tal-​progress jew le.”

Issa li dħalna fis-​seklu 21, jidher li hemm iktar prospetti għall-​paċi fid-​dinja? Lanqas xejn! B’referenza għall-​attakki terroristiċi tal-​11 taʼ Settembru, 2001, fil-​Belt taʼ New York u f’Washington, D.C., ir-​rivista Newsweek tgħid: “F’dinja fejn [l-ajruplani] 767 jistgħu jinbidlu f’missili gwidati, xejn ma jidher impossibbli, assurd—jew, agħar minn hekk, li jistaʼ jiġi evitat.”

Hemm min jgħid li biex il-​paċi fid-​dinja ssir realtà, iridu jseħħu żewġ affarijiet: L-​ewwel, hemm bżonn taʼ bidliet kbar fil-​ħarsa u l-​imġiba tal-​bnedmin; u t-​tieni, il-​ġnus kollha jridu jingħaqdu taħt gvern wieħed. Il-​Bibbja tbassar dwar żmien fejn il-​paċi se tinkiseb—imma mhux permezz taʼ l-​isforzi tal-​bniedem. Salm 46:10 (Saydon [46:​9, NW]) jgħid dwar il-​Ħallieq, Alla Jehovah: “Hu li jwaqqaf il-​gwerer sa truf l-​art.” (Korsiv tagħna) Alla kif se jwettqu dan? Permezz tas-​Saltna tiegħu, li għaliha ħafna nies sinċieri talbu kemm-il darba. Din is-​Saltna m’hijiex kundizzjoni fil-​qalb li diffiċli tifhem x’inhi, imma gvern reali li bih Alla se jistabbilixxi l-​paċi minn tarf sa tarf l-​art. Il-​profeta mnebbaħ Isaija bassar li s-​sudditi taʼ dan il-​gvern “is-​sengħa tal-​gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed.” (Isaija 2:4) Permezz taʼ programm edukattiv mad-​dinja kollha, in-​nies se jitgħallmu jgħixu fil-​paċi u b’hekk “jibdlu x-​xwabel tagħhom f’sikek tal-​moħriet, u l-​lanez tagħhom fi mnieġel.”

Saħansitra issa, ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed jagħmluh dan. Huma jirrifjutaw li jaqbdu l-​armi kontra sħabhom il-​bnedmin, għalkemm huma jagħmlu parti minn gruppi etniċi differenti u jgħixu f’iktar minn 200 pajjiż differenti. Il-​waqfa newtrali tagħhom f’dinja sfrakassata bil-​gwerer juri li l-​paċi mhix ħolma Utopjana imma tistaʼ ssir realtà.

Tixtieq tkun taf iktar dwar din it-​tama bbażata mill-​Bibbja għall-​paċi vera? Jekk jogħġbok ikteb lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista fl-​indirizz imniżżel f’paġna 5 li hu l-​eqreb għalik, jew ikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​inħawi tiegħek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja