LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 4/8 pp. 9-11
  • Għajnuna għaż-Żgħażagħ taʼ Llum

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għajnuna għaż-Żgħażagħ taʼ Llum
  • Stenbaħ!—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Gwida Realistika u Prattika
  • Il-​Bżonn għal Limiti Raġunevoli
  • Noħolqu Rabta
  • Għin lill-Adolexxent Tiegħek Biex Jiffjorixxi
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Appendiċi—Il-Ġenituri Jistaqsu . . .
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • It-Trobbija taʼ l-Adoloxxenti—L-Irwol taʼ l-Għerf
    Stenbaħ!—2008
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 4/8 pp. 9-11

Għajnuna għaż-​Żgħażagħ taʼ Llum

IŻ-​ŻGĦAŻAGĦ illum qed jikbru f’dinja li kultant tistaʼ tidher tal-​biżaʼ. Xi wħud minnhom jaraw lill-​ġenituri jisseparaw jew jiddivorzjaw mingħajr ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn. Oħrajn jaraw lil sħabhom taʼ l-​iskola jaqgħu għad-​drogi u l-​kriminalità. Ħafna jiffaċċjaw pressjoni minn dawk taʼ mparhom taż-​żewġ sessi biex ikollhom x’jaqsmu magħhom sesswalment. U kważi l-​adoloxxenti kollha jbatu minn perijodi li fihom iħossuhom mifhumin ħażin, waħedhom, u dipressi.

Xi jridu jagħmlu ż-​żgħażagħ biex ikampaw maʼ l-​isfidi li jiffaċċjaw? “It-​tfal jeħtieġu livelli morali li jkunu stabbli,” jikteb it-​Tabib Robert Shaw, “it-​tip taʼ stabbiltà fil-​ħajja li tgħinhom jagħżlu ħbieb xierqa, jieħdu deċiżjonijiet tajbin, u jifhmu lill-​oħrajn.” Il-​Bibbja tipprovdi l-​aqwa livelli morali possibbli, għax fiha l-​ħsibijiet tal-​Ħallieq. Min jistaʼ jkun jaf iktar minn Alla Ġeħova x’għandna bżonn biex inkampaw maż-​żminijiet diffiċli li ngħixu fihom?

Gwida Realistika u Prattika

Il-​prinċipji tal-​Bibbja huma realistiċi u prattiċi. Huma tassew utli għall-​ġenituri u għal adulti oħrajn li jridu jgħinu liż-​żgħażagħ biex jirnexxu fil-​proċess tagħhom li jsiru adulti.

Per eżempju, il-​Bibbja b’mod realistiku tgħid li “l-​bluha b’għeruqha fil-​qalb taʼ kull tifel,” jew, kif tpoġġiha t-​Today’s English Version, “it-​tfal naturalment jagħmlu affarijiet stupidi u bla ħsieb.” (Proverbji 22:15) Xi adoloxxenti jidhru maturi għall-​età tagħhom, imma xorta huma żgħażagħ bla esperjenza. Minħabba f’hekk, huma x’aktarx li jħossu l-​inċertezzi, ix-​xewqat, u l-​ansjetajiet għax qed jikbru. (2 Timotju 2:22) Kif tistaʼ tingħata l-​għajnuna lil dawn iż-​żgħażagħ?

Il-​Bibbja tinkuraġġixxi komunikazzjoni kontinwa bejn il-​ġenituri u t-​tfal. Din tħeġġeġ lill-​ġenituri: “Tkellem fuqhom [il-livelli t’Alla] meta tkun f’darek, u meta tkun miexi fit-​triq, u meta timtedd, u meta tqum.” (Dewteronomju 6:​6, 7) Konversazzjoni bħal din għandha żewġ benefiċċji. L-​ewwelnett, trawwem liż-​żgħar fit-​triq t’Alla. (Isaija 48:​17, 18) It-​tieninett, permezz tagħha l-​ġenituri u t-​tfal jibqgħu jikkomunikaw maʼ xulxin. Dan hu vitali b’mod speċjali waqt l-​adoloxxenza, meta ż-​żgħażagħ jistgħu jingħalqu fihom infushom u jibdew iħossuhom waħedhom.

M’għandniex xi ngħidu, il-​biċċa l-​kbira mill-​adoloxxenti kultant jgħaddu minn perijodi temporanji li fihom iħossuhom waħedhom. Iżda, xi wħud jibqgħu jħossuhom waħedhom għal żmien twil. Xogħol taʼ referenza dwar l-​adoloxxenza jgħid: “Dawn it-​tfal jgħidu li hu diffiċli għalihom biex jagħmlu ħbieb fl-​iskola, li m’għandhom lil ħadd maʼ min jitkellmu, li jħossuhom waħedhom, li jsibuha diffiċli biex jintgħoġbu minn tfal oħra, u li jħossu li m’għandhom lil ħadd għand min imorru meta jkollhom bżonn l-​għajnuna.”a

Il-ġenituri u adulti oħrajn jistgħu jieħdu interess fl-​adoloxxenti u jgħinuhom ikampaw mad-​diffikultajiet tagħhom. Kif? “L-​uniku mod kif issir taf x’għandhom f’moħħhom l-​adoloxxenti hu li tistaqsihom,” tikteb l-​editriċi esekuttiva taʼ rivista għall-​adoloxxenti. Ovvjament, hemm bżonn il-​ħin u l-​paċenzja biex tgħin liż-​żgħażagħ jitkellmu dwar dak li tassew jinkwetahom. Imma l-​isforz hu tassew premjanti.​—Proverbji 20:5.

Il-​Bżonn għal Limiti Raġunevoli

Minbarra l-​komunikazzjoni, iż-​żgħażagħ għandhom bżonn​—u, fil-​fond taʼ qalbhom, iridu​—limiti raġunevoli. Il-​Bibbja tgħid li “tifel mitluq għal riħu jagħmel għajb lil ommu.” (Proverbji 29:15) L-​esperti jemmnu li n-​nuqqas taʼ limiti ċari jistaʼ jkun li qed jikkaġuna d-​delinkwenza fost iż-​żgħażagħ. “Jekk tifel dejjem tgħaddi tiegħu u qatt ma jismaʼ l-​kelma ‘le’ jew jingħata xi limiti,” jgħid Shaw, li kkwotajnieh qabel, “hu qatt ma se jkollu ċans jitgħallem li nies oħrajn għandhom ħajja, emozzjonijiet, bżonnijiet, u xewqat tagħhom stess. Jekk ma jkunx tgħallem sew l-​empatija, it-​tifel mhux se jkun jaf iħobb.”

Dr. Stanton Samenow, li ħadem għal ħafna snin maʼ żgħażagħ li jidħlu fl-​inkwiet, jaħsibha bl-​istess mod. “Xi ġenituri jaħsbu li t-​tfal għandhom [jgħixu kif iridu],” jikteb hu. “Dawn b’nuqqas t’għaqal jemmnu li jekk jimponu obbligi jew ħtiġijiet fuq uliedhom ikunu qed jitfgħulhom piż mhux raġunevoli u jċaħħduhom minn tfulithom. Imma minħabba li ma jagħmlux limiti jistaʼ jkollhom riżultati diżastrużi. Dawn il-​ġenituri ma jirrealizzawx li tfal li ma tantx jiġu dixxiplinati jistgħu jsibuha diffiċli biex isiru persuni li jiddixxiplinaw lilhom infushom.”

Ifisser dan li l-​ġenituri bilfors iridu jkunu stretti? Żgur li le. Mod wieħed kif ikunu ġenituri tajbin hu billi jagħmlu limiti. Jekk imorru fl-​estrem meta jagħmlu regoli stretti, ir-​riżultat jistaʼ jkun atmosfera ħarxa fid-​dar. Il-​Bibbja tgħid: “Intom missirijiet, iddejquhomx lil uliedkom, sabiex ma jaqtgħux qalbhom.”​—Kolossin 3:21; Efesin 6:4.

Għaldaqstant, minn żmien għal żmien, il-​ġenituri għandhom bżonn jirrivedu l-​metodi tagħhom kif jgħallmu u jiddixxiplinaw, speċjalment hekk kif uliedhom jikbru u jibdew juru li qed jimmaturaw. Forsi ċerti regoli jew restrizzjonijiet jistgħu jittaffew xi ftit jew jiġu rranġati, skond kemm iż-​żagħżugħ ikun kapaċi jaġixxi b’mod responsabbli.​—Filippin 4:5.

Noħolqu Rabta

Bħalma semmejna fl-​artiklu taʼ qabel, il-​Bibbja bassret li qabel Alla jindaħal biex jeħles lid-​dinja mill-​ħażen id-​dinja kellha tiffaċċja “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” L-​evidenza turi li qed ngħixu proprju f’dak iż-​żmien​—“l-​aħħar jiem” taʼ din is-​sistema li tiċħad lil Alla. Bħall-​kbar, iż-​żgħażagħ iridu jissaportu waqt li jgħixu f’dinja karatterizzata minn nies li “jħobbu lilhom infushom, . . . [li huma] mingħajr imħabba naturali, . . . mingħajr rażna.”​—2 Timotju 3:​1-5.b

Il-​ġenituri li jħossu li m’għadx għandhom rabta mat-​tifel jew tifla adoloxxenti tagħhom jistgħu jieħdu passi biex joħolqu rabta, b’konversazzjoni waħda wara l-​oħra. Ħafna ġenituri li qed jaħdmu iebes biex iħallu effett pożittiv fil-​ħajja taʼ wliedhom u jkunu disponibbli għalihom huma taʼ min ifaħħarhom.

Il-Bibbja hija l-​iktar għodda prezzjuża f’dan ir-​rigward. Din għenet lil ħafna ġenituri biex iwettqu l-​irwol tagħhom u għenet liż-​żgħażagħ biex jevitaw in-​nases diżastrużi. (Dewteronomju 6:​6-9; Salm 119:9) Peress li l-​Bibbja ġejja mill-​Ħallieq, Alla Ġeħova, nistgħu nkunu fiduċjużi li din tipprovdi l-​aqwa għajnuna għaż-​żgħażagħ taʼ llum.c

[Noti taʼ taħt]

a L-​istess referenza tgħid li dawn l-​adoloxxenti jħossuhom waħedhom kważi l-​ħin kollu u għal żmien twil, u mhux darba kultant bħalma jħossuhom xi adoloxxenti oħrajn. Dawn jemmnu li dejjem se jibqgħu bla ħbieb, li hi xi ħaġa li ma jistgħux jikkontrollawha, u li tiġi minħabba d-​difetti tagħhom. Huma jaħsbu li s-​sitwazzjoni ma tistax tinbidel jew mhix se tinbidel.

b Ara kapitlu 11 tal-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

c Ix-Xhieda taʼ Ġeħova sabu li l-​ktieb ibbażat mill-​Bibbja Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom kien t’għajnuna kbira. Kull wieħed mid-​39 kapitlu li fih jiddiskuti mistoqsijiet li jġagħluk taħseb. Xi wħud mit-​titli huma: “Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?” “Kif Nistaʼ Nkampa mal-​Pressjoni minn Dawk taʼ Mpari?” “X’Nistaʼ Nagħmel biex Inneħħi s-​Solitudni Tiegħi?” “Lest Jien biex Noħroġ maʼ xi Ħadd tas-​Sess Oppost?” “Għala Għandi Ngħid Le għad-​Drogi?” “Xi Ngħidu dwar is-​Sess Qabel iż-​Żwieġ?”

[Stampa f’paġna 10]

Tkellem dwar dak li jinkwetak m’adult li jimpurtah

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja