LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 42
  • Ġesù Jċanfar lill-Fariżej

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Jċanfar lill-Fariżej
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jċanfar lill-Fariżej
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġona Jsir Jaf X’Inhi l-Ħniena taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Tgħallem mill-Iżbalji Tiegħu
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Ipprova Ara lill-Oħrajn Kif Jarahom Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 42

Kapitlu 42

Ġesù Jċanfar lill-​Fariżej

JEKK hu bil-​qawwa taʼ Satana li hu jkeċċi d-​demonji, jargumenta Ġesù, allura Satana maqsum kontra tiegħu stess. “Jew se tagħmlu s-​siġra mill-​aħjar u l-​frott tagħha mill-​aħjar,” hu jkompli, “jew tagħmlu s-​siġra mħassra u l-​frott tagħha mħassar; għax mill-​frott tagħha s-​siġra tingħaraf.”

Hija bluha li takkuża li l-​frott tajjeb taʼ li jkeċċi d-​demonji hu riżultat taʼ li Ġesù jaqdi lil Satana. Jekk il-​frott hu mill-​aħjar, is-​siġra ma tistax tkun imħassra. Mill-​banda l-​oħra, il-​frott imħassar tal-​Fariżej bl-​akkużi assurdi u bl-​oppożizzjoni bla bażi tagħhom kontra Ġesù jagħti prova li huma nfushom imħassrin. “Nisel il-​lifgħat,” jesklama Ġesù, “kif tistgħu tlissnu affarijiet tajbin, meta intom mill-​agħar? Għax mill-​abbundanza tal-​qalb il-​fomm jitkellem.”

Ladarba kliemna jirrifletti l-​qagħda taʼ qlubna, dak li ngħidu jipprovdi l-​bażi għal ġudizzju. “Ingħidilkom,” igħid Ġesù, “li kull qawl bla profitt li jitkellmu l-​bnedmin, se jagħtu kont għalih f’Jum il-​Ġudizzju; għax bi kliemek int se tiġi ddikjarat twajjeb, u bi kliemek int se tiġi kkundannat.”

Minkejja x-​xogħlijiet setgħana kollha taʼ Ġesù, l-​iskribi u l-​Fariżej jitolbuh: “Għalliem, irridu naraw xi sinjal mingħandek.” Għalkemm dawn l-​irġiel partikulari minn Ġerusalemm forsi ma kinux raw personalment il-​mirakli tiegħu, hemm evidenza dwarhom minn dawk li raw b’għajnejhom li ma tistax tiċħadha. Mela Ġesù jgħid lill-​mexxejja Lhud: “Ġenerazzjoni mill-​agħar u adulteruża tibqaʼ tfittex xi sinjal, imma ebda sinjal ma se jingħatalha ħlief is-​sinjal taʼ Ġona l-​profeta.”

Biex jispjega x’irid ifisser, Ġesù jissokta: “Sewwa sew bħalma Ġona kien f’żaqq il-​ħuta kbira tlett ijiem u tlett iljieli, hekk Bin il-​bniedem se jkun fil-​qalba tal-​art tlett ijiem u tlett iljieli.” Wara li kien imbalaʼ mill-​ħuta, Ġona ħareġ bħal li kieku kien irxoxtat, u għalhekk Ġesù qed ibassar li hu se jmut u fit-​tielet jum se jitqajjem ħaj. Iżda, l-​mexxejja Lhud, saħansitra meta Ġesù iktar tard jiġi rxoxtat, jiċħduh “is-​sinjal taʼ Ġona.”

B’hekk Ġesù jgħid li n-​nies taʼ Niniveh li nidmu wara li ppridkalhom Ġona se jqumu fil-​ġudizzju biex jikkundannaw lil-​Lhud li ċaħdu lil Ġesù. B’mod simili, hu jiġbed xebh mar-​reġina taʼ Xeba, li ġiet minn trufijiet l-​art biex tismaʼ l-​għerf taʼ Salamun u li stagħġbet b’dak li rat u semgħet. “Imma, ħares!” jinnota Ġesù, “xi ħaġa iktar minn Salamun qiegħda hawn.”

Ġesù mbagħad jagħti t-​tixbieha taʼ raġel li minnu joħroġ spirtu mhux nadif. Ir-​raġel, madankollu, ma jimliex il-​vojt b’affarijiet tajbin, u b’hekk isir ippossessat minn sebaʼ spirti mill-​agħar oħra. “Hekk se jkun ukoll maʼ din il-​ġenerazzjoni mill-​agħar,” jgħid Ġesù. Il-​ġens taʼ Iżrael ġie mnaddaf u kien ġarrab tibdil​—bħat-​tluq temporanju taʼ spirtu mhux nadif. Imma ċ-​ċaħda tal-​profeti t’Alla minn dak il-​ġens, li laħqet il-​quċċata f’oppożizzjoni tiegħu għal Kristu nnifsu, jikxef li l-​qagħda mill-​agħar tiegħu hi ferm agħar minn kif kienet fil-​bidu.

Waqt li Ġesù qed jitkellem, jaslu ommu u ħutu u jieħdu pożizzjoni f’tarf il-​folla. Mela xi ħadd igħid: “Ħares! Ommok u ħutek qegħdin bil-​wieqfa barra, ifittxu li jkellmuk.”

“Min hi ommi, u min huma ħuti?” jistaqsi Ġesù. Billi juri b’idu lejn id-​dixxipli tiegħu, hu jgħid: “Ħares! Ommi u ħuti! Għax kulmin jagħmel ir-​rieda taʼ Missieri li hu fis-​sema, l-​istess hu ħija, u oħti, u ommi.” B’dan il-​mod Ġesù juri li hi kemm hi għażiża r-​rabta tiegħu maʼ qrabatu, ferm iktar għażiża hi r-​relazzjoni tiegħu mad-​dixxipli tiegħu. Mattew 12:​33-50; Mark 3:​31-35; Luqa 8:​19-21.

▪ Il-​Fariżej kif jonqsu li jagħmlu kemm is-​“siġra” u kemm il-​“frott” mill-​aħjar?

▪ X’inhu “is-​sinjal taʼ Ġona,” u kif jiġi iktar tard miċħud?

▪ Il-​ġens Iżraelit tal-​ewwel seklu kif inhu bħar-​raġel li minnu ħareġ spirtu mhux nadif?

▪ Ġesù kif jenfasizza r-​relazzjoni mill-​qrib tiegħu mad-​dixxipli tiegħu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja