LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ll parti 8 pp. 18-19
  • Xi Tfisser Għalik il-Mewt ta’ Ġesù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi Tfisser Għalik il-Mewt ta’ Ġesù?
  • Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
  • Materjal Simili
  • It-8 Parti
    Ismaʼ Minn Alla
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Ġesù Kristu—Mibgħut Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
ll parti 8 pp. 18-19

It-8 Parti

Xi Tfisser Għalik il-​Mewt taʼ Ġesù?

Ġesù miet biex jagħmilha possibbli għalina li ngħixu. Ġwanni 3:16

Xi nisa jaraw il-qabar vojt fejn kien Ġesù

Tlett ijiem wara l-​mewt taʼ Ġesù, xi nisa żaru l-​qabar tiegħu u sabuh vojt. Ġeħova kien qajjem lil Ġesù mill-​mewt.

Ġesù jidher lill-appostli u mbagħad jitlaʼ s-sema

Iktar tard, Ġesù deher lill-​appostli tiegħu.

Ġeħova kien irxoxta lil Ġesù u tah il-​ħajja bħala spirtu setgħan u immortali. Id-​dixxipli taʼ Ġesù rawh tielaʼ s-​sema.

  • X’inhu “l-​ħlas” tad-​dnub?​—Rumani 6:23.

  • Ġesù fetaħ it-​triq għall-​ħajja taʼ dejjem.​—Rumani 5:21.

Alla rxoxta lil Ġesù u għamlu Sultan tas-​Saltna t’Alla. Danjel 7:13, 14

Mis-sema, fis-Saltna tiegħu, Ġesù jmexxi fuq in-nies fil-ġenna tal-art

Ġesù ċeda ħajtu biex iħallas fidwa għall-​umanità. (Mattew 20:28) Permezz taʼ din il-​fidwa, Alla jagħmilha possibbli għalina li ngħixu għal dejjem.

Ġeħova ħatar lil Ġesù bħala Sultan biex jaħkem fuq l-​art. Miegħu se jkun hemm 144,000 individwu leali li jiġu rxoxtati mill-​art għall-​ħajja fis-​sema. Ġesù u l-​144,000 jifformaw gvern taʼ ġustizzja fis-​sema—is-​Saltna t’Alla.​—Rivelazzjoni 14:1-​3.

Is-​Saltna t’Alla se tagħmel l-​art ġenna. Il-​gwerer, il-​kriminalità, il-​faqar, u l-​ġuħ se jispiċċaw. In-​nies se jkunu verament ferħanin.​—Salm 145:16.

  • Liema barkiet se ġġib is-​Saltna t’Alla?​—Salm 72.

  • Għandna nitolbu biex tiġi s-​Saltna t’Alla.​—Mattew 6:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja