LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 115
  • Ġenna Ġdida fuq l-Art

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġenna Ġdida fuq l-Art
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Min Se Jiġi Rxoxtat? Fejn Se Jgħixu?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • X’Inhu L-Iskop T’Alla Għall-Art?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Wara Armageddon, Art Magħmula Ġenna
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 115

STORJA 115

Ġenna Ġdida fuq l-Art

ĦARES lejn dawn is-​siġar twal, il-​fjuri sbieħ, u l-​muntanji għoljin. Kemm hawn sabiħ, hux? Ara ċ-​ċerva li qed tiekol minn id it-​tifel ċkejken! U ara l-​iljuni u ż-​żwiemel hemm fuq il-​ħaxix. Ma tixtieqx kieku tgħix f’dar f’post bħal dan?

Alla jridek tgħix għal dejjem f’ġenna fuq l-​art. Ma jridekx tbati mill-​uġigħ u l-​inkwiet li jkollhom in-​nies illum. Din hi l-​wegħda tal-​Bibbja għal dawk li se jgħixu fil-​ġenna tal-​art ġdida: ‘Alla se jkun magħhom. Mhux se jkun hemm iktar mewt jew biki jew uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.’

Ġesù se jagħmel ċert li ssir din il-​bidla meraviljuża. Taf meta? Iva, wara li jnaddaf l-​art mill-​ħażen u min-​nies ħżiena kollha. Tinsiex, meta Ġesù kien fuq l-​art hu fejjaq lin-​nies minn kull xorta taʼ mard, u saħansitra qajjem lin-​nies mill-​mewt. Ġesù għamel dan biex juri x’kien se jagħmel mal-​art kollha meta jsir is-​Sultan tas-​Saltna t’Alla.

Aħseb ftit kemm se tkun tal-​għaġeb il-​ħajja fil-​ġenna ġdida fuq l-​art! Ġesù se jkun qed isaltan mis-​sema flimkien maʼ xi ftit minn dawk li jagħżel. Dawn il-​ħakkiema se jieħdu ħsieb lil kulħadd fuq l-​art u jagħmlu ċert li jkunu ferħanin. Ejja naraw xi rridu nagħmlu biex inkunu ċerti li Alla se jagħtina l-​ħajja taʼ dejjem fil-​ġenna tal-​art ġdida tiegħu.

Rivelazzjoni 21:3, 4; 5:9, 10; 14:1-3.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja