LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 8/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • L-Artrite—Il-Marda li Timmanka l-Ġisem
    Stenbaħ!—2001
  • Tama għal Min Ibati bl-Artrite
    Stenbaħ!—2001
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2001
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom regoli dwar l-għerusija?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 8/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

L-​Artrite Jien naqdi bħala evanġelizzatriċi full-time, privileġġ li tant ngħożż iżda kull ġurnata li tgħaddi qed isir iktar diffiċli biex nagħmlu. Il-​marda li għandi sabu li hi l-​osteoartrite. Kuljum inkun muġugħa u, xi drabi, il-​frustrazzjoni li nħoss iġġagħalni nsir dipressa. Grazzi għal dan l-​artiklu li ġie fil-​waqt u għat-​tfakkira li l-​faraġ veru jiġi milli nħaddnu l-​wegħda li Jehovah għamel għal dinja ġdida.

H.M.A., Stati Uniti

Grazzi ħafna għas-​serje taʼ artikli dwar l-​artrite. (8 taʼ Diċembru, 2001) Jien għandi 19-il sena u taʼ 8 snin sirt naf li kelli l-​artrite. L-​uġigħ li nħoss ma jaqtaʼ xejn, għalkemm xi drabi dan ikun iktar qawwi minn drabi oħra. Il-​faraġ tiegħi ġej mit-​tama tal-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida t’Alla, meta se nkunu meħlusin minn kull marda li ddgħajfilna saħħitna. Sakemm jasal dak iż-​żmien, jien ċerta li se jagħtini s-​saħħa li għandi bżonn biex inkampa maʼ din il-​marda tant taʼ tbatija.

M. R., Brażil

L-​informazzjoni f’din is-​serje kienet interessanti ħafna. Jien għandi 28 sena, u ilni nsofri minn tip rari taʼ artrite għal dawn l-​aħħar tliet snin. Bit-​tama li offrew dawn l-​artikli huwa possibbli li nkompli naqdi lil Jehovah.

M. U., Italja

Grazzi għall-​artikli dwar l-​artrite. Nixtieq li s-​Saltna t’Alla tiġi malajr kemm jistaʼ jkun sabiex inkun nistaʼ ‘naqbeż bħal għażżiela.’ (Isaija 35:6) Jien għandi sebaʼ snin, u nsofri minn artrite rewmatika fi rkobbtejja.

E. I., Greċja

Toħroġ maʼ Xi Ħadd Meta Tkun Għadek Żgħir Nixtieq nirringrazzjakom ħafna għall-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . X’Hemm Ħażin f’li Toħroġ maʼ Xi Ħadd Meta Tkun Għadek Żgħir?” (1 taʼ Jannar, 2002) Ftit ilu, kont qed nistaqsi lil ommi din l-​istess mistoqsija—‘X’hemm ħażin li toħroġ maʼ xi ħadd?’ Kont nafha t-​tweġiba, imma kelli bżonn xi ħaġa li tikkonvinċini iktar dwar dan. Meta qrajt l-​artiklu, ħassejt li qisu Jehovah kien qrali moħħi. Dan l-​artiklu għenni biex insaħħaħ ir-​riżoluzzjoni tiegħi biex ma noħroġx maʼ xi ħadd qabel ma nkun lesta biex niżżewweġ. Dejjem nieħu gost bil-​mod kif l-​artikli tagħkom joħorġu preċiż fil-​waqt! Għal darb’oħra, grazzi ħafna.

L. F., Stati Uniti

Qrajt l-​artiklu immedjatament, u kien tassew inkuraġġanti. Jien nattendi l-​iskola sekondarja, u hemmhekk il-​pressjoni biex toħroġ maʼ xi ħadd hija verament qawwija. Kważi sħabi kollha taʼ l-​iskola għandhom għarus, u taʼ spiss jitfgħuli l-​botti minħabba li jien m’għandix wieħed. Għalhekk, vera kelli bżonnu dan l-​artiklu! Artikli bħal dawn jgħinuna nżommu dejjem f’moħħna l-​parir għaqli li nsibu fil-​Bibbja.

J. R., Finlandja

Jien għandi 16-il sena, u x-​xewqa biex noħroġ maʼ xi ħadd tas-​sess oppost—anki sempliċement li niġi apprezzata jew notata—hija qawwija. Madankollu, ħsibt sew dwar dan, u nifhem li għandna nkunu maturi biżżejjed qabel ma nibdew noħorġu maʼ xi ħadd. Dan se jgħinna nevitaw il-​perikli u ma nitgħabbewx b’responsabbiltajiet li ma nafux kif se nkampaw magħhom.

A. G., Italja

Għandi 16-il sena. Dan l-​artiklu ħareġ fil-​waqt kemm għalija kif ukoll għal ħbiebi. Inġbarna flimkien u qrajnieh, u bdejna nagħrfu kemm hemm perikli f’li tibda toħroġ maʼ xi ħadd meta tkun għadek żgħir. Dan l-​artiklu għenna wkoll naraw il-​veru skop taʼ li toħroġ maʼ xi ħadd u x’inhi l-​ħarsa tal-​Bibbja dwar dan. Il-​konklużjoni għenitni nirrealizza li jekk nistenna biex nibda noħroġ maʼ xi ħadd, se nkun nistaʼ nikber spiritwalment u nkun nistaʼ nuża “l-​fjur taż-​żgħożija” biex nagħmel dan.—1 Korintin 7:​36, NW.

R.L.W., Stati Uniti

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja