LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 15 p. 18
  • Profeta fl-Eżilju Jirċievi Viżjonijiet tal-Futur

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Profeta fl-Eżilju Jirċievi Viżjonijiet tal-Futur
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Il-​Ktieb taʼ Danjel u Int
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Danjel
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Jehovah Jwiegħed Premju taʼ l-​Għaġeb lil Danjel
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
  • Oqgħod Attent għall-Kelma Profetika t’Alla għal Żmienna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 15 p. 18
L-istatwa tal-ħolma taʼ Nebukadnessar

IL-​15-​IL TAQSIMA

Profeta fl-​Eżilju Jirċievi Viżjonijiet tal-​Futur

Danjel jipprofetizza dwar is-​Saltna t’Alla u l-​miġja tal-​Messija. Taqaʼ Babilonja

DANJEL, żagħżugħ b’integrità li tispikka, ittieħed fl-​eżilju f’Babilonja qabel ma nqerdet Ġerusalemm. Hu u xi Lhud oħrajn—eżiljati mis-​saltna mirbuħa taʼ Ġuda—ngħataw ċertu ammont taʼ libertà minn dawk li qabduhom. Matul il-​ħajja twila tiegħu f’Babilonja, Danjel ġie mbierek ferm minn Alla, billi saħansitra skansa l-​mewt f’ħofra tal-​iljuni u rċieva viżjonijiet li bihom setaʼ jara l-​futur imbiegħed. L-​iktar profeziji importanti taʼ Danjel iffokaw fuq il-​Messija u l-​ħakma Tiegħu.

Danjel isir jaf meta kellu jasal il-​Messija. Lil Danjel intqallu meta l-​poplu t’Alla setaʼ jistenna l-​wasla tal-​“Messija l-​Mexxej”—69 “ġimgħa” wara li joħroġ il-​kmand biex is-​swar taʼ Ġerusalemm jiġu restawrati u mibnijin mill-​ġdid. Dawn il-​ġimgħat ma kinux ġimgħat normali taʼ sebat ijiem, imma ġimgħat profetiċi taʼ sebaʼ snin. Dan il-​kmand ħareġ ħafna snin wara żmien Danjel, jiġifieri, fis-​sena 455 Q.E.K. Minn dik id-​data bdew id-​69 “ġimgħa” li damu 483 sena, u ntemmew fis-​sena 29 E.K. Fil-​parti li jmiss taʼ din il-​pubblikazzjoni, se naraw x’ġara f’dik is-​sena. Danjel ra bil-​quddiem ukoll li l-​Messija kien se “jinqatel,” biex ipatti għad-​dnub.—Danjel 9:24-​26.

Il-​Messija kellu jsir Sultan fis-​sema. F’viżjoni rari tas-​sema stess, Danjel ra lill-​Messija, imsemmi bħala “xi ħadd bħal bin il-​bniedem,” jersaq qrib it-​tron taʼ Ġeħova nnifsu. Ġeħova tah “ħakma, dinjità, u saltna.” Din is-​Saltna kienet se tibqaʼ għal dejjem. Danjel sar jaf dettall eċċitanti ieħor dwar is-​Saltna Messjanika—is-​Sultan kien se jkollu oħrajn jaħkmu miegħu, grupp li rrefera għalih bħala “l-​qaddisin tas-​Suprem.”—Danjel 7:13, 14, 27.

Is-​Saltna se teqred il-​gvernijiet taʼ din id-​dinja. Alla ta lil Danjel l-​abbiltà li jinterpreta ħolma li kkonfondiet lil Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja. Is-​sultan kien ra xbieha ġganteska b’ras tad-​deheb, sider u dirgħajn tal-​fidda, żaqq u koxxtejn tar-​ram aħmar, riġlejn tal-​ħadid, u saqajn tal-​ħadid imħallat mat-​tafal. Inqatgħet ġebla minn muntanja u laqtet ix-​xbieha fuq is-​saqajn fraġli tagħha u farrkitha u għamlitha trab. Danjel spjega li l-​partijiet tax-​xbieha kienu jirrappreżentaw ħafna qawwiet dinjin li ġew waħda wara l-​oħra, billi bdew minn Babilonja bħala r-​ras tad-​deheb. Danjel ra bil-​quddiem kif fiż-​żmien meta l-​aħħar qawwiet kienu se jkunu qed jaħkmu din id-​dinja mill-​agħar, is-​Saltna t’Alla kellha taġixxi. Kienet se tfarrak il-​gvernijiet kollha taʼ din id-​dinja. Imbagħad kellha tibqaʼ taħkem għal dejjem.—Danjel kapitlu 2.

Danjel xjaħ imma kien għadu ħaj meta waqgħet Babilonja. Is-​Sultan Ċiru rebaħ il-​belt eżatt bħalma kienu bassru l-​profeti. Ftit wara, il-​Lhud sa fl-​aħħar inħelsu mill-​eżilju tagħhom—preċiż f’waqtu, wara s-​70 sena li arthom kienet ilha ħerba kif kien imbassar. Immexxijin minn gvernaturi, qassisin, u profeti leali, il-​Lhud maż-​żmien bnew lil Ġerusalemm mill-​ġdid u rrestawraw it-​tempju taʼ Ġeħova. Iżda, x’kien se jiġri wara l-​483 sena?

—Ibbażat fuq il-​ktieb taʼ Danjel.

  • Danjel x’sar jaf dwar il-​Messija u s-​Saltna t’Alla?

  • Is-​Saltna t’Alla kif kellha teffettwa lill-​gvernijiet taʼ din id-​dinja?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja