LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 2/14 pp. 14-15
  • Meta bintek adoloxxenti tkun stressjata

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta bintek adoloxxenti tkun stressjata
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • Kif Nistaʼ Nkampa mal-Istress tal-Iskola?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • X’Tistaʼ Tagħmel Meta Tkun Stressjat
    Stenbaħ!—2020
  • Kif Nistaʼ Nkampa maʼ l-Istress fl-Iskola?
    Stenbaħ!—2009
  • L-Istress—Ir-Raġunijiet u l-Effetti Tiegħu
    Stenbaħ!—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 2/14 pp. 14-15
Omm tfarraġ lil bintha adoloxxenti li hi stressjata

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | KIF TKUN ĠENITUR TAJJEB

Meta bintek adoloxxenti tkun stressjata

L-​ISFIDA

Omm tosserva lil bintha adoloxxenti li hi stressjata

Bintek tgħidlek li hi stressjata. ‘Taʼ 13-​il sena?’ tistaqsi lilek innifsek bla ma trid temmen. ‘Għadha żgħira wisq biex tkun taf x’jiġifieri l-​istress!’ Però, qabel ma tgħidilha hekk, ikkunsidra xi raġunijiet għala l-​ħajja tistaʼ tidher taʼ piż għal tfajla adoloxxenti.

GĦALA JIĠRI DAN

Tibdil fiżiku. Il-​bidla f’daqqa li tiġi mal-​pubertà tistaʼ tikkaġuna ansjetà konsiderevoli lil tfajla, speċjalment jekk dil-​bidla ssir wara—jew qabel—taʼ sħabha. “Jiena kont waħda mill-​ewwel tfajliet li kelli nilbes bra, u ħassejtni skomda ħafna,” tgħid Anna,a li issa għandha 20 sena. “Ħdejn tampari ħassejtni stramba, bħallikieku m’iniex normali!”

Tibdil emozzjonali. Karen, li issa għandha 17, tiftakar: “Kien frustranti li ma kontx inkun naf għala kont tant ferħana matul il-​ġurnata imma iktar tard bil-​lejl kont nibki bħal tarbija. Ma kontx naf x’kien qed jiġrili. Kien bħallikieku ma kellix kontroll fuq l-​emozzjonijiet tiegħi.”

Jiġi l-​ewwel pirjid. “Għalkemm ommi kienet ippreparatni, l-​ewwel pirjid li kelli qabadni fuq sieq waħda,” tgħid mara żagħżugħa jisimha Kathleen. “Kont nieħu doċċa ħafna drabi kuljum għax il-​ħin kollu kont inħossni maħmuġa. Barra minn hekk, it-​tliet ħuti subien ikbar minni kienu jinkuni bla ħniena. Huma ħasbu li dak li kont għaddejja minnu kien xi ħaġa tad-​daħq.”

Pressjoni mis-​soċjetà. Marie, li issa għandha 18, tiftakar: “Meta kelli bejn 12 u 14-​il sena, il-​pressjoni minn tampari l-​veru kienet qawwija. It-​tfal tal-​iskola fejn kont immur kienu kattivi maʼ kull min kien differenti.” Anita, taʼ 14-​il sena, tgħid: “Hu kruċjali għal żgħażagħ tal-​età tiegħi li jiġu aċċettati minn grupp taʼ ħbieb, u jekk ma jaċċettawkx tħossok imkissra.”

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Ħeġġeġ lil bintek titkellem dwar l-​istress li tħoss. Għall-​ewwel, għandu mnejn ma tkunx trid titkellem. Imma kun paċenzjuż u segwi l-​parir tal-​Bibbja u ‘kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem.’—Ġakbu 1:19.

Tiħux l-​istress taʼ bintek biċ-​ċajt. Ftakar li hi m’għandhiex l-​esperjenza li għandek int fil-​ħajja, u għalhekk forsi tgħaġġibha xi ftit għax tkun għadha ma tgħallmitx kif tkampa bl-​istress.—Prinċipju Bibliku: Rumani 15:1.

Tgħabbix lil bintek b’ħafna attivitajiet żejda. Skont il-​ktieb Teach Your Children Well, żgħażagħ li l-​iskeda tagħhom tkun mimlija żżejjed “spiss juru sinjali taʼ stress, partikularment sinjali fiżiċi bħal uġigħ taʼ ras jew uġigħ fl-​istonku.”—Prinċipju Bibliku: Filippin 1:9, 10.

Kun ċert li bintek torqod biżżejjed. Spiss, l-​irqad hu l-​ewwel ħaġa li ż-​żgħażagħ jittraskuraw. Madankollu, mingħajru, l-​abbiltà biex bintek taħseb u biex tevita l-​istress se tonqos.—Prinċipju Bibliku: Ekkleżjasti 4:6.

Għin lil bintek issib modi pożittivi biex ittaffi l-​istress. Għal xi tfajliet, l-​eżerċizzju jnaqqas l-​ansjetà. Il-​Bibbja tgħid li “t-​taħriġ tal-​ġisem hu taʼ benefiċċju.” (1 Timotju 4:8) Tfajliet oħrajn isibu li jekk jiktbu fid-​djarju, dan jgħinhom iżommu l-​istress taħt kontroll. “Meta kont iżgħar,” tiftakar Brittany taʼ 22 sena, “kont nikteb dwar problemi li ma stajtx insolvi. Dan għenni nifhem kif verament kont inħossni dwar problema, u mbagħad kien ikun iktar faċli biex insolviha jew sempliċement ninsieha.”

Agħti l-​eżempju. Kif tkampa int bl-​istress? Titgħabba iktar milli tiflaħ imbagħad tippanikja meta tiġi biex tagħmel l-​affarijiet? Taħdem iebes iżżejjed, tant li tinfileġ u ma tiħux il-​ħin għall-​affarijiet iktar importanti tal-​ħajja? “Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli,” jgħid Filippin 4:5. Ftakar, l-​adoloxxent tiegħek qed jara l-​eżempju tiegħek u jitgħallem minnu—għat-​tajjeb jew għall-​ħażin.

a L-​ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Aħna li aħna b’saħħitna għandna nerfgħu d-​dgħjufijiet taʼ dawk li m’humiex b’saħħithom.” —Rumani 15:1.

  • “Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.”—Filippin 1:9, 10.

  • “Aħjar id mimlija bil-​mistrieħ milli tnejn mimlijin bix-​xogħol iebes u l-​ġiri wara r-​riħ.”—Ekkleżjasti 4:6.

L-​EŻEMPJU TAL-​ĠENITURI

“Missieri dejjem ikollu x’jagħmel,” tgħid tfajla jisimha Laura, “imma dejjem ikollu attitudni pożittiva. Meta tqum problema, l-​ewwel reazzjoni tiegħu ġeneralment tkun, ‘Kif nistgħu nsolvuha din?’ jew ‘X’inhi l-​aħjar soluzzjoni għal din il-​problema?’ Xi ħaġa li jħobb jgħid missieri hi, ‘Għaxra fil-​mija tal-​ħajja hu dak li jseħħ u 90 fil-​mija kif tirreaġixxi għalih.’ Missieri mhux perfett—kultant jistressja ruħu. Imma qatt ma jħalli problema tirkbu. Hu eżempju tajjeb għalija taʼ kif inkampa bl-​istress.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja