LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 26
  • Lura f’Daru Ġewwa Kapernahum

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lura f’Daru Ġewwa Kapernahum
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • “Dnubietek maħfurin”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Għala n-Nies Jimirdu
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Alla se jaħfirli lili?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Jagħmel Xogħlijiet Tajbin f’Jum is-Sibt
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 26

Kapitlu 26

Lura f’Daru Ġewwa Kapernahum

S’ISSA l-​fama taʼ Ġesù nfirxet sew, u bosta nies jivvjaġġaw lejn il-​postijiet imwarrbin fejn qed joqgħod. Wara xi jiem, madankollu, hu jerġaʼ lura lejn Kapernahum ħdejn il-​Baħar tal-​Galilija. Minnufih tinxtered l-​aħbar mal-​belt kollha li hu ġie lura, u bosta jiġu fejn qiegħed hu. Fariżej u għalliema tal-​Liġi jiġu sa minn Ġerusalemm.

Il-folla tant hi kbira li timblokka d-​daħla tal-​bieb, u m’hemm wisgħa għal ħadd iktar biex jidħol. Ix-​xena tinsab lesta għal ġrajja tassew tal-​għaġeb. Dak li jseħħ f’din l-​okkażjoni huwa taʼ importanza vitali, għax dan igħinna napprezzaw li Ġesù għandu l-​qawwa li jneħħi l-​kaġun tat-​tbatija umana u jagħti lura s-​saħħa lil kulmin jagħżel hu.

Waqt li Ġesù qiegħed igħallem lill-​folla, erbat irġiel iġibu lejn dik id-​dar raġel ipparalizzat mimdud fuq sodda. Huma jridu lil Ġesù jfejjaq lill-​ħabib tagħhom, imma minħabba l-​folla, ma jistgħux jidħlu ġewwa. X’diżappunt! Imma ma jaqtgħux qalbhom. Huma jitilgħu fuq il-​bejt, jagħmlu fetħa fis-​saqaf, u jniżżlu s-​sodda bir-​raġel ipparalizzat fiha ’l isfel fejn hemm Ġesù.

Jirrabja Ġesù minħabba din l-​interruzzjoni? Lanqas xejn! Minflok, hu jinsab impressjonat ferm bil-​fidi tagħhom. Hu jgħid lill-​paralitiku: “Dnubietek maħfura.” Imma jistaʼ Ġesù tassew jaħfer id-​dnubiet? L-​iskribi u l-​Fariżej ma jaħsbux li jistaʼ. Huma jirraġunaw fi qlubhom: “Dan ir-​raġel għala qed jitkellem b’din il-​manjiera? Qed jidgħi. Min jistaʼ jaħfer id-​dnubiet ħlief wieħed, Alla?”

Billi jaf il-​ħsibijiet tagħhom, Ġesù jgħidilhom: “Għala qed tirraġunaw dawn l-​affarijiet fi qlubkom? Liema hu l-​eħfef, li tgħid lill-​paralitiku, ‘Dnubietek maħfura,’ jew li tgħid, ‘Qum u erfaʼ soddtok u imxi’?”

Imbagħad, Ġesù jħalli lill-​folla, inklużi l-​kritiċi tiegħu, jaraw turija tal-​għaġeb li se tikxef li hu għandu l-​awtorità li jaħfer id-​dnubiet fuq l-​art u li hu tabilħaqq l-​akbar bniedem li qatt għex. Hu jdur lejn il-​paralitiku u jikkmanda: “Qum, erfaʼ soddtok, u mur lejn darek.” U minnufih hekk jagħmel, billi joħroġ jimxi ’l barra bis-​sodda tiegħu f’idu quddiemhom ilkoll! Imgħaġġbin in-​nies jigglorifikaw ’l Alla u jesklamaw: “Qatt ma rajna ħaġa bħal din”!

Innotajt int li Ġesù jsemmi d-​dnubiet f’konnessjoni mal-​mard u li l-​maħfra tad-​dnubiet għandha x’taqsam maʼ li wieħed jikseb lura s-​saħħa fiżika? Il-​Bibbja tispjega li l-​ewwel ġenitur tagħna, Adam, dineb u li lkoll kemm aħna writna l-​konsegwenzi taʼ dak id-​dnub, jiġifieri, il-​mard u l-​mewt. Imma taħt il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla, Ġesù se jaħfer id-​dnubiet taʼ dawk kollha li jħobbu lil Alla u jaqdu Lilu, u mbagħad il-​mard kollu se jitneħħa. Kemm ikun sew hekk! Mark 2:​1-12; Luqa 5:​17-26; Mattew 9:​1-8; Rumani 5:​12, 17-19.

▪ X’kienet ix-​xena għal ġrajja tassew tal-​għaġeb?

▪ Il-​paralitiku kif wasal sa ħdejn Ġesù?

▪ Aħna għala lkoll midinbin, imma Ġesù kif ipprovda tama li l-​maħfra għal dnubietna u saħħa perfetta huma possibbli?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja