LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 2 pp. 14-15
  • Is-salib

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-salib
  • Stenbaħ!—2017
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Miet Ġesù fuq salib?
  • Id-​dixxipli taʼ Ġesù kienu jużaw is-​salib biex iqimu lil Alla jew biex jissimbolizzaw il-​Kristjanità?
  • Il-​Kristjani kif għandhom juru rispett għal Ġesù Kristu?
  • Għala l-​Kristjani Veri Ma Jużawx is-​Salib fil-​Qima
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jużawx is-Salib fil-Qima?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Veru li Ġesù Miet fuq Salib?
    Stenbaħ!—2006
  • Miet Ġesù fuq Salib?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 2 pp. 14-15
Ġiżirana b’salib

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Is-​salib

Ħafna nies iqisu s-​salib bħala s-​simbolu tal-​Kristjanità. Madankollu, xi wħud minnhom ma jemmnux li s-​salib għandu jintlibes jew jiddendel fid-​djar jew fil-​knejjes.

Miet Ġesù fuq salib?

DAK LI JGĦIDU XI NIES

Ir-​Rumani qatlu lil Ġesù billi dendluh fuq salib magħmul minn biċċtejn injam.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Ġesù ġie maqtul billi ġie mdendel “maʼ għuda.” (Atti 5:30, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Iż-​żewġ kelmiet li użaw il-​kittieba tal-​Bibbja biex jiddeskrivu fuq xiex miet Ġesù jissuġġerixxu injama waħda, mhux tnejn. Il-​kelma Griega stawros, skont Crucifixion in Antiquity, tfisser “arblu. . . . Mhijiex l-​istess bħal ‘salib.’” Il-​kelma ksilon, li tintuża f’​Atti 5:30 hi “sempliċement zokk jew arblu wieqaf li fuqu r-​Rumani kienu jsammru lil dawk li jingħad li kienu jiġu msallbin.”a

Il-​Bibbja wkoll tagħmel konnessjoni bejn il-​metodu li nqatel Ġesù maʼ liġi tal-​qedem tal-​Iżraelin. Il-​liġi kienet tgħid: “Jekk xi raġel jagħmel dnub li jistħoqqlu s-​sentenza tal-​mewt, u jingħata l-​mewt, u int iddendlu maʼ zokk, . . . min jiġi mdendel ikun xi ħaġa misħuta minn Alla.” (Dewteronomju 21:22, 23) Meta rrefera għal din il-​liġi, l-​appostlu Kristjan Pawlu kiteb li Ġesù sar “saħta minflokna, għax hu miktub: ‘Misħut kulmin ikun imdendel maʼ zokk [ksilon].’” (Galatin 3:13) B’hekk, Pawlu indika li Ġesù kien miet fuq zokk—biċċa injama waħda.

“Qatluh billi dendluh maʼ siġra.”—Atti 10:39, The New Jerusalem Bible.

Id-​dixxipli taʼ Ġesù kienu jużaw is-​salib biex iqimu lil Alla jew biex jissimbolizzaw il-​Kristjanità?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Imkien fil-​Bibbja ma nsibu li l-​Kristjani tal-​bidu kienu jużaw is-​salib bħala simbolu reliġjuż. Minflok, kienu r-​Rumani taʼ dak iż-​żmien li kienu jużaw forma taʼ salib biex jissimbolizzaw l-​allat tagħhom. Imbagħad, madwar 300 sena wara l-​mewt taʼ Ġesù, l-​Imperatur Ruman Kostantinu uża s-​salib bħala emblema tal-​armati tiegħu, u minn hemm ’il quddiem is-​salib sar assoċjat mal-​knisja “Kristjana.”

Ladarba l-​pagani kienu jużaw is-​salib biex iqimu lill-​allat tagħhom, kienu d-​dixxipli taʼ Ġesù se jużawh biex iqimu lill-​Alla l-​veru? Għall-​kuntrarju, huma kienu jafu li Alla kien ilu li ddiżapprova l-​qima li fiha tintuża “l-​forma taʼ xi simbolu” u kienu jafu li l-​Kristjani kellhom ‘jaħarbu mill-​idolatrija.’ (Dewteronomju 4:15-​19; 1 Korintin 10:14) “Alla hu Spirtu,” allura n-​nies ma jistgħux jarawh. Għaldaqstant, il-​Kristjani tal-​bidu ma kinux jużaw xi oġġett jew simbolu viżibbli biex jgħinhom iħossuhom eqreb t’Alla. Minflok, huma kienu jqimuh “bl-​ispirtu,” jiġifieri gwidati mill-​ispirtu qaddis tiegħu li ma jidhirx, u bil-​“verità,” jiġifieri fi qbil mar-​rieda t’Alla kif tidher fl-​Iskrittura.—Ġwanni 4:24.

“L-​aduraturi veri jqimu lill-​Missier bl-​ispirtu u l-​verità.”—Ġwanni 4:23.

Il-​Kristjani kif għandhom juru rispett għal Ġesù Kristu?

DAK LI JGĦIDU XI NIES

“Huwa pjuttost naturali u loġiku li l-​mezz taʼ salvazzjoni jintuża bħala oġġett li jkun jixraqlu rispett u venerazzjoni speċjali. . . . Min iqim lix-​xbihat, iqim il-​persuna li jirrappreżentaw.”—New Catholic Encyclopedia.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Kristjani huma midjunin maʼ Ġesù, għax il-​mewt tiegħu għamlithielhom possibbli biex jinħafrulhom dnubiethom, biex jersqu lejn Alla, u biex jingħataw ħajja taʼ dejjem. (Ġwanni 3:16; Ebrej 10:19-​22) Ħadd ma qalilhom biex juru rispett għal dan ir-​rigal billi jkollhom simbolu taʼ Ġesù jew billi sempliċement jistqarru li jemmnu fih. Wara kollox, “il-​fidi, jekk m’għandhiex għemejjel, hi mejta fiha nfisha.” (Ġakbu 2:17) Il-​Kristjani għandhom jeżerċitaw il-​fidi f’Ġesù. Kif?

Il-​Bibbja tgħid: “L-​imħabba li għandu l-​Kristu ġġegħelna, peress li dan iġġudikajna, li bniedem wieħed miet għal kulħadd . . . Dawk li jgħixu ma jgħixux iktar għalihom infushom, imma għal dak li miet għalihom u ġie mqajjem.” (2 Korintin 5:14, 15) Bl-​imħabba li tispikka tal-​Kristu, il-​Kristjani jitqanqlu biex jirranġaw ħajjithom ħalli jsegwu l-​eżempju tiegħu. B’dan il-​mod, huma jonoraw lil Ġesù b’mod bil-​wisq iktar sinifikanti milli kieku jużaw simbolu reliġjuż.

“Din hi r-​rieda taʼ Missieri, li kulmin jara lill-​Iben u jeżerċita l-​fidi fih ikollu l-​ħajja taʼ dejjem.”—Ġwanni 6:40.

a A Critical Lexicon and Concordance to the English and Greek New Testament, 11th Edition, taʼ Ethelbert W. Bullinger, paġni 818-819.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja