LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 38
  • Naqsitu l-Fidi lil Ġwanni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Naqsitu l-Fidi lil Ġwanni?
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġwanni jrid jismaʼ mingħand Ġesù
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġwanni l-Battista—Eżempju li jistaʼ jgħinna nibqgħu ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Ġesù jżid fl-attività hekk kif Ġwanni jnaqqas
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Kristu—Iċ-Ċentru tal-Profezija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 38

Kapitlu 38

Naqsitu l-​Fidi lil Ġwanni?

ĠWANNI l-​għammied, li ilu fil-​ħabs għal madwar sena issa, jirċievi r-​rapport dwar l-​irxoxt taʼ bin l-​armla taʼ Najin. Imma Ġwanni jrid jismaʼ direttament mingħand Ġesù rigward is-​sinjifikat taʼ dan, u għalhekk jibgħat tnejn mid-​dixxipli tiegħu biex jistaqsu: “Inti l-​Wieħed li Ġej jew għandna nistennew wieħed differenti?”

Dik il-​mistoqsija forsi tidher stramba, speċjalment peress li Ġwanni ra l-​ispirtu t’Alla jinżel fuq Ġesù u samaʼ l-​leħen taʼ approvazzjoni t’Alla meta għammed lil Ġesù kważi sentejn qabel. Il-​mistoqsija taʼ Ġwanni forsi ġġiegħel lil xi wħud jikkonkludu li l-​fidi tiegħu kienet iddgħajfet. Imma dan mhux il-​każ. Ġesù ma kienx ifaħħru tant lil Ġwanni, bħalma fil-​fatt jagħmel f’din l-​okkażjoni, kieku Ġwanni beda jiddubita. Ġwanni, mela, għala jistaqsi din il-​mistoqsija?

Ġwanni forsi sempliċement irid verifika mingħand Ġesù li Hu l-​Messija. Din kienet tqawwih ħafna lil Ġwanni waqt li hu mitfugħ fil-​ħabs. Imma mid-​dehra hemm iktar fil-​mistoqsija taʼ Ġwanni minn hekk. Jidher li hu jrid jaf jekk hux se jkun hemm ieħor li ġej, xi suċċessur, biex ingħidu hekk, li jtemm għalkollox it-​twettieq tal-​affarijiet kollha li ntqalu minn qabel li kellu jwettaq il-​Messija.

Skond il-​profeziji tal-​Bibbja li Ġwanni hu midħla tagħhom, il-​Midluk t’Alla se jkun sultan, ħellies. Iżda, Ġwanni xorta waħda għadu miżmum bħala priġunier, saħansitra bosta xhur wara l-​magħmudija taʼ Ġesù. Mela Ġwanni mid-​dehra qed jistaqsi lil Ġesù: ‘Int tassew dak li se jistabbilixxi s-​Saltna t’Alla b’qawwa li tidher, jew hemm xi ieħor, suċċessur, li għalih irridu nistennew biex iwettaq il-​profeziji tal-​għaġeb kollha li għandhom x’jaqsmu mal-​glorja tal-​Messija?’

Minflok ma jgħid lid-​dixxipli taʼ Ġwanni, ‘Dażgur li jien hu dak li kellu jiġi!’ Ġesù f’dik is-​siegħa jagħti wirja tal-​għaġeb billi jfejjaq lil ħafna nies minn kull xorta taʼ mard u tbatija. Imbagħad igħid lid-​dixxipli: “Morru fi triqitkom, irrapportaw lil Ġwanni dak li rajtu u smajtu: il-​għomja qed jirċievu l-​vista, iz-​zopop qed jimxu, l-​imġiddmin qed jiġu mnaddfin u t-​torox qed jisimgħu, il-​mejtin qed jiġu mqajmin, u l-​foqra qed tintqalilhom l-​aħbar tajba.”

Fi kliem ieħor, il-​mistoqsija taʼ Ġwanni tagħti lil wieħed x’jifhem li hu stenna li Ġesù se jagħmel iktar milli qed jagħmel u li forsi se jeħles lil Ġwanni stess. Ġesù, madankollu, qed igħid lil Ġwanni biex ma jistenniex iktar mill-​mirakli li Ġesù qed iwettaq.

Meta d-​dixxipli taʼ Ġwanni jitilqu, Ġesù jdur lejn il-​folol u jgħidilhom li Ġwanni hu l-​“messagġier” taʼ Jehovah imbassar f’​Malakija 3:​1 u hu wkoll il-​profeta Elija mbassar f’​Malakija 4:​5, 6. B’hekk hu jfaħħar lil Ġwanni bħala li hu daqs kull profeta li qatt għex qablu, billi jispjega: “Verament ingħidilkom, Fost dawk imweldin min-​nisa ma ġiex imqajjem wieħed akbar minn Ġwanni l-​Battista; imma persuna li hi waħda inqas fis-​saltna tas-​smewwiet hi akbar minnu. Imma minn jum Ġwanni l-​Battista sa issa s-​saltna tas-​smewwiet hija l-​mira li lejha jagħfsu n-​nies.”

Ġesù hawn qed juri li Ġwanni mhux se jkun fis-​Saltna tas-​smewwiet, ladarba wieħed mill-​inqas hemm hu akbar minn Ġwanni. Ġwanni ħejja t-​triq għal Ġesù imma jmut qabel ma Kristu jissiġilla l-​patt, jew il-​ftehim, mad-​dixxipli tiegħu, biex huma jkunu ħakkiema miegħu fis-​Saltna tiegħu. Hu għalhekk li Ġesù jgħid li Ġwanni mhux se jkun fis-​Saltna tas-​smewwiet. Ġwanni se jkun minflok sudditu tal-​art tas-​Saltna t’Alla. Luqa 7:​18-30; Mattew 11:​2-15.

▪ Ġwanni għala jistaqsi jekk Ġesù hux il-​Wieħed li Ġej jew għandux jiġi mistenni wieħed differenti?

▪ Ġesù liema profeziji jgħid li jwettaq Ġwanni?

▪ Ġwanni l-​Għammied għala mhux se jkun fis-​sema maʼ Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja