LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 2/8 p. 3
  • Bombardjati mill-Istress!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bombardjati mill-Istress!
  • Stenbaħ!—2005
  • Materjal Simili
  • L-Istress—Ir-Raġunijiet u l-Effetti Tiegħu
    Stenbaħ!—2005
  • Kif Nistaʼ Nkampa mal-Istress tal-Iskola?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • X’Inhu l-Istress?
    Stenbaħ!—2020
  • Għandek Stress?
    Stenbaħ!—2020
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 2/8 p. 3

Bombardjati mill-​Istress!

“IL-​PROBLEMA Ewlenija tas-​Saħħa fl-​Amerika.” Dan hu titlu t’artiklu pubblikat mill-​Istitut Amerikan taʼ l-​Istress li jsostni li l-​akbar theddida għas-​saħħa llum la hi l-​kanċer u lanqas l-​AIDS. Ir-​rapport jgħid: “Ġie kalkulat li 75-90 fil-​mija miż-​żjajjar kollha li jsiru għand it-​tobba huma minħabba problemi relatati maʼ l-​istress.”

Ma nkunux qed nesaġeraw jekk ngħidu li n-​nies illum qed jiġu bombardjati mill-​istress. Skond il-​Lega Nazzjonali tal-​Konsumaturi, “ix-​xogħol qiegħed f’ras il-​lista bħala sors taʼ l-​istress għall-​adulti li għandhom il-​problemi u l-​istress f’ħajjithom (39%), imbagħad hemm l-​istress kawżat mill-​familja (30%). Sorsi oħrajn jinkludu s-​saħħa (10%), it-​tħassib dwar l-​ekonomija (9%), u t-​tħassib dwar il-​konflitti internazzjonali u t-​terroriżmu (4%).”

Iżda l-​istress m’huwiex xi ħaġa li tinħass fl-​Istati Uniti biss. Fi stħarriġ li sar fl-​2002 ġol-​Britannja ġie stmat li “fl-​2001/2 iktar minn nofs miljun ruħ fil-​Britannja kienu jaħsbu li qed jesperjenzaw livell tant qawwi taʼ stress minħabba x-​xogħol, li kien qed iġagħalhom jimirdu.” Minħabba “l-​istress tax-​xogħol, id-​dipressjoni jew l-​ansjetà,” hu “stmat li jintilfu tlettax u nofs miljun ġurnata fis-​sena li fihom il-​ħaddiema ma jidħlux għax-​xogħol fil-​Britannja.”

Is-sitwazzjoni hija mwiegħra wkoll fil-​biċċa l-​kbira mill-​Ewropa. Skond lAġenzija Ewropea għas-​Sigurtà u sSaħħa fuq ix-​Xogħol, “instab li stress minħabba x-​xogħol qed jeffettwa lil miljuni taʼ ħaddiema Ewropej f’kull tip taʼ settur tax-​xogħol.” Stħarriġ wieħed irrivela li hemm “madwar 41 miljun ħaddiem [fl-Unjoni Ewropea] li kull sena jiġi effettwat minn stress minħabba x-​xogħol.”

Xi ngħidu dwar l-​Asja? Rapport maħruġ minn konferenza li saret f’Tokjo kkonkluda: “Stress minħabba l-​impjieg qed jinkwieta lil ħafna pajjiżi fid-​dinja, kemm dawk industrijalizzati u kemm dawk li qed jiżviluppaw.” Ir-​rapport osserva li “diversi pajjiżi fl-​Asja tal-​Lvant, inkluż iċ-​Ċina, il-​Korea u t-​Tajwan, saru industrijalizzati u kibru ekonomikament malajr. Issa dawn il-​pajjiżi huma konċernati ħafna dwar l-​istress minħabba l-​impjieg u l-​effetti ħżiena tiegħu fuq is-​saħħa tal-​ħaddiema.”

Iżda, m’għandikx bżonn studju taʼ riċerka biex jgħidlek li n-​nies huma stressati. Hemm ċans kbir li l-​istress qed jeffettwa ħażin lilek ukoll! X’effett ħażin jistaʼ jkollu l-​istress fuqek u fuq il-​maħbubin tiegħek? Il-​familji kif jistgħu jitgħallmu jikkontrollaw l-​istress? L-​artikli li ġejjin se jeżaminaw dawn il-​mistoqsijiet.

[Stampa f’paġna 3]

Għal ħafna, l-​impjieg tagħhom hu s-​sors ewlieni taʼ l-​istress

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja