LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 9/13 pp. 10-11
  • Kif Taħfer

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Taħfer
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • 4 Aħfru lil xulxin
    Stenbaħ!—2018
  • Is-6 Sigriet: Maħfra
    Stenbaħ!—2010
  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Kif tista’ ma tibqax iżżomm f’qalbek
    Stenbaħ!—2014
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 9/13 pp. 10-11

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IŻ-​ŻWIEĠ

Kif Taħfer

L-​ISFIDA

Meta int u seħbitek fiż-​żwieġa targumentaw, spiss issemmu dak kollu li jkun ġara fil-​passat u terġgħu tilmentaw dwar affarijiet li messkom ilkom li rranġajtu. X’inhi l-​problema? Xi ħadd minnkom jew it-​tnejn li intom forsi ma tafux kif taħfru.

Tistaʼ titgħallem taħfer. Iżda, l-​ewwel ikkunsidra għala raġel u martu jistgħu jsibuha tant diffiċli biex jaħfru lil xulxin.

GĦALA JIĠRI DAN

Il-​poter. Xi rġiel u nisa miżżewġin ma jaħfrux ħalli jkollhom xi ftit tal-​poter fuq il-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ. Imbagħad, meta tinqalaʼ xi tilwima, jużaw dak li jkun ġara fil-​passat biex jikkontrollaw u jinfluwenzaw lill-​parti l-​oħra.

Ir-​riżentiment. Il-​feriti taʼ xi offiża tal-​passat idumu ħafna biex ifiqu. Il-​mara jew ir-​raġel jistaʼ jgħid ‘naħfirlek’ imma xorta jkun għadu qed iżomm fil-​komma dak li ġara—u forsi jkun irid ipattihielek.

Id-​diżappunt. Xi wħud jidħlu fiż-​żwieġ waqt li jemmnu bis-​sħiħ li l-​ħajja se tkun bħal xi fantasija romantika. Għalhekk, meta jinqalaʼ xi nuqqas taʼ qbil, iwebbsu rashom filwaqt li jitħassbu dwar kif jistaʼ jkun li s-​sieħba “perfetta” tagħhom tistaʼ qatt taħseb b’mod differenti minnhom. Meta individwu jkollu stennijiet mhux realistiċi, iktar ikollu t-​tendenza li joqgħod ifittex ix-​xagħra fl-​għaġina milli jkun lest li jaħfer.

In-​nuqqas taʼ ftehim. Ħafna mseħbin fiż-​żwieġ ma jaħfrux għax għandhom idea żbaljata dwar x’se tkun tfisser verament din il-​maħfra. Pereżempju:

Jekk naħfer, se nkun qed inċekken l-​iżball.

Jekk naħfer, se jkolli ninsa dak li ġara.

Jekk naħfer, inkun qed nistidinha b’idejja li nerġaʼ niġi trattat ħażin.

Fir-​realtà, li taħfer ma jfissirx dak li għadu kif issemma. Xorta waħda, jistaʼ jkun diffiċli li taħfer—speċjalment fir-​relazzjoni mill-​qrib bejn raġel u mara.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Ifhem x’tinvolvi l-​maħfra. Fil-​Bibbja, xi kultant il-​kelma “aħfer” tfisser li “tħalliha tgħaddi mal-​oħrajn.” Għalhekk, il-​maħfra mhux dejjem tfisser li tinsa dak li jkun ġara jew li ċċekken l-​iżball. Kultant sempliċement tfisser li tħalli l-​kwistjoni tgħaddi mal-​oħrajn, għall-​ġid tiegħek kif ukoll għall-​ġid taż-​żwieġ tiegħek.

Irrikonoxxi l-​konsegwenzi taʼ li ma taħfirx. Xi esperti jgħidu li jekk iżżomm fil-​komma se tkun f’riskju akbar li jkollok ħafna problemi fiżiċi u emozzjonali, inkluż id-​dipressjoni u l-​pressjoni għolja—biex ma nsemmux il-​ħsara li ssir liż-​żwieġ. Bir-​raġun, il-​Bibbja tgħid: “Kunu qalbkom tajba maʼ xulxin, agħdru b’tenerezza, u aħfru lil xulxin mill-​qalb.”—Efesin 4:32.

Irrikonoxxi l-​benefiċċji taʼ li taħfer. Spirtu taʼ maħfra jħallik tagħti lil martek il-​benefiċċju tad-​dubju minflok ma “żżomm kont” tal-​ħsara. Imbagħad dan se jgħinek toħloq ambjent li bih tikkontrolla r-​riżentiment u tkattar l-​imħabba.—Prinċipju Bibliku: Kolossin 3:13.

Kun realistiku. Hu eħfef li taħfer meta taċċetta lis-​sieħba tiegħek kif inhi, bid-​difetti kollha tagħha. “Meta tiffoka fuq id-​difetti tas-​sieħeb jew sieħba fiż-​żwieġ, faċli tinsa l-​ħafna kwalitajiet sbieħ tagħha,” jgħid il-​ktieb Fighting for Your Marriage. “Issa fuqiex trid tiffoka—fuq id-​difetti jew fuq il-​kwalitajiet sbieħ?” Ftakar, mis-​sema ’l isfel kulħadd imperfett—inkluż int.—Prinċipju Bibliku: Ġakbu 3:2.

Kun raġunevoli. Meta terġaʼ tħossok offiż minħabba xi ħaġa li qalet jew għamlet martek, staqsi lilek innifsek: ‘Hi daqshekk importanti s-​sitwazzjoni? Għandi għalfejn nisħaq li jistħoqqli apoloġija, jew inkella nistaʼ nħalliha tgħaddi mal-​oħrajn?’—Prinċipju Bibliku: L-​1 Pietru 4:8.

Jekk hemm bżonn, iddiskuti l-​kwistjoni. Spjega b’mod kalm x’kien dak li offendiek u għala ġiegħlek tħossok hekk. Takkużax lil martek li għandha motivi ħżiena u tagħmilx stqarrijiet dommatiċi, għax kulma se jagħmlu dawn hu li jġiegħlu lil martek tkun difensiva. Minflok, sempliċement għid kif l-​azzjonijiet taʼ martek effettwawk.

[Nota ta’ taħt]

a Għalkemm dan l-​artiklu hu indirizzat lill-​irġiel miżżewġin, il-​prinċipji li jiġu diskussi jgħoddu għan-​nisa miżżewġin ukoll.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ħaddieħor.”—Kolossin 3:13.

  • “Ilkoll nitfixklu ħafna drabi.”—Ġakbu 3:2.

  • “L-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.”—1 Pietru 4:8.

META JKOLLOK BŻONN TISKUŻA RUĦEK

Jekk tkun weġġajt lil martek b’xi mod, skuża ruħek b’mod sinċier. Anke jekk ma taqbilx mal-​ħarsa tal-​mara, xorta tistaʼ tiskuża ruħek għall-​għemil tiegħek li ġegħelha tħossha mweġġgħa. Jekk tagħmel l-​almu tiegħek biex ma terġax tagħmel l-​istess żball, se turi lil martek li l-​apoloġija tiegħek kienet ġenwina.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja