Minn Enerġija Elettrika għal Dawl Spiritwali
MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FL-ITALJA
◼ Kmieni fis-seklu 20, fuq il-muntanji taʼ Pistoia, l-Italja, bdew jitfaċċaw xi industriji. Sabiex tinġarr kemm il-materja prima kif ukoll dik maħduma, inbniet linja ferrovjarja li taħdem bl-elettriku. Din il-linja ferrovjarja, bil-wisaʼ taʼ bejn il-linji idjaq mis-soltu, ġiet inawgurata fil-21 taʼ Ġunju, 1926, u kienet tibqaʼ tielgħa sserrep fuq l-għoljiet u l-muntanji għal madwar ħmistax-il kilometru.
Il-ferrovija kienet tingħata l-enerġija elettrika permezz taʼ stazzjon sekondarju li jiġġenera l-elettriku (xellug fuq). Madankollu, maż-żmien, it-tnaqqis fit-traffiku kummerċjali wassal biex il-linja ma tibqax tintuża iżjed, u fl-1965 ngħalqet għalkollox. Imma xi ġralu l-bini taʼ mat-triq tal-linja ferrovjarja? Biċċa minnu spiċċa mitluq u fi stat ħażin ħafna; bini ieħor maż-żmien ġie rranġat fi ħwienet tax-xorb u vendi tal-karozzi tal-linja.
L-istazzjon li jiġġenera l-elettriku ġie restawrat. Fl-1997 inxtara mill-Assoċjazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova taʼ San Marcello Pistoiese u ġie mibdul f’waħda mill-iktar Swali tas-Saltna uniċi fit-Toskana (xellug isfel). Il-membri tal-kongregazzjoni li jiltaqgħu f’dak li qabel kien stazzjon li jiġġenera l-elettriku huma okkupati ħafna f’li ‘jiddu bħala dawwala’ f’dawn l-inħawi muntanjużi, billi jippridkaw l-aħbar tajba dwar is-Saltna t’Alla. (Filippin 2:15; Mattew 24:14) Iva, il-bini li fil-bidu kien jintuża biex jagħti l-enerġija elettrika f’sens letterali issa qed jiġi użat biex ixerred dawl spiritwali.—Mattew 5:14-16; 28:19, 20.