LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/14 pp. 10-11
  • “Jien konvint li hemm Ħallieq”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Jien konvint li hemm Ħallieq”
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • Iċ-Ċelluli Ħomor Tiegħek—X’Meravilja!
    Stenbaħ!—2006
  • It-“Trakkijiet” Mikroskopiċi li Jinsabu f’Ġismek
    Stenbaħ!—2001
  • Kif Nistgħu Nkunu Nafu li Hemm Alla
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Bijokimika Tispjega t-Twemmin Tagħha
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 4/14 pp. 10-11
Frédéric Dumoulin hu u jaħdem

INTERVISTA | FRÉDÉRIC DUMOULIN

“Jien konvint li hemm Ħallieq”

Frédéric Dumoulin

Għal iktar minn għaxar snin, Frédéric Dumoulin ħadem fil-​qasam tar-​riċerka farmaċewtika fl-​Università taʼ Ghent, il-​Belġju. Kien hemm żmien meta kien ateu. Imma iktar tard, Frédéric sar konvint li Alla ħalaq il-​ħajja. Stenbaħ! staqsa lil Frédéric—li issa hu Xhud taʼ Ġeħova—dwar ix-​xogħol u t-​twemmin tiegħu.

Kellha xi rwol fi tfulitek ir-​reliġjon?

Iva. Ommi kienet Kattolika Rumana. Imma meta qrajt dwar il-​Kruċjati u l-​Inkwiżizzjoni, ħassejtni diżgustat bir-​reliġjon u ma ridtx naf biha iktar. Qrajt ukoll dwar reliġjonijiet mhux Kristjani u rajt li ma kinux aħjar. Meta kelli 14-​il sena rraġunajt li l-​abbundanza tal-​korruzzjoni fir-​reliġjon tagħti prova li Alla ma jeżistix. Għalhekk, meta fl-​iskola ġejt mgħallem it-​teorija tal-​evoluzzjoni, wasalt għall-​konklużjoni li l-​ħajja oriġinat bi proċessi naturali.

Kif inġbidt lejn ix-​xjenza?

Taʼ sebaʼ snin, ingħatajt mikroskopju u dan sar il-​ġugarell favorit tiegħi. Fost affarijiet oħrajn, kont nużah biex neżamina insetti affaxxinanti, bħalma huma l-​friefet.

Kif interessajt ruħek fl-​oriġini tal-​ħajja?

Meta kelli 22 sena, iltqajt maʼ xjentista li kienet waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Kienet temmen li Alla ħalaq il-​ħajja. Din kienet ħaġa vera stramba għalija. Jien ħsibt li stajt faċilment nuri kif it-​twemmin tagħha kien ridikolu. Imma bqajt sorpriż meta kellha tweġibiet bis-​sens għall-​mistoqsijiet tiegħi. Ġietni kurżità dwar in-​nies li jemmnu b’Alla.

Ftit xhur wara ltqajt maʼ Xhud ieħor li kien jifhem mhux ħażin fil-​mediċina. Meta offra li jispjega t-​twemmin tiegħu, aċċettajt l-​offerta minħabba li ridt insir naf għala n-​nies jemmnu b’Alla. Ma ridtx inħallih jittama għalxejn.

Ikkonvinċejtu li kien żbaljat?

Le, ma rnexxilix. Bdejt nagħmel riċerka dwar teoriji tal-​oriġini tal-​ħajja. Bqajt sorpriż meta sibt li xi xjentisti rispettati jgħidu li anki l-​iktar ċellula ħajja sempliċi tant hi kumplessa li ma setgħetx oriġinat fuq l-​art. Uħud minnhom jaħsbu li ċelluli bħal dawn ġew mill-​ispazju. Hemm nuqqas taʼ qbil kbir dwar kif bdiet il-​ħajja.

Hemm xi qbil bejniethom?

Ħaġa tal-​iskantament, ħafna xjentisti jaqblu li b’xi mod proċessi naturali wasslu biex materja bla ħajja tieħu l-​ħajja. Bdejt naħseb, ‘Jekk ma jafux kif il-​ħajja setgħet ġiet mingħajr Ħallieq, kif jistgħu jkunu tant ċerti li hekk ġara?’ Bdejt nara x’tgħid il-​Bibbja dwar l-​oriġini tal-​ħajja.

Għal liema konklużjonijiet dwar il-​Bibbja wasalt?

Iktar ma tgħallimt mill-​Bibbja, iktar sirt konvint li hi vera. Pereżempju, kien biss reċentement li x-​xjentisti sabu evidenza li l-​univers kellu bidu. Imma l-​ewwel vers tal-​Bibbja, li nkiteb xi 3,500 sena ilu, jgħid: “Fil-​bidu Alla ħalaq is-​smewwiet u l-​art.”a U sibt li kull meta l-​Bibbja titkellem dwar affarijiet xjentifiċi, tkun eżatta.

Sibt li kull meta l-​Bibbja titkellem dwar affarijiet xjentifiċi, tkun eżatta

L-​għarfien li għandek tax-​xjenza għamilhielek diffiċli temmen b’Alla?

Le. Meta għall-​ewwel bdejt nemmen b’Alla, kont ili nistudja tliet snin l-​università. Sal-​ġurnata tal-​lum, iktar ma nistudja d-​disinji taʼ affarijiet ħajjin, iktar jien konvint li hemm Ħallieq.

Tistaʼ tagħtina eżempju?

Iva. Studjajt l-​effetti tal-​mediċini u s-​sustanzi velenużi fuq affarijiet ħajjin. Disinn wieħed li jaffaxxinani hu kif moħħna huwa protett minn sustanzi perikolużi u mill-​batterji. Hemm barriera li żżomm demmna separat miċ-​ċelluli tal-​moħħ.

X’hemm straordinarju dwar dan?

‘Il fuq minn 100 sena ilu, xi riċerkaturi nnotaw li sustanzi li jidħlu fid-​demm jiġu trasferiti għal kull parti tal-​ġisem—minbarra l-​moħħ u s-​sinsla tad-​dahar. Dan il-​fatt jgħaġġibni, għax netwerk immens taʼ vini kapillari (irqaq) jieħu d-​demm lil kull ċellula fil-​moħħ. Iċ-​ċelluli tal-​moħħ kollha jitnaddfu, u jirċievu l-​ikel u l-​ossiġnu permezz tad-​demm. Mela, id-​demm kif jistaʼ jibqaʼ separat miċ-​ċelluli taʼ moħħna? Għal ħafna snin, dan kien misteru.

Kif taħdem din il-​barriera?

Il-​vini mikroskopiċi mhumiex bħal tubi tal-​plastik li jżommu dak li hemm ġo fihom separat minn dak li hemm barra. Il-​vini huma magħmulin minn ċelluli. Dawn iċ-​ċelluli jħallu s-​sustanzi u l-​mikrobi jgħaddu minn ġo fihom u minn bejniethom. Madankollu, iċ-​ċelluli tal-​vini f’moħħna huma differenti. Huma ssikkati maʼ xulxin. Dawn iċ-​ċelluli u fejn jissallbu bejniethom huma tal-​għaġeb. Ħafna mekkaniżmi kumplessi jiżguraw li xi affarijiet—bħall-​ossiġnu, il-​karbonju dijossidu, u l-​glukosju—jgħaddu mid-​demm għall-​moħħ b’mod regolat. Imma sustanzi oħrajn, proteini, u ċelluli ma jitħallewx. Għalhekk, il-​barriera taʼ bejn il-​moħħ u d-​demm taħdem fuq livell molekulari biex tipproduċi barrieri fiżiċi, kimiċi, u elettriċi. Għalija, disinn bħal dan sempliċement ma setax evolva.

a Ġenesi 1:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja