LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/10 p. 8
  • Is-6 Sigriet: Maħfra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-6 Sigriet: Maħfra
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Kif Taħfer
    Stenbaħ!—2013
  • 4 Aħfru lil xulxin
    Stenbaħ!—2018
  • Meta Jkun Hemm Ħbiberija Żejda
    Stenbaħ!—2013
  • Meta tkun diżappuntat biż-żwieġ tiegħek
    Stenbaħ!—2014
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 1/10 p. 8

Is-​6 Sigriet: Maħfra

“Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb.”—Kolossin 3:13.

Dan xi jfisser. Koppji li jirnexxu jitgħallmu mill-​passat; imma ma jżommux fil-​komma xi offiżi tal-​imgħoddi u mbagħad jużawhom biex jagħmlu rimarki bħal “Int dejjem tard” jew “Int qatt ma tismagħni.” Kemm ir-​raġel u kemm martu jemmnu li ‘hija ħaġa sabiħa . . . li jħallu nuqqas għaddej.’—Proverbji 19:11.

Għala hu importanti. Alla hu ‘lest li jaħfer,’ imma l-​bnedmin mhux dejjem hekk jagħmlu. (Salm 86:5) Meta nuqqas taʼ qbil tal-​passat jibqaʼ mhux solvut, ir-​riżentiment jistaʼ jakkumula sal-​punt li l-​maħfra tidher li hi impossibbli. Kemm il-​mara u kemm ir-​raġel jistgħu jintefgħu f’rokna emozzjonali—kull wieħed ikun insensittiv għas-​sentimenti tal-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ. It-​tnejn iħossuhom maqbudin fi żwieġ mingħajr imħabba.

Ipprova dan l-​eżerċizzju. Ħares lejn xi ritratti li kontu ħadtu kmieni fiż-​żwieġ tagħkom jew matul l-​għerusija. Ipprova erġaʼ kebbes l-​imħabba li kellek qabel ma bdew il-​problemi li ċajpru l-​mod kif kontu tqisu lil xulxin. Imbagħad aħseb fil-​kwalitajiet li għall-​ewwel ġibdukom lejn xulxin.

◼ Liema kwalitajiet tammira l-​iktar issa dwar il-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ?

◼ Aħseb dwar xi effetti pożittivi li jistaʼ jkollok fuq uliedek meta tkun persuna li taħfer iktar.

Agħmel riżoluzzjoni. Aħseb f’xi mod wieħed jew tnejn kif m’intix se ssemmi offiżi tal-​passat fin-​nuqqas taʼ qbil li jistaʼ jkollkom bejnietkom fil-​preżent.

Għala ma tfaħħarx lill-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ għall-​kwalitajiet li tammira fiha?—Proverbji 31:28, 29.

Ikkunsidra xi modi kif se taħfer lil uliedek.

Għala ma tiddiskutix maʼ wliedek is-​suġġett tal-​maħfra u kif l-​abbiltà li taħfer tibbenefika lil kull membru tal-​familja?

[Stampa f’paġna 8]

Meta taħfer, id-​dejn jiġi kanċellat. Ma tipprovax tiġbru lura iktar tard

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja