LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • dg parti 2 pp. 3-4
  • Art Ħielsa Minn Sofferenza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Art Ħielsa Minn Sofferenza
  • Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Materjal Simili
  • Veru li Alla Jimpurtah Minna?
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • It-Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa!
    It-Tbatija Kollha Dalwaqt se Tispiċċa!
  • Nistgħu Nibbenefikaw Billi Nissaportu t-Tbatija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Li Tgħix Għal Dejjem M’huwiex Biss Ħolma
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Veru li Alla Jimpurtah Minna?
dg parti 2 pp. 3-4

It-​2 Parti

Art Ħielsa Minn Sofferenza

1, 2. Ħafna nies liema opinjoni differenti għandhom?

MADANKOLLU, miljuni taʼ nies madwar id-​dinja għandhom opinjoni totalment differenti. Huma jaraw quddiemhom futur meraviljuż għall-​umanità. Igħidu li eżatt hawn fuq l-​art dalwaqt se jkun hemm dinja ħielsa għalkollox minn ħażen u minn tbatija. Huma fiduċjużi li dak li hu ħażin dalwaqt se jitneħħa min-​nofs u tiġi stabbilita dinja ġdida fjamanta. Huma saħansitra jgħidu li l-​pedament taʼ din id-​dinja l-​ġdida qiegħed jitpoġġa eżatt issa!

2 Dawn in-​nies jemmnu li d-​dinja l-​ġdida se tkun ħielsa minn gwerer, kefrija, kriminalità, inġustizzja, u faqar. Se tkun dinja mingħajr mard, niket, dmugħ, u saħansitra mewt. F’dak iż-​żmien in-​nies se jaslu għall-​perfezzjoni u jgħixu għal dejjem ferħanin f’ġenna tal-​art. Iva, dawk li mietu se jiġu saħansitra rxoxtati u se jkollhom l-​opportunità li jgħixu għal dejjem!

3, 4. Persuni bħal dawn għala jħossuhom fiduċjużi dwar l-​opinjoni tagħhom?

3 Hija din l-​opinjoni dwar il-​futur sempliċement ħolma, sempliċement tama vojta? Le, assolutament. Hija msejsa fuq fidi bbażata b’mod sod li din il-​Ġenna tal-​Art li ġejja hija inevitabbli. (Ebrej 11:1) Għala huma daqshekk ċerti? Għaliex il-​Ħallieq li jistaʼ kollox tal-​univers wigħedha.

4 Rigward il-​wegħdi t’Alla, il-​Bibbja tgħid: “Lanqas kelma waħda mill-​kelmiet tajbin kollha li Jehovah Alla tagħkom qalilkom ma falliet. Kollha seħħew għalikom. Lanqas kelma waħda minnhom ma falliet.” “Alla mhux xi bniedem biex igħid il-​gideb . . . Hu nnifsu qalu u mhux se jagħmlu, u hu tkellem u mhux se jwettqu?” “Jehovah tal-​armati ħalef, billi qal: ‘Żgur li sewwa sew bħalma stħajjilt jien, hekk irid jiġri; u sewwa sew bħalma tajt parir jien, dak hu li se jseħħ.’”​—Ġożwè 23:14; Numri 23:19; Isaija 14:24.

5. Liema mistoqsijiet għandhom bżonn jiġu mwieġba?

5 Madankollu, jekk il-​għan t’Alla kien li jistabbilixxi ġenna tal-​art ħielsa minn tbatija, għala ppermetta li jiġru affarijiet ħżiena l-​ewwelnett? Għala qagħad jistenna sitt elef sena s’issa biex jikkorreġi dak li hu ħażin? Jistgħu dawk is-​sekli kollha taʼ sofferenza jindikaw li Alla mhux veru jimpurtah minna, jew saħansitra li ma jeżistix?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja