Mingħand il-Qarrejja
Tbatija Grazzi ħafna taʼ l-artiklu “Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Alla Għala Jħallina Nbatu?” (8 t’April, 2004) Jien għandi 14-il sena, u ftit ilu mietu żewġ persuni li kelli relazzjoni mill-qrib magħhom—nannuwi u ziti. Kont naf li ma kienx it-tort t’Alla li mietu. It-tort huwa taʼ Satana, u ftit żmien biss baqagħlu. Dan l-artiklu vera farraġni. Jekk jogħġobkom komplu iktbu artikli bħal dawn. Grazzi għal darb’oħra minn qiegħ qalbi.
B. B., Stati Uniti
Ftit ilu, it-tfajla li kont se niżżewweġ mietet f’inċident tat-traffiku. Kienet traġedja terribbli—għalija, għall-kongregazzjoni, u speċjalment għall-ġenituri tagħha. Nirringrazzja lil Ġeħova talli għenni biex noħroġ mill-istat taʼ niket profond li waqajt fih. Nirringrazzja wkoll lilkom taʼ l-artiklu “Alla Għala Jħallina Nbatu?” Ġie eżatt fil-waqt.
I. D., Ġermanja
Għall-ewwel, ma ridtx naqra dan l-artiklu. Ħsibt li l-kontenut kien se jkun dipressanti. Sentejn ilu, ħija l-kbir miet kaġun taʼ marda, u għadni nħossni mnikkta minħabba l-mewt tiegħu. Iżda l-artiklu fakkarni li Ġeħova jagħtina affarijiet tajbin. Bdejt inħoss li l-feriti tiegħi bdew jiġu mfejqin, u ksibt il-kuraġġ biex nibqaʼ niffaċċja l-ħajja f’din id-dinja instabbli.
S. H., Ġappun
Xorb Żejjed Grazzi taʼ l-artiklu “Il-Ħarsa tal-Bibbja: Huwa x-Xorb Żejjed Tassew Ħażin?” (8 taʼ Marzu, 2004) Issa nirrealizza li l-użu taʼ l-alkoħol kien il-kaġun tal-ġlied bejni u bejn marti, u nirrealizza li ħlejt ħafna flus fl-alkoħol. Illum il-ġurnata nixrob inqas u inqas spiss.
G. K., Tanzanija
Pjanta taʼ l-Għaġeb Qatt ma qrajt xi ħaġa daqshekk interessanti u taʼ l-għaġeb daqs l-artiklu “Pjanta li Tibqaʼ Tgħix b’Mod taʼ l-Għaġeb.” (8 taʼ Marzu, 2004) Il-welwitschia hija pjanta tassew straordinarja. Kif jirnexxilha tgħix daqshekk fit-tul f’kundizzjonijiet diffiċli? Artikli bħal dawn jirrivelawlna iktar l-għerf taʼ Ġeħova, il-Ħallieq tagħna li għandu kapaċità kbira.
A. C., Russja
Ili naqra l-ħarġiet taʼ din ir-rivista għal iktar minn 15-il sena! Minħabba li ċ-ċirkustanzi tiegħi ma jippermettulix li nsiefer, artikli bħal dawn jgħinuni nikseb informazzjoni fid-dettall dwar il-ħolqien taʼ Ġeħova. Qatt ma kont se nkun naf dwar il-ħajja twila tal-welwitschia kieku ma kienx għal Stenbaħ!
L. Z., Franza
Grupp tad-Demm Grazzi taʼ l-artiklu “Il-Ħarsa tal-Bibbja: Hija l-Personalità Tiegħek Determinata mill-Grupp tad-Demm?” (8 taʼ Frar, 2004) Kont daqsxejn imħassba dwar din il-kwistjoni. L-iskola qaluli li l-personalità ma tistax tiġi determinata mill-grupp tad-demm. Innotajt ukoll li f’xi kotba l-idea li l-grupp tad-demm jistaʼ jiddeterminalek il-personalità hija marbuta maʼ l-ispiritiżmu. Iżda naf xi persuni li taʼ spiss tkellmu dwar il-grupp tad-demm u ġġudikaw lil oħrajn minn dan. Eżattament meta sibt lili nnifsi nitħasseb dwar x’kien tajjeb u x’kien ħażin, ħareġ dan l-artiklu, u stajt nifhem biċ-ċar il-ħarsa tal-Bibbja.
R. K., Ġappun