LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/06 pp. 18-19
  • Għala Għandna Nfittxu fil-Bibbja għall-Gwida?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Għandna Nfittxu fil-Bibbja għall-Gwida?
  • Stenbaħ!—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ktieb taʼ Verità
  • Eżatta u Prattika
  • Fejn Tistaʼ Ssib Gwida Li Tafdaha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • F’din il-ħarġa: Tistaʼ ħajtek tkun aħjar permezz tal-​Bibbja?
    Stenbaħ!—2019
  • Fittex il-Gwida t’Alla f’Kollox
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-Ktieb li Jirrivela l-Għarfien Dwar Alla
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2006
g 1/06 pp. 18-19

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Għala Għandna Nfittxu fil-​Bibbja għall-​Gwida?

“L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi, tiddixxiplina fis-​sewwa.”—2 Timotju 3:16.

INT liema gwida tfittex f’ħajtek? Illum, hemm abbundanza kbira taʼ pariri fuq kważi kull suġġett li tistaʼ timmaġina. Madankollu, ħafna nies ifittxu fil-​kitbiet antiki tal-​Bibbja għall-​gwida.

Minkejja dan, il-​maġġuranza jqisu l-​Bibbja bħala li m’għandhiex daqstant valur, speċjalment f’din l-​era taʼ informazzjoni u teknoloġija moderna. Xi għalliema u xjenzati rispettati jħaddnu l-​idea li l-​Bibbja m’għadhiex importanti. Għandhom raġun? Meta tqis il-​ħafna sorsi taʼ gwida li huma daqstant komuni llum, għala għandu xi ħadd ifittex fil-​Bibbja?

Ktieb taʼ Verità

F’okkażjoni minnhom Ġesù Kristu kien qiegħed jistrieħ ħdejn għajn taʼ l-​ilma u kellu konversazzjoni maʼ mara Samaritana. Hu qalilha: “Alla hu Spirtu, u dawk li jqimuh iridu jqimu bl-​ispirtu u l-​verità.” (Ġwanni 4:24) Dan il-​kliem juri li hemm tip taʼ qima li hija aċċettata minn Alla. Sabiex il-​qima tagħna tkun fi qbil mal-​verità, din għandha taqbel maʼ dak li Alla rrivela dwaru nnifsu fil-​Bibbja. Il-​Kelma t’Alla fiha l-​verità.​—Ġwanni 17:17.

Minkejja dan, hemm ħafna reliġjonijiet li jgħidu li jemmnu fil-​Bibbja, u kull waħda minnhom tidher li qed tgħallem affarijiet differenti. B’riżultat taʼ dan, hemm ħafna konfużjoni dwar dak li l-​Bibbja tgħallem verament. Huwa Ġesù Alla, jew huwa l-​Iben t’Alla? Hemm ħajja wara l-​mewt jew m’hemmx? Huwa l-​infern post reali fejn in-​nies jiġu turmentati wara li jmutu? Huwa Satana persuna reali? Xi jfisser li tkun Kristjan? Veru li Alla jimpurtah mill-​azzjonijiet u l-​ħsibijiet tagħna? Tiġġustifika l-​imħabba vera s-​sess qabel iż-​żwieġ? Huwa ħażin li tixrob xorb alkoħoliku?a Ħafna reliġjonijiet isostnu li jgħallmu l-​verità dwar dawn il-​kwistjonijiet. Imma d-​duttrini reliġjużi ħafna drabi ma jaqblux bejniethom. Ma jistax ikun li huma kollha l-​verità.​—Mattew 7:​21-23.

Allura, kif tistaʼ int issib il-​verità dwar Alla u dwar il-​qima li togħġbu? Ejja ngħidu li sirt taf li għandek bżonn operazzjoni biex tfejjaq kundizzjoni medika serja. Kieku x’se tagħmel? Jekk ikun possibbli, se tagħmel ħiltek kollha biex issib l-​aqwa tabib li jistaʼ jagħmillek din l-​operazzjoni. Int se tikkunsidra l-​kwalifiki u l-​esperjenza li għandu, tikkuntattjah, u titkellem miegħu. Finalment, wara li tkun konvint minħabba l-​evidenza li jkollok li hu l-​aqwa tabib, int se tafdah u tħallih joperak. Jistaʼ jkun li oħrajn ikollhom opinjoni differenti dwar dan. Imma issa għandek bażi soda biex tafda f’dan it-​tabib.

Bl-istess mod, jekk tagħmel eżami onest u dettaljat taʼ l-​evidenza li għandek, int tistaʼ tiżviluppa fidi f’Alla u fil-​Bibbja. (Proverbji 2:​1-4) Għandek għażla biex tfittex it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet dwar liema qima hija aċċettabbli għal Alla. Tistaʼ jew tħares lejn it-​tagħlim u l-​opinjonijiet li jvarjaw tal-​bniedem, jew inkella tistaʼ tikkunsidra l-​ħarsa tal-​Bibbja.

Eżatta u Prattika

Jekk teżamina l-​Bibbja b’attenzjoni se ssib evidenza ċara li “l-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa.”b (2 Timotju 3:​16, 17) Per eżempju, il-​Bibbja hija mimlija profeziji dettaljati. L-​istorja tagħti evidenza tat-​twettiq tagħhom. (Isaija 13:​19, 20; Danjel 8:​3-8, 20-22; Mikea 5:1 [5:​2, NW]) Għalkemm m’hijiex xi ktieb tax-​xjenza, il-​Bibbja hija eżatta b’mod xjentifiku. Fiha fatti dwar in-​natura u s-​saħħa li nkitbu eluf taʼ snin qabel ma x-​xjenzati kienu kapaċi jaslu għal konklużjonijiet simili.​—Levitiku 11:​27, 28, 32, 33; Isaija 40:22.

Iktar minn hekk, il-​Bibbja tgħinna nieħdu deċiżjonijiet għaqlin. Il-​paġni tagħha fihom abbundanza taʼ pariri prattiċi dwar il-​ħajja tal-​familja, is-​saħħa fiżika u emozzjonali, ix-​xogħol, u affarijiet oħra taʼ kuljum. Proverbji 2:​6, 7 jgħid: “Il-​Mulej jagħti l-​għerf, minn fommu ġej it-​tagħrif u d-​dehen. Hu jaħżen [“l-​għerf prattiku,” NW] għal min hu sewwa.” Jekk tfittex fil-​Bibbja għall-​gwida, int tistaʼ tħarreġ is-​sensi tiegħek “biex jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.”​—Ebrej 5:14.

Il-Kelma t’Alla tgħinna nifhmu wkoll l-​iskop tal-​ħajja. (Ġwanni 17:3; Atti 17:​26, 27) Din tispjega xi jfissru l-​kundizzjonijiet tad-​dinja. (Mattew 24:​3, 7, 8, 14; 2 Timotju 3:​1-5) Permezz tagħha Alla jurina kif se jneħħi l-​ħażen mill-​art u jippermetti li l-​umanità tgawdi saħħa perfetta u ħajja taʼ dejjem.​—Isaija 33:24; Danjel 2:44; Rivelazzjoni 21:​3, 4.

Miljuni taʼ nies esperjenzaw personalment li l-​Bibbja hija tabilħaqq sors t’għerf prattiku taʼ min joqgħod fuqu u jafdah. Il-​pubblikaturi taʼ Stenbaħ! jistidnuk biex teżamina s-​serje t’artikli intitolata “Il-​Ħarsa tal-​Bibbja,” li ssibha f’kull ħarġa taʼ din ir-​rivista. Billi tagħmel dan, int tistaʼ ssib iktar evidenza li turi li l-​Bibbja hija l-​aqwa sors taʼ gwida għall-​ħajja tiegħek stess.

ĠIELI STAQSEJT?

◼ Liema tip taʼ qima jaċċetta Alla?​—Ġwanni 4:24.

◼ X’għandek tagħmel sabiex tibbenefika mill-​għerf t’Alla?​—Proverbji 2:​1-4.

◼ B’liema mod hija l-​Bibbja sors taʼ gwida prattika?​—Ebrej 5:14.

[Noti taʼ Taħt]

a “Il-​Ħarsa tal-​Bibbja”​—artiklu li joħroġ regulari fi Stenbaħ! —se jikkunsidra dawn il-​mistoqsijiet u oħrajn f’ħarġiet li ġejjin.

b Għal iktar evidenza li l-​Bibbja hija ispirata minn Alla, ara l-​ktieb The Bible​—God’s Word or Man’s? (Il-Bibbja​—Il-​Kelma t’Alla jew tal-​Bniedem?) pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja