LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 8/8 pp. 9-11
  • Evita n-Nasba tal-Logħob tal-Flus

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Evita n-Nasba tal-Logħob tal-Flus
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kellhom is-​Saħħa biex Jinbidlu
  • X’Hemm Ħażin fil-Logħob tal-Flus?
    Stenbaħ!—2002
  • Il-​logħob għall-​flus
    Stenbaħ!—2015
  • Il-logħob tal-ażżard huwa dnub?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Logħob tal-Flus Isaħħar lil Kulħadd
    Stenbaħ!—2002
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 8/8 pp. 9-11

Evita n-​Nasba tal-​Logħob tal-​Flus

“Il-​logħob tal-​flus m’effettwalix saħħti, u dejjem ikkontrollajt kemm kont nonfoq fuq il-​logħob. Imma nammetti li kulmeta lgħabt xi lotterija, dejjem għażilt dawk li qisthom bħala n-​numri fortunati tiegħi.”—Linda.

ĦAFNA minn dawk li jħobbu jilagħbuhom jibdew jemmnu bin-​numri fortunati jew bil-​lucky charms. Forsi huma ma jaħsbux li qed jieħdu t-​twemmin superstizzjuż tagħhom bis-​serjetà ħafna, imma xorta waħda jistgħu jippersistu fih.

Xi wħud minn dawk li jilagħbuhom saħansitra joffru talb lil Alla ħalli jgħinhom jirbħu l-​logħba magħżula tagħhom. Madankollu, fil-​Bibbja nsibu l-​kundanna t’Alla għal dawk li jsostnu li jqimuh imma li qegħdin ‘iħejju mejda għall-​Fortuna.’ (Isaija 65:​11, Karm Żammit) Iva, Alla jistmerrhom il-​prattiċi li jippromwovu twemmin superstizzjuż fil-​fortuna. Il-​logħob tal-​flus, minnu nnifsu, jinkuraġġixxi fidi għamja fl-​hekk imsejħa Xorti.

Bla mistħija, il-​logħob tal-​flus jippromwovi wkoll imħabba għall-​flus. Illum, f’soċjetà dejjem iktar sekularizzata, il-​flus infushom saru alla sostitut, u l-​logħob tal-​flus sar mod popolari kif iqimuh. Il-​katidrali l-​ġodda huma l-​każinos mill-​aqwa, u l-​kredu l-​ġdid hu li r-​regħba hija tajba. Riċerkaturi sabu li l-​maġġuranza kbira tan-​nies li jmorru fil-​każinos jgħidu li dan ma jagħmluhx għad-​divertiment jew għall-​atmosfera, imma biex jirbħu “ammont taʼ flus tassew kbir.” Madankollu, il-​Bibbja twissina: “Ir-​regħba għall-​flus hi l-​għerq taʼ kull ħażen; kien ħtija taʼ din ir-​regħba li xi wħud ħarġu barra mit-​triq tal-​fidi u nfnew b’niket kbir.”—1 Timotju 6:10.

Fl-1 Korintin 6:​9, 10, il-​Bibbja tgħid b’mod ċar: “La titqarrqux! La . . . idolatri . . . la rgħiba . . . ma jirtu s-​saltna taʼ Alla!” Ir-​regħba m’hijiex biss marda soċjali li ddgħajjef; hija wkoll marda spiritwali li ġġib il-​mewt—imma marda li hemm il-​fejqan tagħha.

Kellhom is-​Saħħa biex Jinbidlu

“Kemm-il darba pprovajt nieqaf mil-​logħob tal-​flus,” jgħid Kazushige, li ssemma fl-​ewwel artiklu. “Irrealizzajt li l-​logħob tal-​flus maʼ sħabi fuq it-​tiġrijiet taż-​żwiemel kien qed jeqred lill-​familja tiegħi. Il-​flus li rbaħt dejjem tlifthom. Fil-​logħob tlift ukoll il-​flus li marti kienet faddlet għat-​twelid tat-​tieni iben tagħna, u maż-​żmien bdejt nilgħab ukoll il-​fondi tal-​kumpanija tiegħi. Minħabba f’hekk, tlift kull rispett li kelli għalija nnifsi. Marti spiss kienet tibki u kienet titlobni bil-​ħrara biex ma nibqax nilgħab, imma kollu għalxejn.”

Kazushige mbagħad beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Hu jgħid: “Iktar ma kont naqra l-​Bibbja, iktar sirt fiduċjuż li hemm Alla u li kont se nibbenefika jekk nismaʼ minnu. Kont determinat li, bil-​qawwa li jagħtini Alla, kont se nieqaf nilgħab il-​flus. Tgħidx kif bqajt imbellah li mhux biss ma bqajtx nilgħab imma wkoll bdejt nobogħdu l-​logħob. Issa meta naħseb fin-​niket li l-​logħob li lgħabt ikkaġuna lill-​familja tiegħi, qalbi tuġagħni. Kemm għandi għalfejn nirringrazzjah lil Alla Jehovah talli għenni negħleb il-​vizzju li kelli tal-​logħob tal-​flus u li issa qed jgħinni biex ngħix ħajja bi skop!”—Lhud 4:12.

John, li ssemma wkoll fl-​ewwel artiklu, ukoll beda jistudja l-​Bibbja. Hu jiftakar: “L-​istudju tal-​Bibbja għenni nerġaʼ nqis iċ-​ċirkustanzi tiegħi. Għall-​ewwel darba, għajnejja nfetħu sew biex nara l-​ħsara li l-​logħob tal-​flus kien qed jikkaġuna kemm lili nnifsi u kemm lill-​familja tiegħi. Bdejt napprezza li l-​logħob tal-​flus joħloq attitudni egoistika u rgħiba fin-​nies—kwalitajiet li Jehovah jobgħod. Hekk kif komplejt nistudja, imħabbti għal Jehovah tatni s-​saħħa biex neħles mil-​logħob tal-​flus. Jien bdejt nilgħab il-​flus għaliex kont noħlom li nsib ħajja aħjar. Issa li ma bqajtx nilgħab u qed naqdi lil Jehovah bil-​ferħ, dik il-​ħolma seħħet vera.”

Linda, il-​mara taʼ John, ukoll iddeċidiet li ma tibqax tilgħab il-​flus. “Ma kienx faċli,” tgħid hi. “Imma wara li jien u żewġi bdejna nistudjaw il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah, tgħallimt niffoka fuq l-​affarijiet iktar importanti fil-​ħajja. Mhux biss tgħallimt inħobb l-​affarijiet li jħobb Alla imma wkoll li nobgħod l-​affarijiet li jobgħod hu, inkluż il-​forom kollha tar-​regħba kollha. Minbarra li qed ingawdi ħajja b’iktar skop, għandi iktar flus fil-​portmoni.”—Salm 97:10.

Billi tiżviluppa relazzjoni m’Alla Jehovah, int ukoll tistaʼ ssib is-​saħħa u l-​għerf li hemm bżonn biex tevita n-​nasba tal-​logħob tal-​flus. Dan se jgħinek ittejjeb is-​saħħa finanzjarja, emozzjonali, u spiritwali tiegħek. Int imbagħad se jkollok il-​pjaċir li tesperjenza għalik innifsek kemm hu veru l-​kliem li nsibu fi Proverbji 10:22: “Il-​barka tal-​Mulej iġġib l-​għana, u xejn ma jżid magħha t-​taħbit tagħna.”

[Kumment f’paġna 11]

Ir-​regħba m’hijiex biss marda soċjali li ddgħajjef; hija wkoll marda spiritwali li ġġib il-​mewt

[Kaxxa/Stampi f’paġna 9]

Il-​Logħob tal-​Flus u s-​Sopranaturali

F’rapport li ntbagħat lin-​National Gambling Impact Study Commission, riċerkaturi fi Duke University irreferew għar-​rabta li hemm bejn il-​mod kif jiġi reklamat il-​logħob tal-​flus u t-​twemmin fis-​sopranaturali. Ir-​rapport jgħid: “Ħafna reklami [tal-lotteriji] huma materjalistiċi għall-​aħħar . . . Madankollu dan m’huwiex il-​materjaliżmu b’riżultat taʼ xogħol iebes u perseveranza imma pjuttost taʼ ġenji u lampi maġiċi, bl-​għeruq tiegħu f’tamiet, ħolm u superstizzjoni. U kulmin jorganizza xi lotterija jaf li ħafna mill-​aqwa parruċċani tiegħu jew tagħha jibbażaw l-​imħatri tagħhom fuq superstizzjonijiet persunali, imwejjed astroloġiċi, persuni li jipprattikaw id-​divinazzjoni, u l-​‘kotba tal-​ħolm’ venerabbli li fihom numri li jikkorrispondu maʼ ismijiet, dati, u ħolm. Minflok ma jenfasizzaw li n-​numri kollha għandhom l-​istess ċans li jintgħażlu u li l-​fatt li jintlagħbu numri popolari se jnaqqas il-​premju mistenni taʼ individwu f’logħob fejn il-​premju jinqasam bejn dawk li jkunu lagħbu fuq l-​ewwel tliet kompetituri u jrid jingħata persentaġġ lill-​organizzaturi, l-​aġenziji tal-​lotteriji għażlu li jinkuraġġixxu lil dawk li jilagħbu biex jagħżlu (u jibqgħu marbutin ma’) numri persunali u sinifikanti.”

[Stampi f’paġna 10]

“Imħabbti għal Jehovah tatni s-​saħħa biex neħles mil-​logħob tal-​flus.”​—John

“Minbarra li qed ingawdi ħajja b’iktar skop, għandi iktar flus fil-​portmoni.”​—Linda

[Stampi f’paġna 10]

“Tgħidx kif bqajt imbellah li mhux biss ma bqajtx nilgħab imma wkoll bdejt nobogħdu l-​logħob.”​—Kazushige

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja