LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yp1 kap. 18 pp. 128-133
  • Kif Nistaʼ Nkampa mal-Istress tal-Iskola?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistaʼ Nkampa mal-Istress tal-Iskola?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Erbaʼ Passi Biex Ikollok Inqas Stress
  • Hemm Xi Stress Tajjeb?
  • Kif Nistaʼ Nkampa maʼ l-Istress fl-Iskola?
    Stenbaħ!—2009
  • L-Istress—Ir-Raġunijiet u l-Effetti Tiegħu
    Stenbaħ!—2005
  • X’Inhu l-Istress?
    Stenbaħ!—2020
  • Bombardjati mill-Istress!
    Stenbaħ!—2005
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
yp1 kap. 18 pp. 128-133

KAPITLU 18

Kif Nistaʼ Nkampa mal-Istress tal-Iskola?

“Tant ħassejt li kelli pressjoni fl-​iskola li ħafna drabi kont inħoss li rrid nibki u nwerżaq fl-​istess ħin.”—Sharon.

“L-​istress tal-​iskola ma jonqosx meta tikber—sempliċement jinbidlu l-​affarijiet li jikkaġunawh.”—James.

TĦOSS int li l-​ġenituri tiegħek ma jifhmux kemm għandek stress bl-​iskola? Forsi jgħidulek li int m’għandekx self fuq id-​dar xi tħallas, familja xi tmantni, jew mgħallem lil min togħġob. Madankollu, x’aktarx int tħoss li fl-​iskola tiffaċċja l-​istess ammont taʼ pressjoni li qed jiffaċċjaw il-​ġenituri tiegħek—jekk mhux iktar.

Anki li sempliċement tmur l-​iskola u tiġi lura jistaʼ jkun stressanti. Tara, li tgħix l-​Istati Uniti, tgħid: “Spiss kien jinqalaʼ l-​ġlied fuq il-​private tal-​iskola. Ix-​xufier kien jieqaf, u kulħadd kien ikollu jinżel. Ilkoll kemm aħna konna nispiċċaw nittardjaw b’nofs siegħa jew iktar.”

Jonqos l-​istress hekk kif tasal l-​iskola? Ma tantx! Forsi int tesperjenza dan li ġej:

● Stress kaġunat mill-​għalliema.

“L-​għalliema tiegħi jkunu jriduni nibbrilla iktar minn ħaddieħor u nġib l-​aqwa marki possibbli, u jien inħossni taħt pressjoni biex nogħġobhom.”—Sandra.

“L-​għalliema jagħmlu pressjoni fuq l-​istudenti biex jibbrillaw fl-​iskola, speċjalment jekk xi student ikollu abbiltà partikulari.”—April.

“Anki jekk għandek miri siewja f’ħajtek, xi għalliema jġegħluk tħossok li ma tiswa għal xejn jekk ma tilħaqx il-​miri akkademiċi li huma jaħsbu li għandek tilħaq.”a—Naomi.

Int kif tiġi effettwat mill-​istress kaġunat mill-​għalliema?

․․․․․

● Stress kaġunat minn dawk tamparek.

“Fl-​iskola sekondarja, iż-​żgħażagħ ikollhom iktar libertà u jkunu iktar ribellużi. Jekk ma tagħmilx bħalhom, iqisuk bħala nnerdjat.”—Kevin.

“Kuljum niffaċċja t-​tentazzjoni biex nixrob l-​alkoħol u biex ikolli relazzjonijiet sesswali. Kultant insibha diffiċli biex nirreżisti x-​xewqa li nagħmel bħal ħaddieħor.”—Aaron.

“Issa li għandi 12-​il sena, l-​iktar ħaġa li tistressani hi l-​pressjoni biex noħroġ maʼ xi ħadd tas-​sess oppost. Sħabi tal-​iskola jgħiduli: ‘Int meta se toħroġ maʼ xi ġuvni?’”—Alexandria.

“Saritli pressjoni biex noħroġ maʼ ġuvni. Meta rrifjutajt, qalgħuhieli lesbjana. U dan ġara meta kelli biss għaxar snin!”—Christa.

Int kif tiġi effettwat mill-​istress kaġunat minn dawk tamparek?

․․․․․

● Fatturi oħrajn li jikkaġunaw stress. Agħmel ✔ maġenb il-​fattur li jeffettwak l-​iktar—jew ikteb fattur ieħor li jeffettwak.

□ It-​testijiet

□ Il-​ħowmwerk

□ Il-​ġenituri jistennew wisq minnek

□ Tistenna wisq minnek innifsek

□ Il-​bullying u l-​fastidju sesswali

□ Fattur ieħor ․․․․․

Erbaʼ Passi Biex Ikollok Inqas Stress

Ngħiduha kif inhi, ma tistax tistenna li fil-​ħin li tqattaʼ l-​iskola ma ġġarrab l-​ebda stress. Huwa minnu li l-​istress żejjed jistaʼ jkiddek. Is-​sultan għaref Salamun qal li l-​istress jistaʼ jġiegħel lill-​“għaref jaġixxi taʼ miġnun.” (Ekkleżjasti 7:7) Imma m’għandekx għalfejn tħalli l-​istress jeffettwak b’dan il-​mod. Is-​sigriet hu li titgħallem kif tkampa mal-​istress b’mod effettiv.

Individwu li jrid ikampa mal-​istress jistaʼ jiġi mqabbel maʼ weight lifter. Sabiex jirnexxi, hu jrid ikun preparat sew minn qabel. Hu jrid jerfaʼ l-​weights kif suppost u jevita li jerfaʼ iktar milli jkun jiflaħ. Jekk jieħu dawn il-​passi, hu jibni muskoli b’saħħithom mingħajr ma jagħmel ħsara lil ġismu. Mill-​banda l-​oħra, jekk ma jiħux dawn il-​passi, hu jistaʼ jċarrat xi muskolu jew saħansitra jikser xi għadma.

B’mod simili, int tistaʼ tkampa mal-​istress li tiffaċċja u jirnexxilek twettaq dak li għandek bżonn tagħmel mingħajr ma tagħmel ħsara lilek innifsek. Kif? Ħu dawn il-​passi li ġejjin:

1. Agħraf x’inhuma l-​kaġuni speċifiċi. Proverbju għaqli jgħid: “Min hu prudenti jara l-​gwaj u jinħeba.” (Proverbji 22:3) Imma ma tistax taħrab minn sitwazzjonijiet stressanti li jkidduk jekk l-​ewwel ma tidentifikax l-​iktar ħaġa li x’aktarx qed tikkaġunahom. Mela erġaʼ agħti daqqa t’għajn lejn il-​fatturi li mmarkajt b’✔ iktar kmieni. Liema fattur li jikkaġuna l-​istress qed jeffettwak l-​iktar bħalissa?

2. Agħmel riċerka. Pereżempju, jekk ħafna ħowmwerk qed jistressak, agħmel riċerka dwar is-​suġġerimenti li jinsabu f’Kapitlu 13 taʼ Volume 2. Jekk tħossok taħt pressjoni biex tinvolvi ruħek f’kondotta sesswali ħażina maʼ xi ħadd minn sħabek tal-​klassi, se ssib pariri t’għajnuna wkoll f’Kapitli 2, 5, u 15 taʼ Volume 2.

3. Toqgħodx titnikker. Ġeneralment, il-​problemi hemm jibqgħu jekk tinjorahom. Anzi, normalment jiggravaw, u b’hekk jikkaġunawlek iktar stress. Ladarba tiddeċiedi x’se tagħmel f’sitwazzjoni stressanti, toqgħodx titnikker. Aqbad u agħmel dak li għandek tagħmel. Pereżempju, jekk int wieħed jew waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, u allura qed tipprova tgħix skont il-​livelli morali tal-​Bibbja, identifika lilek innifsek bħala Xhud malajr kemm jistaʼ jkun. Jekk tagħmel hekk, tistaʼ tnaqqas l-​istress. Marchet, li għandha 20 sena, tgħid: “Fil-​bidu nett taʼ kull sena skolastika, kont nibda nitkellem dwar xi suġġett li kont naf li se joffrili l-​opportunità li nispjega l-​livelli tiegħi bbażati fuq il-​Bibbja. Skoprejt li iktar ma kont indum biex nidentifika lili nnifsi bħala Xhud, iktar kienet issir diffiċli. Sibtha tassew t’għajnuna li ngħid lil oħrajn dwar dak li nemmen u mbagħad ngħix fi qbil maʼ dan matul is-​sena.”

4. Itlob l-​għajnuna. Anki l-​iktar weight lifter b’saħħtu għandu l-​limiti tiegħu. Int ukoll għandek il-​limiti tiegħek. Imma m’għandekx għalfejn iġġorr it-​toqol waħdek. (Galatin 6:2) Għala ma titkellimx mal-​ġenituri tiegħek jew maʼ xi Kristjan matur? Urihom it-​tweġibiet li ktibt int iktar kmieni f’dan il-​kapitlu u itlobhom jagħtuk xi suġġerimenti.

Hemm Xi Stress Tajjeb?

Forsi hi xi ħaġa li ma titwemminx, imma tistaʼ tkun xi ħaġa tajba li tħossok xi ftit stressat. Għala? Għax l-​istress jistaʼ jkun indikazzjoni li int bniedem ħabrieki u li l-​kuxjenza tiegħek għadha taħdem sew. Innota kif il-​Bibbja tiddeskrivi individwu li kien jidher li m’għandu l-​ebda stress: “Kemm se ddum hemm ma tagħmel xejn? Meta se tqum u ma tibqax rieqed? Orqod ftit. Ongħos ftit. Orbot idejk u ilgħab b’subgħajk il-​kbar. F’daqqa waħda jitlaq kollox, bħallikieku jkun ittieħed minn ħalliel armat.”—Proverbji 6:9-​11, Contemporary English Version.

Heidi, li għandha 16-​il sena, tiddeskrivi l-​kwistjoni sew fi ftit kliem. Hi tgħid: “L-​iskola tistaʼ tidher li hi xi post tassew mistkerrah, imma l-​pressjonijiet li tiffaċċja fl-​iskola huma l-​istess pressjonijiet li se tiffaċċja fuq il-​post tax-​xogħol.” Veru, mhuwiex faċli li tkampa mal-​istress, imma jekk tagħraf tikkontrollah ma jagħmillekx ħsara. Fil-​fatt jistaʼ jgħinek biex ikollok karattru iktar sod.

FIL-​KAPITLU LI JMISS

Se ssolvi l-​problemi tiegħek billi titlaq mill-​iskola?

[Nota ta’ taħt]

a Għal iktar informazzjoni, ara Kapitlu 20 taʼ dan il-​ktieb.

SKRITTURA PRINĊIPALI

‘Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq [Alla], għax hu jimpurtah minnkom.’​—1 Pietru 5:7.

SUĠĠERIMENT

Aqsam f’żewġ kategoriji l-​problemi li jikkaġunawlek stress—dawk li tistaʼ tagħmel xi ħaġa dwarhom u dawk li m’għandekx kontroll fuqhom. Aħdem fuq il-​problemi li tistaʼ tagħmel xi ħaġa dwarhom. U toqgħodx taħli l-​ħin u l-​enerġija tiegħek fuq il-​problemi li ma tistax issolvi.

KONT TAF . . . ?

Jekk kull lejl torqod biżżejjed—minn tal-​inqas tmien sigħat—mhux biss tiġi megħjun tkampa mal-​istress, iżda tiġi megħjun ukoll ittejjeb il-​memorja tiegħek.

L-​AZZJONI LI SE NIEĦU

Sabiex inkun nistaʼ nkampa mal-​istress, jien iddeċidejt li meta jkun possibbli nidħol norqod f’dan il-​ħin ․․․․․

Dak li nixtieq nistaqsi lill-​ġenitur(i) tiegħi dwar dan is-​suġġett hu ․․․․․

INT X’TAĦSEB?

● Għala jkollok iżjed stress jekk tkun perfezzjonista?

● Ma’ min tistaʼ titkellem jekk jaħkmek l-​istress?

[Kumment f’paġna 132]

“Missieri kuljum kien jgħid talba miegħi qabel ma jwassalni l-​iskola. Din it-​talba kienet tgħinni nħoss ċerta sigurtà.”​—Liz

[Stampa f’paġna 131]

Sewwasew bħalma meta terfaʼ l-​weights kif suppost tistaʼ ssir iktar b’saħħtek fiżikament, hekk ukoll meta tkampa mal-​istress kif suppost tistaʼ tiġi megħjun issir persuna iktar b’saħħtek emozzjonalment

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja