LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 65
  • Vjaġġ Sigriet lejn Ġerusalemm

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Vjaġġ Sigriet lejn Ġerusalemm
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Jgħallem waqt vjaġġ lejn Ġerusalemm
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Is-Siegħa Tiegħu Kienet Għadha Ma Waslitx”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Festi Bħala Plieri fl-Istorja taʼ Iżrael
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Fil-Festa tal-Egħrejjex
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 65

Kapitlu 65

Vjaġġ Sigriet lejn Ġerusalemm

HIJA l-​Ħarifa tas-​sena 32 E.K., u l-​Festa tal-​Egħrejjex kienet viċin. Ġesù kien baqaʼ fil-​biċċa l-​kbira ġol-​Galilija mill-​Qbiż tas-​sena 31 E.K. ’l hawn, meta l-​Lhud ippruvaw joqtluh. X’aktarx li minn dak in-​nhar ’il hawn Ġesù żar lil Ġerusalemm biss biex jattendi t-​tliet festi taʼ kull sena tal-​Lhud.

Ħut Ġesù issa jħeġġuh: “Itlaq minn hawn u mur ġewwa l-​Ġudea.” Ġerusalemm hija l-​belt prinċipali tal-​Ġudea u ċ-​ċentru reliġjuż tal-​pajjiż kollu. Ħutu jirraġunaw: “Ħadd ma jagħmel xejn fis-​sigriet waqt li hu nnifsu jkun qed ifittex li jkun magħruf pubblikament.”

Għalkemm Ġakbu, Xmun, Ġużeppi, u Ġuda ma jemmnux li ħuhom il-​kbir, Ġesù, huwa tabilħaqq il-​Messija, huma jriduh juri l-​qawwiet mirakolużi tiegħu lil dawk kollha li huma miġburin għall-​festa. Ġesù, madankollu, huwa konxju tal-​periklu. “Id-​dinja m’għandha ebda raġuni biex tobgħodkom,” hu jgħid, “imma lili tobgħodni, għaliex jien nagħti xiehda dwarha li x-​xogħlijiet tagħha huma mill-​agħar.” Mela Ġesù jgħid lil ħutu: “Intom itilgħu għall-​festa; jien għadni m’inix tielaʼ għal din il-​festa.”

Il-Festa tal-​Egħrejjex hija ċelebrazzjoni taʼ sebat ijiem. Fit-​tmien jum tinġieb għall-​egħluq b’attivitajiet solenni. Il-​festa timmarka t-​tmiem tas-​sena agrikola u hija żmien taʼ ferħ kbir u taʼ radd il-​ħajr. Bosta jiem wara li ħut Ġesù jitilqu biex jattendu flimkien mal-​ġemgħa prinċipali taʼ vjaġġaturi, hu u d-​dixxipli tiegħu jitilqu fis-​sigriet, ’il bogħod mill-​għajn tal-​pubbliku. Huma jgħaddu minn ġos-​Samarija, u mhux minn ħdejn ix-​Xmara Ġordan, minfejn igħaddu l-​biċċa l-​kbira tan-​nies.

Ladarba Ġesù u dawk li qegħdin miegħu se jkollhom bżonn fejn joqogħdu f’raħal tas-​Samaritani, hu jibgħat lil xi messaġġiera qabilhom biex jagħmlu t-​tħejjijiet. In-​nies, madankollu, jirrifjutaw li jagħmlu xi ħaġa għal Ġesù wara li jsiru jafu li hu sejjer lejn Ġerusalemm. B’rabja, Ġakbu u Ġwanni jistaqsu: “Mulej, tridna ngħidu lin-​nar biex jinżel mis-​sema u jeqridhom għalkollox?” Ġesù jċanfarhom talli jissuġġerixxu ħaġa bħal din, u huma jivvjaġġaw lejn raħal ieħor.

Huma u għaddejjin mit-​triq, wieħed skrib igħid lil Ġesù: “Għalliem, jien se nsegwik hu fejn hu li int dalwaqt tmur.”

“Il-​volpijiet għandhom il-​għerien u l-​agħsafar tas-​sema għandhom il-​bejtiet,” iwieġeb Ġesù, “imma Bin il-​bniedem ma għandu mkien fejn imidd rasu.” Ġesù qiegħed jispjega li l-​iskrib se jġarrab tbatija jekk isir is-​segwaċi Tiegħu. U donnu jidher li l-​iskrib huwa kburi wisq biex jaċċetta dan l-​istil taʼ ħajja.

Lil raġel ieħor, Ġesù jgħidlu: “Kun is-​segwaċi tiegħi.”

“Ippermettili l-​ewwel li nitlaq u nidfen lil missieri,” iwieġeb ir-​raġel.

“Ħalli l-​mejtin jidfnu l-​mejtin tagħhom,” iwieġeb Ġesù, “imma int itlaq ’il hemm u ddikjara barra l-​pajjiż is-​saltna t’Alla.” Missier ir-​raġel evidentement kien għadu ma mietx, għax kieku miet, kieku ibnu ma kienx se jkun qiegħed hawn jismaʼ lil Ġesù. L-​iben mid-​dehra qed jitlob il-​ħin biex jistenna l-​mewt taʼ missieru. Hu mhux lest li jpoġġi s-​Saltna t’Alla l-​ewwel fil-​ħajja tiegħu.

Huma u sejrin fit-​triq lejn Ġerusalemm, raġel ieħor igħid lil Ġesù: “Jien se nsegwik, Mulej; imma l-​ewwel ippermettili ngħid saħħa lil dawk taʼ dari.”

Bi tweġiba Ġesù jgħid: “Ebda bniedem li poġġa idu fuq moħriet u jħares lejn l-​affarijiet taʼ warajh ma hu xieraq għas-​saltna t’Alla.” Dawk li se jkunu dixxipli taʼ Ġesù jridu jiffokaw għajnejhom fuq is-​servizz tas-​Saltna. Bħalma radda x’aktarx li ma tibqax dritta jekk dak li jaħrat ma jibqax iħares dritt quddiemu, hekk ukoll kulmin iħares lura lejn din is-​sistema qadima taʼ affarijiet jistaʼ jieħu gambetta fit-​triq li twassal għall-​ħajja eterna. Ġwann 7:​2-10; Luqa 9:​51-62; Mattew 8:​19-22.

▪ Min huma ħut Ġesù, u kif iħossuhom dwaru?

▪ Is-​Samaritani għala huma daqshekk insolenti, u Ġakbu u Ġwanni x’iridu jagħmlu?

▪ Ġesù liema tliet konversazzjonijiet għandu fit-​triq, u kif jenfasizza hu l-​ħtieġa taʼ servizz taʼ li tissagrifika lilek innifsek?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja