Kapitlu 6
Il-Mirakli−Veru Ġraw?
Jum wieħed fis-sena 31 E.K., Ġesù u d-dixxipli tiegħu kienu qed jivvjaġġaw lejn Najin, belt fit-Tramuntana tal-Palestina. Hekk kif qorbu lejn bieb il-belt, huma ltaqgħu ma’ funeral għaddej. Il-mejjet kien raġel żagħżugħ. Ommu kienet armla, u dan kien l-uniku iben tagħħa, biex b’hekk issa hi kienet għalkollox waħedħa. Skond ir-rakkont, Ġesii “beda jitħassarha, u qalilha: ‘Ieqaf’ mill-biki.’ Għal dan hu resaq u mess il-katalett, u r-reffiegħa waqfu, u hu qal: ‘Żagħżugħ, ingħidlek, Qum!’ U r-raġel mejjet qam bil-qiegħda u beda jitkellem.”−Luqa 1:11-15.
1. (Inkludi l-introduzzjoni.) (a) Liema miraklu wettaq Ġesù qrib il-belt taʼ Najin? (b) Kemm huma importanti l-mirakli fll-Bibbja, iżda n-nies kollha jemmnu li ġraw veru?
HIJA storja li tqanqal il-qalb, imma hija vera? Ħafna jsibuha iebsa li jemmnu li affarijiet bħal dawn qatt ġraw verament. Madankollu, il-mirakli huma parti integrali mill-Bibbja. Li temmen fll-Bibbja jfisser li temmen li l-mirakli seħħew. Fil-fatt, il-qafas kollu kemm hu taʼ verità Biblika jiddependi fuq miraklu wieħed importanti ferm: l-irxoxt taʼ Ġesù Kristu.
Għala Xi Wħud Ma Jemmnux
2, 3. X’inhi waħda mil-linji taʼ raġunar li uża l-filosfu Skoċċiż David Hume fl sforz biex jagħti prova li l-mirakli ma’ jiġrux?
2 Temmen int fil-mirakli? Jew tħoss int li f’din l-era xjentifika, ma hux loġiku li temmen fil-mirakli−jiġifieri, fi ġrajjiet straordinarji li jagħtu evidenza taʼ intervent superuman? Jekk int ma temminx, m’intix l-ewwel wieħed. Żewġ sekli ilu, il-filosfu Skoċċiż David Hume kellu l-istess problema. Jistaʼ jkun li r-raġunijiet għala int ma temminx huma l-istess bħal tiegħu.
3 L-oġġezzjonijiet taʼ Hume għall-ideja tal-mirakli inkludiet tliet punti li jispikkaw. L-ewwel, hu jikteb: “Miraklu huwa ksur tal-liġijiet tan-natura.” Il-bniedem ilu minn żmien żemżem jis-trieħ fuq il-liġijiet tan-natura. Hu kien jaf li oġġett se jaqaʼ jekk jintreħa, li x-xemx se titlaʼ kull fil-għodu u tinżel kull fil-għaxija, u nibqgħu sejrin. B’mod istintiv, hu jaf li l-ġrajjiet dejjem se jsegwu korsa familjari bħal din. Qatt ma se jiġri xejn li mhux fi qbil mal-liġijiet naturali. Din il-‘prova,’ ħass Hume, “hi sħiħa daqs kwalunkwe argument mill-esperjenza” kontra l-possibiltà taʼ mirakli.
4, 5. Liema huma żewġ raġunijiet oħra mressqa minn David Hume biex jiċħad il-possibiltà taʼ mirakli?
4 It-tieni argument li ppreżenta hu li n-nies faċli li tidħaq bihom. Xi wħud iridu li jemmnu f’meravilji u f’mirakli, speċjalment meta għandu x’jaqsam ma’ reliġjon, u ħafna hekk imsejħa mirakli wrew li kienu foloz. It-tielet argument kien li l-mirakli ġeneralment jiġu rrapportati fi żminijiet taʼ injoranza. Iktar ma n-nies isiru taʼ skola, inqas jiġu rrapportati mirakli. Bħalma esprimieha Hume, “Ġrajjiet tal-għaġeb bħal dawn qatt ma jiġru fi żmienna.” B’hekk, hu ħass li dan ta prova li qatt ma ġraw.
5 Sal-ġurnata tal-lum, il-biċċa l-kbira tal-argumenti kontra l-mirakli jsegwu dawk il-prinċipji ġenerali. Mela ejja nikkunsidraw l-oġġezzjonijiet taʼ Hume, waħda waħda.
Kontra l-Liġijiet tan-Natura?
6. Għala ma hux loġiku li toġġezzjona għall-ideja taʼ mirakli fuq il-bażi li ‘jiksru l-liġijiet tan-natura’?
6 Xi ngħidu dwar l-oġġezzjoni li l-mirakli huma ‘ksur tal-Liġijiet tan-natura’ u għalhekk ma jistgħux ikunu veri? Mal-ewwel daqqa t’għajn, dan donnu li jipperswadik; imma analizza x’qiegħed tassew jingħad. Ġeneralment, miraklu jistaʼ jiġi ddeflnit bħala xi ħaġa li sseħħ barra mil-liġijiet normali tan-natura.a Huwa ġrajja tant mhix mistennija li dawk li jaraw b’għajnejhom huma konvinti li raw intervent superuman. B’hekk, dak li l-oġġezzjoni tfisser tassew hu: ‘Il-mirakli huma impossibbli għaliex huma mirakolużi!’ Għala ma tikkunsidrax l-evidenza qabel ma tasal għal konklużjoni bħal din?
7, 8. (a) Rigward il-liġijiet tan-natura kif nafuhom aħna, ix-xjenzati b’liema mod saru iktar moħħhom miftuħ fll-ħarsa tagħhom dwar x’inhu u x’mhux possibbli? (b) Jekk aħna nemmnu f’Alla, x’għandna wkoll nemmnu rigward il-kapaċità tiegħu li jagħmel affarijiet mhux tas-soltu?
7 Il-verità hi li nies taʼ skola llum huma inqas lesti minn David Hume li jinsistu li l-liġijiet familjari tan-natura jgħoddu dejjem u kullimkien. Ix-xjenzati lesti li jispekulaw dwar jekk, minflok it-tliet dimensjonijiet familjari tat-tul, il-wisgħa, u l-għoli, hemmx ħafna dimensjonijiet oħra fl-univers. Huma għandhom teoriji dwar l-eżistenza taʼ toqob suwed, kwiekeb kbar li jitfarrku ’l ġewwa fihom in-fushom sakemm id-densità tagħhom issir tistaʼ tgħid infinita. Fil-viċinanza tagħhom il-qafas tal-ispazju jingħad li tant hu mċajpar li l-ħin innifsu jinsab wieqaf. Ix-xjenzati saħansitra ddibattew dwar jekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-ħin jistax jimxi lura minflok ’il quddiem.
8 Stephen W. Hawking, Professur Lawreat tal-Matematika fl-Università taʼ Cambridge, meta ddiskuta dwar kif beda l-univers, qal: “Fit-teorija klassika taʼ relattività ġenerali . . . il-bidu tal-univers irid ikun singularità taʼ densità infinita u kurvatura taʼ spazju u ħin. Taħt kundiz-zjonijiet bħal dawn, il-liġijiet kollha tal-fiżika li nafu jridu jaqgħu.” Mela, x-xjenzati moderni ma jaqblux li għaliex xi ħaġa hi kuntrarja għal-liġijiet normali tan-natura din qatt ma tistaʼ tiġri. F’kundizzjonijiet mhux tas-soltu, affarijiet mhux tas-soltu jistgħu jiġru. U żgur li jekk nemmnu f’Alla li jistaʼ kollox, għandna nammettu li hu għandu l-qawwa li jġiegħel ġrajjiet mhux tas-soltu−mirakolużi−li jseħħu meta dan jaqbel mal-għan tiegħu.−Eżodu 15: 6-10; Isaija 40:13, 15.
Xi Ngħidu Dwar Dawk Foloz?
9. Veru li xi mirakli huma foloz? Spjega t-tweġiba tiegħek.
9 Ebda persuna li tirraġuna ma se tiċħad li hemm mirakli foloz. Per eżempju, xi wħud isostnu li għandhom il-qawwa li jfejqu l-mard b’fejqan mirakoluż bil-fidi. Wieħed tabib, William A. Nolan, daħal għal proġett speċjali taʼ li jinvestiga fejqan bħal dan. Hu segwa għadd taʼ każi fejn intqal li kien sar xi fejqan fost ‘faith healers’ evanġeliċi fl-Istati Uniti u fost l-hekk imsejħa kirurgi psikiċi tal-Asja. Ir-riżultat? Kulma sab kienu eżempji taʼ diżappunt u taʼ frodi.
10. Tħoss int li l-fatt li xi mirakli ntwerew li kienu foloz jagħti prova li l-mirakli kollha huma foloz?
10 Iflssru dawn il-frodi li mirakli ġenwini ma jiġru qatt? Mhux bil-fors. Kultant nisimgħu li jkun hemm fl-idejn karti tal-flus iffalsiflkati, imma dak ma jfissirx li l-flus kollha huma ffalsifikati. Xi nies morda jpoġġu ħafna fidi f’tobba qarrieqa li jidhru tal-affari tagħhom, u jagħtuhom flejjes kbar. Imma dak ma jfissirx li t-tobba kollha huma qarrieqa. Xi artisti wrew ħila kbira f’li jiffalsifikaw ċerti pitturi famużi. Imma dak ma jfissirx li l-pitturi kollha huma foloz. Lanqas il-fatt li xi hekk imsejħa mirakli huma bla dubju foloz ma jfisser li mirakli ġenwini qatt ma jistgħu jiġru.
‘Ma Jiġrux Mirakli Issa’
11. X’kienet it-tielet oġġezzjoni taʼ David Hume għall-ideja taʼ mirakli?
11 It-tielet oġġezzjoni kienet miġbura fil-qosor fl-espressjoni: “Ġrajjiet tal-għaġeb bħal dawn qatt ma jiġru fi żmienna.” Hume qatt ma kien ra miraklu, allura ma riedx jemmen li l-mirakli setgħu jiġru. Raġunar taʼ din ix-xorta, madankollu, huwa inkonsistenti. Kull persuna li taħseb trid tammetti li, qabel jiem il-filosfu Skoċċiż, ġraw “ġrajjiet tal-għaġeb” li qatt ma rrepetew irwieħhom matul ħajtu. Liema ġrajjiet?
12. Liema ġrajjiet tal-għaġeb ġraw fil-passat li ma jistgħux jiġu spjegati mil-liġijiet tan-natura li joperaw illum?
12 L-ewwelnett, il-ħajja bdiet fuq l-art. Imbagħad, xi forom tal-ħajja ġew mogħnija bi stat konxju. Eventwalment, deher il-bniedem, mogħni bil-għerf, bl-immaġinazzjoni, bil-kapaċità li jħobb, u bil-fakultà tal-kuxjenza. Ebda xjenzat ma jistaʼ jispjega fuq il-bażi tal-liġijiet tan-natura li joperaw illum kif ġraw affarijiet straordinarji bħal dawn. Iżda aħna għandna evidenza ħajja li dawn ġraw tabilħaqq.
13, 14. Liema affarijiet huma komuni llum li kienu kieku jitqiesu bħala mirakolużi għal David Hume?
13 U xi ngħidu dwar il-“ġrajjiet tal-għaġeb” li ġraw minn żmien David Hume lil hawn? Immaġina kieku nistgħu nivvjaġġaw lura fiż-żmien u ngħidulu dwar id-dinja tal-lum. Mur arak tipprova tispjegalu li negozjant ġewwa Hamburg jistaʼ jitkellem ma’ xi ħadd eluf taʼ mili ’l bogħod f’Tokyo mingħajr l-anqas biss ma jgħolli leħnu; li logħba tal-ballun fi Spanja jistgħu jarawha mad-dinja kollha saħansitra voaqt li qieghda tintlagħab; li mezzi taʼ trasport ferm ikbar mill-bastimenti li kienu jbaħħru fl-oċejani fi żmien Hume jistgħu jinqatgħu mill-art u jġorru mal-500 ruħ fl-arja għal eluf taʼ mili fi ftit sigħat. Tistaʼ timmaġina x’kien igħid? ‘Impossibbli! Ġrajjiet tal-għaġeb bħal dawn qatt ma jiġru fi żmienna!’
14 Iżda ‘egħġubijiet’ bħal dawn tassew jiġru fi żmienna. Għala? Għaliex il-bniedem, billi qed juża prinċipji xjentifiċi li Hume ma kellu ebda ideja tagħhom, tgħallem jibni settijiet tat-telefon, settijiet tat-televiżjoni, u ajruplani. Huwa, allura, tant diffiċli li temmen li f’xi drabi fil-passat Alla setaʼ, b’modi li għadna ma nistgħux nifhmuhom, iwettaq affarijiet li għalina huma mirakolużi?
Kif Nistgħu Nkunu Nafu?
15, 16. Jekk il-mirakli ġraw veru, x’inhu l-uniku mod kif nistgħu nkunu nafu dwarhom? Agħti eżempju għat-tweġiba tiegħek.
15 M’għandniex xi ngħidu, billi ngħidu li l-mirakli setghu ġraw ma jfissirx li ġraw. Kif nistgħu nkunu nafu, f’dan is-seklu 20, jekk lura fi żminijiet Bibliċi Alla ħadimx mirakli ġenwini permezz tal-qaddejja tiegħu fuq l-art jew le? Liema xorta taʼ evidenza tistenna int għal affarijiet bħal dawn? Immaġina int raġel primittiv minn xi tribù li jittieħed minn daru fil-ġungla biex iżur xi belt kbira. Meta jerġaʼ lura, kif jistaʼ jiddeskrivi lil niesu l-meravilji taċ-ċivilizzazzjoni? Hu ma jistax jispjega kif taħdem karozza u għala l-mużika toħroġ minn xi radju li jinġarr fl-idejn. Hu ma jistax jibni kompjuter biex jagħti prova li teżisti ħaġa bħal din. Kulma jistaʼ jagħmel hu li jgħid dwar dak li ra.
16 Aħna qegħdin fl-istess sitwazzjoni taʼ sħab dak ir-raġel tat-tribù. Jekk Alla verament ħadem il-mirakli, l-uniku mod kif nistgħu nitgħallmu dwarhom hu minn dawk li raw b’għajnejhom. Dawk li raw b’għajnejhom ma jistgħux jispjegaw kif ġraw il-mirakli, u lanqas jistgħu jirrepetuhom. Huma jistgħu biss jgħidu dwar dak li raw. Ovvjament, ix-xhieda jistgħu ikunu belgħuha. Huma jistgħu wkoll faċilment jesaġeraw u jinformaw ħażin. Jekk, mela, sejrin aħna nemmnu x-xiehda tagħhom, jinħtieġ li nkunu nafu li dawn li raw b’għajnejhom huma nies li jgħidu l-verità, nies taʼ kwalità għolja, u li taw prova li għandhom motivi tajbin.
L-Iktar Miraklu Li Hemm Xhieda Tiegħu
17. (a) Liema hu l-iktar miraklu li hemm xhieda tiegħu fll-Bibbja? (b) X’kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-mewt taʼ Ġesù?
17 L-iktar miraklu li hemm xhieda tiegħu fll-Bibbja huwa l-irxoxt taʼ Ġesù Kristu, allura għax ma nużawhx bħala każ taʼ prova, biex insejħulu hekk. L-ewwel, ikkunsidra l-fatti kif inhuma rrapportati: Ġesù kien arrestat fil-lejla tal-14 taʼ Nisan−li nzerta kien il-Ħamis fil-għaxija skond il-mod modern tagħna taʼ kif ingħoddu l-ġimgħa.b Hu deher quddiem il-mexxejja tal-Lhud li akkużawh b’dagħwa u ddeċidew li kellu jmut. Il-mexxejja Lhud wasslu lil Ġesù quddiem il-gvernatur Ruman Ponzju Pilatu, li ċeda għall-pressjoni tagħhom u tahulhom għall-qatla. Il-għada, il-Ġimgħa−meta kien għadu l-14 taʼ Nisan skond il-kalendarju Lhudi−hu ġie msammar ma’ zokk tat-tortura u fi ftit sigħat miet. −Mark 14:43-65; 15:1-39.
18. Skond il-Bibbja, ir-rapport dwar l-irxoxt taʼ Ġesù kif beda jiċċirkula?
18 Wara li suldat Ruman nifed ġenb Ġesù b’lanza biex ikun ċert li kien verament mejjet, il-ġisem taʼ Ġesù ndifen f’qabar ġdid. Il-jum taʼ wara, il-15 taʼ Nisan (il-Ġimgħa/is-Sibt), kien sibt. Imma fil-għodu tas-16 taʼ Nisan−il-Ħadd fil-għodu−xi dixxipli marru lejn il-qabar u sabuh vojt. Malajr, bdew jinstemgħu stejjer li lil Ġesù kienu rawh ħaj. Ir-reazzjoni tal-bidu għal dawn l-istejjer kienet eżattament kif kieku kienet tkun illum−ta’ nuqqas taʼ twemmin. Saħansitra l-appostli ma ridux jemmnu. Imma meta huma nfushom raw lil Ġesù ħaj, ma kellhom ebda għażla ħlief li jaċċettaw li kien tabilħaqq ġie mqajjem mill-imwiet−Ġwann 19:31–20:29; Luqa 24:11.
Il-Qabar Vojt
19-21. (a) Skond Ġustin Martri, il-Lhud kif irribattew l-ippridkar tal-Kristjani dwar l-irxoxt taʼ Ġesù? (b) Dwar liema ħaġa nistgħu nkunu ċerti li kienet vera rigward il-qabar taʼ Ġesù nhar is-16 taʼ Nisan?
19 Kien Ġesù ġie rxoxtat, jew kienet din xi ħidma minn xi ħadd? Ħaġa waħda li n-nies lura hemmhekk probabbli li kienu jistaqsu hi: Għadu l-ġisem taʼ Ġesù fil-qabar tiegħu? Is-segwaċi taʼ Ġesù kien ikollhom jiffaċċjaw ostaklu kbir kieku l-opponenti tagħhom setgħu jippontaw lejn il-katavru attwali tiegħu li jkun għadu fil-post tad-difna bħala evidenza li ma kienx ġie rxoxtat. Ma hemm, madankollu, ebda kitba li turi li dan qatt sar. Minflok, skond il-Bibbja, huma taw flus lis-suldati nkarigati biex igħassu l-qabar u qalulhom: “Għidu, ‘Id-dixxipli tiegħu ġew bil-lejl u serquh waqt li konna reqdin.’” (Mattew 28:11-13) Għandna wkoll evidenza apparti mill-Bibbja li l-mexxejja Lhud aġixxew b’dan il-mod.
20 Madwar seklu wara l-mewt taʼ Ġesù, Ġustin Martri kiteb xogħol imsejjaħ Dja-logu Ma’ Trifo. F’dan, hu qal: “Intom [il-Lhud] bgħattu rġiel magħżula u ordinati mad-dinja kollha biex tipproklamaw li ereżija taʼ mingħajr Alla u mingħajr liġi kienet qamet minn ċertu Ġesù, qarrieq Galilew, li lilu sallabna, imma d-dixxipli tiegħu serquh bil-lejl mill-qabar, fejn kien tqiegħed.”
21 Issa, Trifo kien Lhudi, u d-Djalogu Ma’ Trifo kien inkiteb biex jiddefendi lill-Kristjanità kontra l-Ġudajiżmu. B’hekk, ma tantx kien sejjer Ġustin Martri jgħid dak li qal−li l-Lhud akkużaw lill-Kristjani li serqu l-ġisem taʼ Ġesù mill-qabar−kieku l-Lhud ma kinux għamlu akkuża bħal din. Inkella, kien ikun espona ruħu għal akkuża taʼ gidba li setgħet tiġi vverifikata faċilment. Ġustin Martri kien ikun qal dan biss kieku l-Lhud verament kienu bagħtu messaġġiera bħal dawn. U huma kienu jkunu għamlu dan biss kieku l-qabar verament kien vojt nhar is-16 taʼ Nisan, tas-sena 33 E.K. u kieku ma setgħux jippontaw lejn il-ġisem taʼ Ġesù fll-qabar bħala evidenza li ma kienx ġie rxoxtat. Mela ladarba l-qabar kien vojt, x’kien ġara? Kienu d-dixxipli serquh il-ġisem? Jew kien ġie mneħħi mirakolożament bħala evidenza li Ġesù kien tassew ġie rxoxtat?
Il-Konklużjoni taʼ Luqa t-Tabib
22, 23. Min kien wieħed raġel taʼ skola fi-ewwel seklu li flttex dwar l-irxoxt taʼ Ġesù, u liema sorsi taʼ tagħrif kienu disponibbli għalih?
22 Wieħed raġel edukat ferm tal-ewwel seklu li qies bir-reqqa l-evidenza kien Luqa, tabib. (Kolossin 4:14) Luqa kiteb żewġ kotba li huma issa parti mill-Bibbja: wieħed kien Vanġelu, jew storja dwar il-ministeru taʼ Ġesù, u l-ieħor, imsejjaħ l-Atti tal-Appostli, kien storja taʼ kif xterdet il-Kristjanità fls-snin taʼ wara l-mewt taʼ Ġesù.
23 Fl-introduzzjoni għall-Vanġelu tiegħu, Luqa jirreferi għal ħafna evidenza li kienet disponibbli għalih imma li m’għadhiex iktar disponibbli għalina. Hu jitkellem dwar dokumenti bil-miktub dwar il-ħajja taʼ Ġesù li lilhom hu kkonsulta. Hu jinnota wkoll li tkellem ma’ xi wħud li raw b’għajnejhom il-ħajja, il-mewt, u l-irxoxt taʼ Ġesù. Imbagħad, hu jgħid: “Jien fittixt bir-reqqa l-affarijiet kollha mill-bidu b’eżattezza.” (Luqa 1:1-3) Jidher ċar li r-riċerka taʼ Luqa kienet sħiħa. Kien hu kittieb tajjeb tal-istorja?
24, 25. Ħafna kif iħarsu lejn il-kwaliflki taʼ Luqa bħala kittieb tal-istorja?
24 Ħafna stqarrew li kien. Lura fl-1913, Sir William Ramsay waqt diskors ikkummenta dwar kemm huma storiċi x-xogħlijiet taʼ Luqa. X’kienet il-konklużjoni tiegħu? “Luqa hu kittieb tal-istorja tal-akbar kalibru; mhux biss huma l-istqarrijiet tiegħu dwar fatti taʼ min jorbot fuqhom; hu jippossjedi sens storiku veru.” Riċerkaturi iktar riċenti waslu għall-istess konklużjoni. The Living Word Commentary, meta jintroduċi l-volumi tiegħu dwar Luqa, jgħid: “Luqa kien kemm kittieb tal-istorja (u wieħed taʼ eżattezza) u kemm teologu.”
25 Dr. David Gooding, li darba kien professur tal-Grieg tat-Testment il-Qadim fl-Irlanda taʼ Fuq, iddikjara li Luqa kien “kittieb antik tal-istorja flt-tradizzjoni tal-kittieba tal-istorja tat-Testment il-Qadim u flt-tradizzjoni taʼ Tuċidides [wieħed mill-iktar kittieba tal-istorja stmati tad-dinja l-antika]. Bħalhom hu jkun qagħad attent ferm f’li jinvestiga s-sorsi tiegħu, f’li jagħżel il-materjal tiegħu, u f’li jiddisponi minn dak il-materjal. . . . Tuċidides għaqqad dan il-metodu ma’ passjoni għal eżattezza storika: ma hemm ebda raġuni biex naħsbu li Luqa għamel inqas minn hekk.”
26. (a) X’kienet il-konklużjoni taʼ Luqa rigward l-irxoxt taʼ Ġesù? (b) X’setaʼ saħħu f’din il-konklużjoni?
26 X’kienet il-konklużjoni taʼ dan ir-raġel ikkwalifikat ferm dwar għala l-qabar taʼ Ġesù kien vojt nhar is-16 taʼ Nisan? Kemm fil-Vanġelu tiegħu u kemm fil-ktieb tal-Atti, Luqa jirrapporta bħala fatt li Ġesù ġie mqajjem mill-mewt. (Luqa 24:1-52; Atti 1:3) Hu ma kellu assolutament ebda dubju dwar dan. Forsi t-twemmin tiegħu fil-miraklu tal-irxoxt ġie msaħħaħ mill-esperjenzi tiegħu stess. Fil-waqt li mid-dehra hu ma kienx wieħed li ra l-irxoxt b’għajnejh, huwa jirrapporta li ra b’għajnejh stess mirakli jitwettqu mill-appostlu Pawlu.−Atti 14:8-10; 20:7-12; 28:8, 9.
Huma Raw lil Ġesù Rxoxtat
27. Min huma xi wħud li sostnew li raw lil Ġesù rxoxtat?
27 Tnejn mill-Vanġeli huma tradizzjonalment attribwiti lil irġiel li kienu jafuh lil Ġesù, rawh imut, u sostnew li kienu attwalment rawh wara l-irxoxt tiegħu. Dawn huma l-appostlu Mattew, li qabel kien kollettur tat-taxxi, u Ġwanni, l-appostlu maħbub taʼ Ġesù. Kittieb ieħor tal-Bibbja, l-appostlu Pawlu, ukoll sostna li rah lil Ġesù rxoxtat. Pawlu, ukoll, jagħti lista bl-ismijiet taʼ dawk li raw lil Ġesù ħaj wara mewtu, u jgħid li f’okkażjoni minnhom Ġesù deher lil “’il fuq minn ħames mitt aħwa.”−1 Korintin 15:3-8.
28. Liema effett kellu l-irxoxt taʼ Ġesù fuq Pietru?
28 Wieħed li lilu Pawlu jsemmi bħala li ra b’għajnejh huwa Ġakbu, ħu Ġesù mill-omm, li żgur li kien jaf lil Ġesù minn tfulitu. Ieħor huwa l-appostlu Pietru; Luqa l-kittieb tal-istorja jirrapporta li dan ta xiehda bla biżaʼ dwar l-irxoxt taʼ Ġesù sewwa sew ftit ġimgħat wara l-mewt taʼ Ġesù. (Atti 2:23, 24) Żewġ ittri fil-Bibbja huma attribwiti tradizzjonalment lil Pietru, u fl-ewwel waħda minn dawn Pietru juri li t-twemmin tiegħu fl-irxoxt taʼ Ġesù xorta kien għadu motivazzjoni qawwija saħansitra bosta snin wara l-ġrajja. Hu kiteb: “Ikun imbierek dak Alla u Missier il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, għax skond il-ħniena kbira tiegħu tana twelid ġdid għal tama ħajja permezz tal-irxoxt taʼ Ġesù Kristu mill-imwiet.”−1 Pietru 1:3.
29. Għalkemm aħna ma nistgħux nitkellmu ma’ dawk li raw l-irxoxt b’għajnejhom, liema evidenza impressjonanti madankollu hemm disponibbli għalina?
29 B’hekk, sewwa sew bħalma Luqa setaʼ jitkellem ma’ nies li stqarrew li kienu raw u tkellmu ma’ Ġesù wara mewtu, nistgħu naqraw il-kliem li kitbu xi wħud minnhom. U nistgħu niġġudikaw għalina nfusna jekk dawn in-nies kinux imqarrqin, jekk kinux qed jipprovaw iqarrqu bina, jew jekk verament kinux raw lill-Kristu rxoxtat. Ngħiduha kif inhi, ma jistax ikun li ġew imqarrqin. Ħafna minnhom kienu ħbieb intimi taʼ Ġesù sa ma miet. Xi wħud rawh fl-agunija tiegħu fuq iz-zokk tat-tortura. Huma raw id-demm u l-ilma jċarċar ’il barra mill-ferita bil-lanza li daħħallu s-suldat. Is-suldat kien jaf, u huma kienu jafu, li Ġesù żgurissimu li kien mejjet. Iktar tard, igħidu huma, raw lil Ġesù ħaj u attwalment tkellmu miegħu. Le, ma setgħux ġew imqarrqin. Kienu huma, mela, qed jipprovaw iqarrqu bina f’li jgħidu li Ġesù kien ġie rxoxtat?−Ġwann 19:32-35; 21:4, 15-24.
30. Għala hu impossibbli li dawk li raw b’għajnejhom l-irxoxt taʼ Ġesù f’dawk il-jiem bikrin kienu qed jigdbu?
30 Biex inwieġbu dan, aħna rridu sempliċement nistaqsu lilna nfusna: Kienu huma nfushom jemmnu dak li kienu qegħdin igħidu? Iva, mingħajr dubju. Għall-Kristjani, inklużi dawk li sostnew li raw b’għajnejhom, l-irxoxt taʼ Ġesù kien il-bażi kollha kemm hi tat-twemmin tagħhom. L-appostlu Pawlu qal: “Kieku Kristu ma ġiex imqajjem, l-ippridkar tagħna ċertament li hu għalxejn, u l-fldi tagħna hi għalxejn . . . Kieku Kristu ma ġiex imqajjem, il-fidi tagħkom hi bla użu.” (1 Korintin 15: 14, 17) Jinstama’ dan bħall-kliem taʼ raġel li qed jigdeb meta jgħid li ra lil Kristu rxoxtat?
31, 32. Liema sagrifiċċji għamlu l-Kristjani bikrin, u din għala hi evidenza qawwija li dawn il-Kristjani kienu qed igħidu l-verità meta qalu li Ġesù kien ġie rxoxtat?
31 Qis x’kien ifisser li tkun Kristjan f’dawk il-jiem. Ma kienu se jaqilgħu ebda prestiġju, poter, jew għana. Anzi l-kuntrarju. Ħafna mill-Kristjani tal-bidu ‘ħadu bil-ferħ is-serq taʼ ġidhom’ minħabba l-fidi tagħhom. (Ebrej 10:34) Il-Kristjanità talbet minnhom ħajja taʼ sagrifiċċju u persekuzzjoni li f’ħafna każi ntemmet f’martirju b’mewta taʼ wġiegħ u taʼ għajb.
32 Xi Kristjani kienu ġejjin minn familji tat-tajjeb, bħall-appostlu Ġwanni li missieru jidher li kellu negozju tas-sajd fil-Galilija li kien għaddej tajjeb. Ħafna kellhom prospetti tajbin, bħal Pawlu li, meta aċċetta l-Kristjanità, kien student tar-rabbi famuż Gamaljel u kien beda jiddistingwi ruħu f’għajnejn il-ħakkiema Lhud. (Atti 9:1, 2; 22:3; Galatin 1:14) Iżda, kollha taw daharhom lejn dak li kienet toffri din id-dinja sabiex ixerrdu messaġġ ibbażat fuq il-fatt li Ġesù kien ġie rxoxtat mill-imwiet. (Kolossin 1:23, 28) Għala kienu se jagħmlu sagrifiċċji bħal dawn billi jsofru għal kawża li kienu jafu li kienet ibbażata fuq gidba? It-tweġiba hi, ma kinux jagħmluhom. Huma kienu lesti li jsofru u jmutu għal kawża li kienu jafu li kienet imsejsa fuq il-verità.
Il-Mirakli Ġraw Veru
33, 34. Ladarba l-irxoxt ġara tassew, x’nistgħu ngħidu rigward il-mirakli l-oħra tal-Bibbja?
33 Tabilħaqq, l-evidenza bix-xiehda hi assolutament konvinċenti. Ġesù veru li ġie mqajjem mill-imwiet nhar is-16 taʼ Nisan, tas-sena 33 E.K. U ladarba dak l-irxoxt ġara, il-mirakli l-oħra kollha tal-Bibbja huma possibbli−mirakli li għalihom aħna wkoll għandna xiehda solida minn uħud li raw b’għajnejhom. L-istess Sors taʼ qawwa li qajjem lil Ġesù mill-imwiet ta wkoll is-setgħa lil Ġesù li jqajjem lil bin l-armla taʼ Najin. Hu ta lil Ġesù wkoll il-qawwa li jagħmel mirakli iżgħar−u xorta tal-għaġeb−ta’ fejqan. Hu kien wara l-għoti mirakoluż tal-ikel lill-kotra, u Hu ta s-setgħa lil Ġesù li jimxi fuq l-ilma.−Luqa 7:11-15; Mattew 11:4-6; 14:14-21, 23-31.
34 B’hekk, il-fatt li l-Bibbja titkellem dwar il-mirakli ma hu ebda raġuni biex niddubitaw il-verità tagħha. Anzi, il-fatt li l-mirakli tassew ġraw fi żminijiet Bibliċi huwa prova qawwija li l-Bibbja hi tassew il-Kelma t’Alla. Imma hemm akkuża oħra li ssir kontra l-Bibbja. Ħafna jgħidu li tikkontradixxi lilha nflsha u għalhekk ma tistax tkun il-Kelma t’Alla. Veru dan?
[Noti taʼ taħt]
a Ngħidu “ġeneralment,” għaliex xi mirakli fll-Bibbja setgħu kellhom x’jaqsmu ma’ fenomeni naturali, bħalma huma terremoti u ċaqliq tal-art. Xorta huma meqjusin bħala mirakli, madankollu, għaliex ġraw eżattament fll-ħin li kien hemm bżonnhom u b’hekk jidher ċar li kienu skond id-direzzjoni t’Alla.−Ġożwè 3:15, 16; 6:20.
b Il-jum Lhudi kien jibda madwar is-sitta taʼ fil-għaxija u kien jibqaʼ sejjer sas-sitta tal-għada fil-għaxija.
[Kumment f’paġna 34]
L-egħdewwa tal-Kristjanità qalu li d-dixxipli serqu l-ġisem taʼ Ġesii. Kieku dan kien il-każ, il-Kristjani għala kienu se jkunu lesti li jmutu għal fldi bbażata fuq l-irxoxt tiegħu?
[Kaxxa f’paġna 36]
Għala Ebda Mirakli Llum?
Kultant titqajjem il-mistoqsija: ‘Għala ma hemmx mirakli tax-xorta tal-Bibbja llum?’ It-tweġiba hi U l-mirakli qdew il-għan tagħhom lura f’dak iż-żmien, imma llum Alla jistenna minna li ngħixu bil-fldi.−Ħabakkuk 2:2-4; Ebrej 10:37-39.
Fi żmien Mosè, il-mirakli seħħew biex jistabbilixxu l-kredenzjali taʼ Mosè. Dawn urew li Jehovah kien qed juża lilu u li l-patt tal-Liġi kien verament taʼ oriġini divina u li l-Iżraeliti kienu minn hemm ’il quddiem il-poplu magħżul t’Alla. −Eżodu 4:1-9, 30, 31; Dewteronomju 4:33, 34.
Fl-ewwel seklu, l-mirakli għenu biex jistabbilixxu l-kredenzjali taʼ Ġesù u, warajh, tal-kongregazzjoni Kristjana żagħżugħa. Dawn għenu biex juru li Ġesù kien il-Messija mwiegħed, li wara mewtu Iżrael tal-laħam bħala l-poplu speċjali t’Alla ġie mibdul mill-kongregazzjoni Kristjana, u b’hekk li l-Liġi taʼ Mosè ma kinetx għadha tgħodd.−Atti 19:11-20; Ebrej 2:3, 4.
Wara jiem l-appostli, iż-żmien għall-mirakli kien għadda. L-appostlu Pawlu spjega: “Kemm jekk hemm għotjiet taʼ pprofetizzar, dawn se jispiċċaw; kemm jekk hemm ilsna, dawn se jieqfu; kemm jekk hemm il-għarflen, dan se jispiċċa. Għax aħna għandna għarflen parzjali u nipprofetizzaw parzjalment; imma meta dak li ħu sħiħ jasal, dak li hu parzjali se jispiċċa.”−1 Korintin 13:8-10.
Illum, aħna għandna l-Bibbja sħiħa, li tinkludi l-pariri u r-rivelazzjonijiet kollha t’Alla. Għandna t-twettieq tal-profezija, u għandna għarfien avanzat dwar il-għanijiet t’Alla. B’hekk, ma hemmx iktar ħtieġa għall-mirakli. Madankollu, l-istess spirtu t’Alla li għamel lill-mirakli possibbli għadu jeżisti u jipproduċi riżultati li jagħtu evidenza daqstant b’saħħitha taʼ qawwa divina. Se naraw iktar dwar dan f’kapitlu ieħor.