LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • uw kap. 10 pp. 78-86
  • Saltna “li M’Hijiex Se Tinġieb f’Rovina”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Saltna “li M’Hijiex Se Tinġieb f’Rovina”
  • Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • SPEZZJONI LI TQANQAL IL-​QALB
  • L-​OĠĠETTIVI TAGĦHA​—KIF JINTLAĦQU
  • TWETTIQIET DIĠÀ EVIDENTI
  • IL-​KWALITÀ DEJJIEMA TAS-​SALTNA
  • Saltna “li Ma Tinqered Qatt”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Is-Saltna t’Alla Taħkem
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Is-Saltna t’Alla—Il-Ħakma l-Ġdida fuq id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
uw kap. 10 pp. 78-86

Kapitlu 10

Saltna “li M’Hijiex Se Tinġieb f’Rovina”

1, 2. (a) Liema fatt huwa enfasizzat kuljum permezz tal-​ġrajjiet dinjin, u kif? (b) Liema hija l-​unika soluzzjoni?

ĠRAJJIET dinjin taʼ kuljum jiġbdu l-​attenzjo-​ni lejn il-​fatt li l-​bnedmin ma sabux hena billi ċaħdu s-​sovranità taʼ Jehovah u, minflok, ipprovaw jiggvernaw lilhom infushom. Ebda sistema taʼ gvern uman ma ġabet benefiċċji b’mod imparzjali lill-​umanità. Għalkemm il-​bnedmin żviluppaw il-​ħila xjentifika tagħhom sa livell li bħalu qatt ma kien hemm, ma kellhomx il-​ħila jqaċċtu ’l barra d-​dnub, jegħlbu l-​mard u jtemmu l-​mewt, lanqas saħansitra għal wieħed mis-​sudditi tagħhom. Għall-​kuntrarju, il-​ġnus ikomplu jiżviluppaw armamenti ġodda u iktar orribbli. Il-​vjolenza kriminali tiffjorixxi. It-​teknoloġija, ir-​regħba u l-​injoranza jingħaqdu flimkien biex iniġġsu l-​art, l-​ilma u l-​arja. L-​inflazzjoni m’għola s-​smewwiet u n-​nuqqas taʼ xogħol qegħdin jagħmluh estremament iebes għal ħafna biex jakkwistaw in-​neċessitajiet tal-​ħajja. In-​nies huma ddisprati għal mezz taʼ ħelsien.​—Ekkl. 8:9.

2 X’inhi s-​soluzzjoni? Is-​Saltna t’Alla, li għaliha Ġesù kien għallem lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu. (Matt. 6:​9, 10) Kemm għandna nkunu grati li s-​serħan li din se ġġib issa huwa tant fil-​qrib!

3. (a) F’konnessjoni maʼ din is-​Saltna, x’seħħ fis-​sema fl-​1914 E.K.? (b) Dak għala huwa importanti għalina?

3 Diġà, mill-​1914 E.K. ’l hawn, kienet qiegħda topera s-​Saltna t’Alla f’idejn Ġesù Kristu.a F’dik is-​sena l-​ġrajjiet li Danjel kien ra ġo viżjoni profetika attwalment twettqu fis-​sema. L-​“Antik tal-​Jiem,” Alla Jehovah, ta lil Bin il-​bniedem, Ġesù Kristu, “stat taʼ ħakkiem u dinjità u saltna, biex il-​popli, gruppi nazzjonali u lingwi għandhom ilkoll jaqdu saħansitra lilu.” Billi kien qiegħed jirrapporta l-​viżjoni, Danjel kiteb: “L-​istat taʼ ħakkiem tiegħu huwa stat taʼ ħakkiem li jdum għal żmien indefinit u li m’huwiex se jgħaddi, u saltnatu waħda li m’hijiex se tinġieb f’rovina.” (Dan. 7:​13, 14) Huwa permezz taʼ din is-​Saltna li Alla se jagħmilha possibbli għal dawk li jħobbu t-​tjieba li jgawdu l-​affarijiet bla għadd tajbin li lilhom hu għamel bħala l-​iskop tiegħu meta poġġa l-​ewwel ġenituri umani tagħna fil-​Ġenna.

4. Liema dettalji rigward is-​Saltna huma taʼ interess kbir għalina, u għala?

4 Sudditi leali tas-​Saltna huma interessati ferm fl-​istruttura taʼ dan il-​gvern u fil-​mod kif jopera. Iridu jkunu jafu x’inhu jagħmel issa, x’se jwettaq fil-​futur u x’jinħtieġ minnhom. Jeżaminawh bir-​reqqa, u, fil-​waqt li jagħmlu dan, l-​apprezzament tagħhom għalih jikber u jarmaw lilhom infushom biex jgħidu lil oħrajn dwaru.​—Salm 48:​12, 13.

SPEZZJONI LI TQANQAL IL-​QALB

5. (a) L-​Iskrittura kif turi s-​sovranità taʼ min hija espressa permezz tas-​Saltna Messjanika? (b) Mela kif aħna effettwati b’dak li nitgħallmu dwar is-​Saltna?

5 Waħda mill-​ewwel affarijiet li eżami bħal dan jirrivela hija li din is-​Saltna Messjanika hija espressjoni tas-​sovranità taʼ Jehovah innifsu. Huwa hu l-​wieħed li ta “stat taʼ ħakkiem u dinjità u saltna” lil Ibnu. B’hekk, wara li din is-​Saltna bdiet taħkem, ilħna fis-​sema b’mod xieraq iddikjaraw: “Is-​saltna tad-​dinja tassew saret is-​saltna tal-​Mulej tagħna [Alla Jehovah] u tal-​Kristu tiegħu, u hu [Jehovah] se jaħkem bħala Sultan għal dejjem taʼ dejjem.” (Riv. 11:15) Mela dak kollu li nosservaw dwar din is-​Saltna u dak li din twettaq iressaqna eqreb lejn Jehovah innifsu. Din tnissel ġo fina xewqa li nissottomettu lilna nfusna lejn is-​sovranità tiegħu għal dejjem.

6. Għala huwa taʼ interess speċjali għalina li Ġesù Kristu hu l-​ħakkiem sostitut taʼ Jehovah?

6 Kemm huwa tajjeb li Jehovah poġġa lil Ġesù Kristu fuq it-​tron bħala l-​ħakkiem sostitut Tiegħu! Bħala l-​Imgħallem li lilu Alla uża biex jagħmel l-​art u l-​bniedem, Ġesù jaf il-​bżonnijiet tagħna aħjar minn kwalunkwe wieħed minna. Barra minn hekk, hu wera mill-​bidu taʼ l-​istorja umana ‘l-​għaxqa tiegħu għal ulied il-​bnedmin.’ (Prov. 8:​30, 31; Kol. 1:​15-17) Tant hija kbira dik l-​imħabba li hu personalment ġie fuq l-​art u ta ħajtu bħala rahan għan-​nom tagħhom. B’hekk għamel disponibbli għalina l-​mezz għal ħelsien mid-​dnub u l-​mewt, u l-​opportunità għal ħajja eterna.​—Matt. 20:28.

7. (a) F’kuntrast maʼ l-​istat taʼ ħakkiem minn kwalunkwe bniedem, dan il-​gvern għala se jkun dejjiemi? (b) L-​“irsir leali u diskret” liema relazzjoni għandu mal-​gvern tas-​sema?

7 Dan huwa gvern stabbli, dejjiemi. Il-​kwalità dejjiema tiegħu hija assigurata mill-​fatt li Jehovah innifsu m’huwiex suġġett għall-​mewt. (Ħab. 1:12; Salm 146:​3-5, 10) F’kuntrast mas-​slaten umani, Ġesù Kristu, il-​wieħed li lilu Alla fada l-​istat taʼ Sultan, hu wkoll immortali. (Rum. 6:9; 1 Tim. 6:​15, 16) Fi sħubija maʼ Kristu fuq tronijiet tas-​sema se jkun hemm 144,000 oħrajn, qaddejja leali t’Alla meħudin minn “kull tribù u lsien u poplu u ġens.” Dawn, ukoll, jiġu mogħtijin ħajja immortali. (Riv. 5:​9, 10; 1 Kor. 15:​42-44, 53) Diġà l-​parti l-​kbira minnhom huma fis-​smewwiet, u l-​fdal tagħhom li għadhom fuq l-​art jifformaw il-​klassi taʼ l-​“irsir leali u diskret,” li bil-​lealtà jmexxi ’l quddiem l-​interessi taʼ dik is-​Saltna hawnhekk.​—Matt. 24:​45-47.

8, 9. (a) Is-​Saltna se tneħħi liema influwenzi li jifirdu u korrotti? (b) Mela, jekk irridu nevitaw li nsiru għedewwa tas-​Saltna t’Alla, f’liema organizzazzjonijiet u attivitajiet se nevitaw li niġu involuti?

8 Dalwaqt issa, fil-​ħin maħtur taʼ Jehovah, il-​forzi tiegħu t’esekuzzjoni se jmorru fl-​azzjoni biex inaddfu l-​art. Se jeqirdu għal dejjem lil dawk il-​bnedmin li minħabba l-​għażla tagħhom stess ma jafux lil Alla, billi jirrifjutaw li jirrikonoxxu s-​sovranità tiegħu, u li jittrattaw b’disprezz il-​provvedimenti taʼ mħabba li hu jagħmel permezz taʼ Ġesù Kristu. (2 Tess. 1:​6-9) Dan se jkun il-​jum taʼ Jehovah, iż-​żmien tant mistenni għall-​ivvindikar tiegħu bħala s-​Sovran Universali.

9 Ir-​reliġjon falza kollha, u wkoll il-​gvernijiet umani kollha u l-​armati tagħhom, li kienu qegħdin jiġu mmanipulati mill-​ħakkiem mill-​agħar li ma jidhirx taʼ din id-​dinja, se jinġiebu fix-​xejn għal dejjem. Dawk kollha li jidentifikaw lilhom infushom bħala parti minn din id-​dinja billi jsegwu mod taʼ ħajja ċċentrat fuqhom infushom, diżonest u immorali se jiġu maqtugħin permezz tal-​mewt. Satana u d-​demonji tiegħu se jiġu mneħħijin milli jkollhom kuntatt maʼ l-​abitanti taʼ l-​art, miżmumin f’sigurtà għal elf sena. X’serħan se jkun dan għal dawk kollha li jħobbu t-​tjieba!​—Riv. 18:​21, 24; 19:​11-16, 19-21; 20:​1, 2.

L-​OĠĠETTIVI TAGĦHA​—KIF JINTLAĦQU

10. (a) Is-​Saltna Messjanika kif se twettaq l-​iskop taʼ Jehovah għall-​art infisha? (b) Dan x’se jkun ifisser għan-​nies li jkunu qegħdin jgħixu fuq l-​art f’dak iż-​żmien?

10 Din is-​Saltna Messjanika se twettaq għalkollox l-​iskop oriġinali t’Alla għall-​art. (Ġen. 2:​8, 9, 15; 1:28) Sal-​ġurnata tal-​lum, il-​bniedem falla f’li jesegwixxi dak l-​iskop. Madankollu, “l-​art abitata li għandha tiġi” ġiet sottomessa lejn Bin il-​bniedem, Ġesù Kristu. Dawk kollha li jibqgħu ħajjin wara l-​esekuzzjoni tal-​ħaqq taʼ Jehovah fuq din is-​sistema qadima se jaħdmu magħqudin taħt Kristu bħala Sultan, u bil-​ferħ jagħmlu dak kollu li hu jesiġi sabiex l-​art issir Ġenna globali. (Eb. 2:​5-9) Il-​bnedmin kollha se jgawdu xogħol idejhom u jibbenefikaw bis-​sħiħ mill-​abbundanza taʼ dak li l-​art tipproduċi.​—Salm 72:​1, 7, 8, 16-19; qabbel Isaija 65:​21, 22.

11. (a) Il-​perfezzjoni fil-​moħħ u l-​ġisem kif se tiġi mwettqa għas-​sudditi tas-​Saltna? (b) Dan x’se jinkludi?

11 Meta Adam u Eva ġew maħluqin kienu perfetti, u kien l-​iskop t’Alla li l-​art timtela bin-​nisel tagħhom, billi kollha kemm huma jgawdu l-​perfezzjoni fil-​moħħ u l-​ġisem. Taħt il-​ħakma tas-​Saltna, dak l-​iskop se jwassal għal realtà glorjuża. Dan jirrikjedi t-​tneħħija taʼ l-​effetti kollha tad-​dnub, u għal dak l-​għan Kristu jaqdi mhux biss bħala Sultan imma wkoll bħala Qassis il-​Kbir. Bis-​sabar hu se jgħin lis-​sudditi ubbidjenti tiegħu biex jibbenefikaw mill-​valur li jpatti għad-​dnub tas-​sagrifiċċju tal-​ħajja umana tiegħu stess. Għajnejn għomja se jinfetħu. Widnejn torox se jkunu mhux misdudin. Il-​laħam sfigurat biż-​żmien jew bil-​mard se jsir iktar tari minn dak taʼ tarbija. Dgħjufijiet kroniċi se jċedu posthom għal saħħa vigoruża. Tasal il-​ġurnata meta ħadd ma se jkollu għalfejn jgħid, “jien marid,” għaliex bnedmin li jkollhom il-​biżaʼ t’Alla se jiġu meħlusin mit-​toqol tad-​dnub u l-​effetti gravi tiegħu.​—Qabbel Isaija 33:22, 24; 35:​5, 6; Ġob 33:25; Luqa 13:​11-13.

12. (a) Il-​perfezzjoni umana x’tirrikjedi iktar? (b) Dak kif se jintlaħaq, u x’se jirriżulta minnu?

12 Li tintlaħaq il-​perfezzjoni, madankollu, jinvolvi ferm iktar milli jkollok ġisem f’sikktu u moħħ f’sikktu. Dan jinkludi li b’mod xieraq wieħed jirrifletti l-​kwalitajiet tal-​personalità taʼ Jehovah, għaliex il-​bniedem kien magħmul ‘fix-​xbiha t’Alla, skond ix-​xebh tiegħu.’ (Ġen. 1:26) Għal dak l-​għan, se tinħtieġ ħafna edukazzjoni. Dan huwa Ordni Ġdid fejn “għandha tgħammar it-​tjieba,” u għalhekk bħalma bassar il-​profeta Isaija, “it-​tjieba hija dik li żgur se jitgħallmu l-​abitanti taʼ l-​art produttiva.” (2 Piet. 3:​13; Isa. 26:9) Din il-​kwalità twassal għall-​paċi​—bejn popli tal-​ġnus kollha, fost dawk fi sħubija mill-​qrib, fil-​familja taʼ dak li jkun u, fuq kollox, m’Alla nnifsu. (Isa. 32:17; Salm 85:​10-13) Dawk li jitgħallmu t-​tjieba se jiġu edukati b’mod progressiv f’dik li hija r-​rieda t’Alla għalihom. Hekk kif l-​imħabba għall-​mogħdijiet taʼ Jehovah tiġi mnissla fil-​fond taʼ qlubhom, huma se jsegwu dawn il-​mogħdijiet fi kwalunkwe aspett taʼ ħajjiethom. Il-​bniedem perfett Ġesù setaʼ jgħid, ‘Jien dejjem nagħmel l-​affarijiet li jogħġbu lil Missieri.’ (Ġwn. 8:29) Kemm se tkun taʼ tgawdija l-​ħajja meta dak se jkun veru għall-​ispeċi umana kollha!

TWETTIQIET DIĠÀ EVIDENTI

13. Uża l-​mistoqsijiet taʼ fuq biex tenfasizza twettiqiet tas-​Saltna u dak li għalhekk għandna nkunu qegħdin nagħmlu.

13 Diġà t-​twettiqiet impressjonanti tas-​Saltna huma evidenti b’mod ċar għal persuni li għandhom l-​għajnejn tal-​fidi. Il-​mistoqsijiet u Skritturi ċċitati li ġejjin se jfakkruk dwar xi wħud minn dawn, kif ukoll dwar xi affarijiet li s-​sudditi kollha tas-​Saltna jistgħu u għandhom jagħmlu issa:

Is-​Sultan kontra min ħa azzjoni l-​ewwel, u b’liema riżultat? (Riv. 12:​7-10, 12)

F’​Mattew 24:​14, Ġesù liema xogħol ieħor bassar li kellu jagħmel wara li jieħu t-​tron tiegħu u qabel ma jeqred lill-​uħud mill-​agħar?

Dan ix-​xogħol kif jitwettaq? Min qiegħed jipparteċipa fih? (Salm 110:3; Riv. 14:​6, 7)

Opponenti politiċi u reliġjużi għala ma kellhomx il-​ħila jwaqqfuh? (Atti 5:​38, 39; Żakk. 4:6)

Bħala riżultat tax-​xogħol edukattiv li qiegħed isir, liema bidliet saru diġà fil-​ħajjiet taʼ persuni li jissottomettu rwieħhom għall-​ħakma tas-​Saltna? (Isa. 2:4; 1 Kor. 6:​9-11)

IL-​KWALITÀ DEJJIEMA TAS-​SALTNA

14. (a) Għal kemm żmien se jaħkem Kristu? (b) X’se jiġi mwettaq matul dak iż-​żmien?

14 Wara t-​tfigħ fl-​abbissi taʼ Satana u d-​demonji tiegħu, Ġesù Kristu flimkien mal-​144,000 werrieta mseħbin tiegħu se jaħkmu għal elf sena. (Riv. 20:6) Matul dak iż-​żmien l-​umanità se tinġieb għal perfezzjoni. Kull gvern u awtorità u poter f’oppożizzjoni lejn Jehovah se jitneħħa. B’dak imwettaq, Ġesù se jdawwar is-​Saltna lura lejn Missieru, “biex Alla jistaʼ jkun l-​affarijiet kollha għal kulħadd.”​—1 Kor. 15:​24, 28.

15. Kif inhu veru li din is-​Saltna “qatt ma se tinġieb f’rovina”?

15 Il-​pożizzjoni taʼ Ġesù stess f’relazzjoni maʼ l-​art sejra għalhekk tinbidel. Minkejja dan, l-​istat taʼ ħakkiem tiegħu se “jdum għal żmien indefinit” u s-​Saltna tiegħu “m’hijiex se tinġieb f’rovina.” (Dan. 7:14) F’liema sens? Fis-​sens li l-​awtorità li qiegħda taħkem m’hijiex se tgħaddi f’idejn oħrajn li għandhom miri differenti. It-​twettiqiet tas-​Saltna ‘qatt ma se jinġiebu f’rovina.’ Dak li tagħmel is-​Saltna biex tivvindika l-​isem taʼ Jehovah u l-​iskop tiegħu rigward l-​art se jibqaʼ għal dejjem.

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​ktieb “Let Your Kingdom Come,” paġni 127-139.

Diskussjoni Bħala Reviżjoni

● Is-​Saltna t’Alla għala hija l-​unika soluzzjoni għall-​problemi taʼ l-​umanità? Meta bdiet taħkem?

● Liema ħaġa tappella għalik speċjalment dwar is-​Saltna t’Alla u dak li din se twettaq? Għala?

● Liema twettiqiet tas-​Saltna nistgħu naraw diġà? Liema parti għandna f’dawn?

[Stampa f’paġna 84, 85]

It-​tjieba hija dik li n-​nies se jitgħallmu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja