LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 62
  • Inkwiet fid-Dar taʼ David

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Inkwiet fid-Dar taʼ David
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Id-dnub tas-Sultan David
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Punti mit-2 Samwel
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • L-Istqarrija tad-Dnub Twassal għall-Fejqan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 62

STORJA 62

Inkwiet fid-Dar taʼ David

WARA li David jibda jaħkem f’Ġerusalemm, Ġeħova jagħti lill-​armata tiegħu ħafna rebħiet fuq l-​għedewwa tagħhom. Ġeħova kien wiegħed li jagħti l-​art taʼ Kangħan lill-​Iżraelin. U issa, bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, l-​art kollha li kienet imwiegħda fl-​aħħar issir tagħhom.

David huwa ħakkiem tajjeb. Hu jħobb lil Ġeħova. Għalhekk, waħda mill-​ewwel affarijiet li jagħmel wara li rebaħ lil Ġerusalemm hi li jġib l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova hemmhekk. U hu jrid jibni tempju biex ipoġġiha fih.

Meta David jikber, hu jagħmel żball serju. David jaf li hu ħażin li tieħu xi ħaġa li hi taʼ xi ħadd ieħor. Imma lejla waħda, meta jkun fuq il-​bejt tal-​palazz tiegħu, hu jħares ’l isfel u jara mara sabiħa ħafna. Jisimha Bat-​seba, u r-​raġel tagħha hu wieħed mis-​suldati tiegħu jismu Urija.

David tant irid lil Bat-​seba li jibgħat għaliha biex tiġi fil-​palazz tiegħu. Ir-​raġel tagħha qiegħed ’il bogħod jiġġieled. Mela, David jimtedd magħha u wara hi ssir taf li ħa jkollha tarbija. David tgħidx kemm jinkwieta u jordna lil Ġowab, il-​kap tal-​armata tiegħu, biex iqiegħed lil Urijah fuq quddiem tal-​battalja fejn jiġi maqtul. Meta Urija jmut, David jiżżewweġ lil Bat-​seba.

Ġeħova hu rrabjat ħafna maʼ David. Għalhekk, jibgħat lill-​qaddej tiegħu, Natan, biex jgħidlu bid-​dnubiet tiegħu. Hawn tistaʼ tara lil Natan jitkellem maʼ David. David jiddispjaċih ħafna għal dak li għamel, u għalhekk Ġeħova ma joqtlux. Imma Ġeħova jgħid: ‘Minħabba li għamilt dawn l-​affarijiet ħżiena, se jkollok ħafna inkwiet fid-​dar tiegħek.’ U veru, tgħidx kemm jinqalagħlu inkwiet David!

L-​ewwel, it-​tifel taʼ Bat-​seba jmut. Imbagħad, l-​ewwel iben taʼ David, Amnon, isib lil oħtu Tamar waħedha u jġegħelha timtedd miegħu. It-​tifel taʼ David, Absalom, tant jirrabja minħabba dan li joqtol lil Amnon. Iktar tard, Absalom isir popolari maʼ ħafna nies u jagħmel lilu nnifsu sultan. Fl-​aħħar, David jirbaħ il-​gwerra kontra Absalom u dan jinqatel. Iva, David ikollu ħafna inkwiet.

Waqt li dan kollu jkun għaddej, Bat-​seba tiled iben u ssemmih Salamun. Meta David ikun xjaħ u marad, ibnu Adonija jipprova jagħmel lilu nnifsu sultan. Meta jiġri dan, David iqabbad qassis li jismu Sadok biex iferraʼ ż-​żejt fuq ras Salamun ħalli juri li Salamun ħa jkun is-​sultan. Ftit wara, David imut taʼ 70 sena. Hu ħakem għal 40 sena, imma issa Salamun hu s-​sultan t’Iżrael.

2 Samwel 11:1-27; 12:1-18; 1 Slaten 1:1-48.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja