LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 8/8 pp. 12-14
  • X’Fih Ħażin is-Sess Qabel iż-Żwieġ?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Fih Ħażin is-Sess Qabel iż-Żwieġ?
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Tinkludi ż-​Żína
  • Perikli Serji
  • Nitgħallmu r-​Rażna
  • Kif nista’ nispjega t-twemmin tiegħi dwar is-sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Is-Sess se Jsaħħaħha r-Relazzjoni Tagħna?
    Stenbaħ!—2010
  • Is-Sess Se Jsaħħaħha r-Relazzjoni Tagħna?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Kif Nistaʼ Nevita s-Sess Qabel iż-Żwieġ?
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 8/8 pp. 12-14

Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . .

X’Fih Ħażin is-​Sess Qabel iż-​Żwieġ?

“Kultant niddubita jekk is-​sess qabel iż-​żwieġ hux verament daqshekk ħażin, speċjalment meta nħossni stramb għax qatt ma kelli relazzjoni sesswali.”​—Jordon.a

“Inħossni taħt pressjoni biex nesperimenta bis-​sess. Naħseb li lkoll kemm aħna għandna l-​inklinazzjoni naturali biex nipprovaw is-​sess,” tgħid Kelly. “Kulfejn tħares,” tkompli tgħid, “kollox jiċċentra fuq is-​sess!”

TĦOSSOK int bħalma jħossuhom Jordon u Kelly? Wara kollox, id-​drawwiet u l-​valuri tradizzjonali li darba kienu jiskuraġġixxu s-​sess qabel iż-​żwieġ kważi sparixxew għalkollox. (Lhud 13:4) Stħarriġ f’pajjiż fl-​Asja wera li l-​maġġuranza mill-​ġuvintur bejn l-​età taʼ 15 u 24 sena ħassew li s-​sess qabel iż-​żwieġ mhux biss kien aċċettabbli imma kien mistenni minnhom. Mhux taʼ b’xejn li madwar id-​dinja l-​maġġuranza miż-​żgħażagħ għamlu s-​sess qabel m’għalqu d-​19-il sena.

Imbagħad hemm żgħażagħ li jżommu lura mir-​relazzjoni sesswali imma jinvolvu ruħhom f’dawk li jissejħu alternattivi sesswali, bħal li jmissu l-​organi sesswali taʼ xulxin (kultant imsejjaħ masturbazzjoni taʼ xulxin). Rapport inkwetanti f’The New York Times juri li “s-​sess orali sar introduzzjoni komuni għall-​attività sesswali, għax jitqies minn ħafna żgħażagħ bħala li hu inqas intimu u inqas riskjuż mir-​relazzjoni sesswali . . . [u] huwa mezz kif jevitaw it-​tqala u jżommu l-​verġinità tagħhom.”

Kristjan kif għandu jħares lejn is-​sess qabel iż-​żwieġ? U xi ngħidu dwar dawk li huma msejħin alternattivi għar-​relazzjoni sesswali? Huma dawn aċċettabbli għal Alla? Huma bla problemi? U jgħinu verament lil dak li jkun biex iżomm il-​verġinità tiegħu?

X’Tinkludi ż-​Żína

Tweġiba taʼ min joqgħod fuqha għal dawn il-​mistoqsijiet tistaʼ tiġi biss mingħand il-​Ħallieq tagħna​—Alla Jehovah. Fil-​Kelma tiegħu, hu jgħidilna biex ‘naħarbu ż-​żína!’ (1 Korintin 6:​18) Dan xi jfisser eżattament? Il-​kelma Griega tradotta “żína” mhix ristretta għar-​relazzjoni sesswali imma tinkludi diversi t’atti mhux safjin sesswalment. Għalhekk, jekk żewġ persuni mhux miżżewġin jagħmlu s-​sess orali jew imissu l-​organi riproduttivi taʼ xulxin, huma ħatjin taż-​żína.

Imma jistgħu huma xorta jkunu kunsidrati bħala verġnib​—jiġifieri f’għajnejn Alla? Fil-​Bibbja l-​kelma “verġni” tintuża bħala simbolu taʼ purità morali. (2 Korintin 11:​2-6, NW) Imma hija użata wkoll f’sens fiżiku. Il-​Bibbja titkellem dwar żagħżugħa jisimha Rebekka. Tgħidilna li hi kienet “verġni, u ebda raġel ma kien għad kellu x’jaqsam magħha sesswalment.” (Ġenesi 24:​16, NW) Taʼ interess, bl-​Ebrajk oriġinali, il-​frażi ‘jkollok x’taqsam maʼ xi ħadd’ evidentement kienet tinkludi atti oħrajn minbarra r-​relazzjoni normali bejn raġel u mara. (Ġenesi 19:​5, NW) Għalhekk, skond il-​Bibbja, jekk xi ħadd żagħżugħ jinvolvi ruħu f’xi tip taʼ żína, ma jistax jiġi kunsidrat bħala verġni.

Il-Bibbja tħeġġeġ lill-​Kristjani biex ma jaħarbux biss miż-​żína nfisha imma wkoll minn kull xorta taʼ kondotta mhix nadifa li tistaʼ twassal għaż-​żína.c (Kolossin 3:5) Oħrajn forsi jidħqu bik għax taġixxi b’dan il-​mod. “‘Ma tafx x’qed titlef!’ hu dak li kont dejjem nismaʼ meta kont l-​iskola sekondarja,” tgħid żagħżugħa Kristjana jisimha Kelly. Madankollu, is-​sess qabel iż-​żwieġ m’hu xejn għajr l-​‘hena tad-​dnub li jgħaddi f’qasir żmien.’ (Lhud 11:25) Jistaʼ jikkaġuna ħsara permanenti fiżika, emozzjonali, u spiritwali.

Perikli Serji

Il-​Bibbja tgħidilna li s-​Sultan Salamun darba osserva żagħżugħ jiġi mħajjar għas-​sess qabel iż-​żwieġ. Salamun qabbel liż-​żagħżugħ maʼ “gendus sejjer għall-​qatla.” Gendus li jkun sejjer għall-​qatla jidher li ma jkollu ebda idea taʼ x’se jiġrilu. Żgħażagħ li jagħmlu s-​sess qabel iż-​żwieġ spiss jaġixxu bl-​istess mod​—qishom jafu ftit, jew ma jafux, li hemm konsegwenzi serji għall-​azzjonijiet tagħhom! Salamun qal dwar dak iż-​żagħżugħ: “Bla ma jaf li hemm ħajtu fin-​nofs.” (Proverbji 7:​22, 23) Iva, hemm ‘ħajtek’ fin-​nofs.

Per eżempju, kull sena miljuni taʼ żgħażagħ jieħdu mard trasmess sesswalment (STD). “Meta sirt naf li għandi l-​erpete (herpes), ridt naħrab xi mkien,” tgħid Lydia. Hi tilmenta, “Hija marda li tikkaġuna ħafna wġigħ u li qatt ma titilqek.” Iktar min-​nofs taʼ dawk li taqbadhom l-​HIV madwar id-​dinja (6,000 kuljum) għandhom bejn il15 u l-​24 sena.

In-nisa huma speċjalment vulnerabbli għal għadd kbir taʼ problemi relatati mas-​sess qabel iż-​żwieġ. Fil-​fatt, it-​theddida taʼ l-​STD (kif ukoll l-​HIV) hija akbar għan-​nisa milli għall-​irġiel. Jekk tfajla toħroġ tqila, hi tqiegħed lilha nfisha u lit-​tarbija f’ġufha f’riskju ieħor. Għala? Għax il-​ġisem tat-​tfajla forsi jkun għadu ma żviluppax sal-​punt li jistaʼ jkollha twelid bla periklu.

Anki jekk omm adoloxxenti ma jkollhiex konsegwenzi serji għas-​saħħa, xorta trid tiffaċċja r-​responsabbiltajiet tqal li ġġib magħha t-​trobbija tat-​tfal. Ħafna tfajliet isibu li biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom u tat-​tarbija tagħhom huwa ħafna iktar diffiċli milli immaġinaw.

Imbagħad hemm il-​konsegwenzi spiritwali u emozzjonali. Id-​dnub sesswali tas-​Sultan David ipperikola l-​ħbiberija tiegħu m’Alla u kważi wasslu għal qerda spiritwali. (Salm 51) U waqt li David irkupra spiritwalment, hu sofra l-​konsegwenzi tad-​dnub tiegħu għall-​kumplament taʼ ħajtu.

Iż-żgħażagħ illum jistgħu jsofru bl-​istess mod. Per eżempju, meta kellha biss 17-il sena, Cherie kellha relazzjonijiet sesswali maʼ ġuvni. Hi ħasbet li kien iħobbha. Snin wara għadu jiddispjaċiha taʼ l-​azzjonijiet tagħha. Hi tilmenta: “Jien m’apprezzajtx il-​veritajiet tal-​Bibbja u sofrejt il-​konsegwenzi. Tlift il-​favur taʼ Jehovah, u dan kien devastanti.” Żagħżugħa jisimha Trish b’mod simili tammetti: “Is-​sess qabel iż-​żwieġ kien l-​akbar żball taʼ ħajti. Nagħmel kollox biex nerġaʼ nkun verġni.” Iva, feriti emozzjonali jistgħu jdumu snin, u jikkaġunaw stress u wġigħ taʼ qalb.

Nitgħallmu r-​Rażna

Iż-​żagħżugħa Shanda tqajjem mistoqsija importanti, “Alla għala jagħti liż-​żgħażagħ ix-​xewqat sesswali, jekk jaf li m’għandhomx jużawhom ħlief fiż-​żwieġ?” Huwa minnu li x-​xewqat sesswali jistgħu jkunu partikolarment qawwijin waqt “il-​fjur taż-​żgħożija.” (1 Korintin 7:​36, NW) Fil-​fatt, l-​adoloxxenti jistgħu jesperjenzaw tqanqil sesswali f’daqqa donnu bla ebda raġuni. Imma din mhix xi ħaġa ħażina. Hija parti normali mill-​iżvilupp tas-​sistema riproduttiva.d

Huwa minnu wkoll li Jehovah iddisinja r-​relazzjonijiet sesswali biex ikunu taʼ pjaċir. Dan kien fi qbil maʼ l-​iskop oriġinali tiegħu biex il-​bnedmin jimlew l-​art. (Ġenesi 1:​28) Minkejja dan, Alla qatt ma ried li nużaw ħażin il-​qawwiet prokreattivi tagħna. Il-​Bibbja tgħid: “Kull wieħed minnkom iżomm ’il ġismu fil-​qdusija u l-​ġieħ.” (1 Tessalonikin 4:4) F’ċertu sens, li tissodisfa kull xewqa sesswali li jkollok ikun bla sens daqs kemm kieku tagħti daqqa taʼ ponn lil xi ħadd kull darba li tħossok irrabjat.

Ir-relazzjonijiet sesswali huma rigal mingħand Alla, rigal li għandna ngawduh fiż-​żmien xieraq​—fiż-​żwieġ. Alla kif iħossu meta nipprovaw ingawdu s-​sess barra miż-​żwieġ? Mela, immaġina li xtrajt rigal għal ħabib jew ħabiba. Qabel ma tkun tistaʼ tagħtih lil dak il-​ħabib, hu jiġi u jisraqhulek! Ma tirrabjax? Għalhekk, immaġina kif iħossu Alla meta individwu jagħmel is-​sess qabel iż-​żwieġ billi jabbuża mir-​rigal li pprovda Alla.

X’għandek tagħmel dwar is-​sentimenti sesswali tiegħek? Fi kliem sempliċi, tgħallem rażżanhom. Fakkar lilek innifsek li “ebda ġid ma jiċħad il-​Mulej lil min jimxi bis-​sewwa.” (Salm 84:12 [84:​11, NW]) “Meta nsib lili nnifsi naħseb li s-​sess qabel iż-​żwieġ forsi mhux daqshekk ħażin,” jgħid żagħżugħ jismu Gordon, “jien nirrifletti fuq il-​konsegwenzi spiritwali ħżiena u nirrealizza li ebda dnub ma jistħoqqlu li minħabba fih nitlef ir-​relazzjoni tiegħi maʼ Jehovah.” Forsi ma jkunx faċli li turi r-​rażna. Imma bħalma jfakkarna ż-​żagħżugħ Adrian, “dan iħallik b’kuxjenza nadifa u relazzjoni tajba maʼ Jehovah, ħieles biex tiffoka fuq l-​affarijiet iktar importanti, mingħajr ebda ħtija jew rimors għall-​azzjonijiet li tkun għamilt.”​—Salm 16:11.

Hemm ħafna raġunijiet tajbin għala għandek ‘titbiegħed miż-​żína’ f’kull aspett tagħha. (1 Tessalonikin 4:3) Irridu nammettu li dan mhux dejjem faċli. Fil-​futur se joħroġ artiklu li se jiddiskuti modi prattiċi kif tistaʼ ‘żżomm ruħek safi.’—1 Timotju 5:​22.

[Noti taʼ taħt]

a Xi ismijiet ġew mibdulin.

b F’dan l-​artiklu, il-​kelma “verġni” tintuża kemm għall-​ġuvintur u kemm għat-​tfajliet li qatt ma kellhom relazzjonijiet sesswali.

c Għal diskussjoni dwar iż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, u l-​kondotta laxka, ara l-​artiklu “Young People Ask . . . How Far Is ‘Too Far’?” (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Sa Fejn Għandek Tasal?) li deher fl-​Awake! tat-​22 t’Ottubru, 1993.

d Ara l-​artiklu “X’Qed Jiġrili?” fil-​ħarġa taʼ Stenbaħ! tat-​8 taʼ Lulju, 2004.

[Kumment f’paġna 13]

Jekk żagħżugħ jinvolvi ruħu f’xi tip taʼ żína, jistaʼ f’għajnejn Alla jiġi kunsidrat bħala verġni?

[Stampa f’paġna 13]

Is-​sess qabel iż-​żwieġ jistaʼ jħassar il-​kuxjenza taʼ żagħżugħ li għandu l-​biżaʼ t’Alla

[Stampa f’paġna 14]

Dawk li jagħmlu s-​sess qabel iż-​żwieġ jirriskjaw li jieħdu xi marda trasmessa sesswalment

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja