LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • fg lezzjoni 9 mist. 1-5
  • Il-Familja Tiegħek Kif Tista’ Tkun Hienja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Familja Tiegħek Kif Tista’ Tkun Hienja?
  • Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Materjal Simili
  • Il-Familja Tiegħek Kif Tistaʼ Tkun Hienja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Ibni żwieġ b’saħħtu u ferħan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Nagħmlu Suċċess Mill-Ħajja Tal-Familja
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Aħbar Tajba Mingħand Alla!
fg lezzjoni 9 mist. 1-5

LEZZJONI 9

Il-​Familja Tiegħek Kif Tistaʼ Tkun Hienja?

1. Iż-​żwieġ għala hu vitali biex ikun hemm l-​hena fil-​familja?

Koppja jirreġistraw legalment iż-żwieġ tagħhom

L-​aħbar tajba tiġi mingħand Ġeħova, l-​Alla l-​hieni, li jrid li l-​familji jkunu henjin. (1 Timotju 1:11) Hu oriġina ż-​żwieġ. Iż-​żwieġ legali hu vitali għall-​hena fil-​familja għax jipprovdi ambjent sigur li fih jitrabbew it-​tfal. Il-​Kristjani għandhom jirrispettaw il-​liġijiet tal-​pajjiż rigward ir-​reġistrazzjoni taż-​żwieġ.—Aqra Luqa 2:1, 4, 5

Alla kif iħares lejn iż-​żwieġ? Hu jridu jkun unjoni permanenti bejn raġel u mara. Ġeħova jrid li l-​irġiel u n-​nisa miżżewġin ikunu leali lejn xulxin. (Ebrej 13:4) Hu jobgħod id-​divorzju. (Malakija 2:16) Imma jippermetti li l-​Kristjani jiddivorzjaw u jerġgħu jiżżewġu biss jekk il-​parti l-​oħra tikkommetti adulterju.​—Aqra Mattew 19:3-​6, 9.

2. Raġel u mara miżżewġin kif għandhom jittrattaw lil xulxin?

Koppja miżżewġa hienja

Ġeħova ħalaq lill-​irġiel u lin-​nisa biex jaħdmu flimkien id f’id. (Ġenesi 2:18) Bħala l-​kap tal-​familja, ir-​raġel għandu jieħu t-​tmexxija f’li jipprovdi materjalment għal familtu u f’li jgħallimhom dwar Alla. Għandu jkollu mħabba mhix egoistika għal martu. L-​irġiel u n-​nisa miżżewġin għandhom iħobbu u jirrispettaw lil xulxin. Ladarba l-​irġiel u n-​nisa kollha huma imperfetti, li jitgħallmu jaħfru hu fundamentali għall-​hena fiż-​żwieġ.​—Aqra Efesin 4:31, 32; 5:22-​25, 33; 1 Pietru 3:7.

3. Għandek tabbanduna żwieġ li mhuwiex hieni?

Jekk tesperjenzaw diffikultajiet fiż-​żwieġ tagħkom, it-​tnejn li intom għandkom tirsistu biex tittrattaw lil xulxin bi mħabba. (1 Korintin 13:4, 5) Il-​Kelma t’Alla ma tirrikkmandax is-​separazzjoni bħala mod kif jissolvew problemi li huma komuni fiż-​żwieġ.​—Aqra l-​1 Korintin 7:10-​13.

4. Tfal, Alla xi jrid għalikom?

Ġenituri jgħinu lil uliedhom id-dar

Ġeħova jridkom tkunu henjin. Hu jagħtikom l-​aħjar pariri dwar kif tgawdu ż-​żgħożija tagħkom. Iridkom tibbenefikaw mill-​għerf u mill-​esperjenza tal-​ġenituri tagħkom. (Kolossin 3:20) Ukoll, Ġeħova jridkom tesperjenzaw il-​ferħ li jiġi meta tagħmlu l-​affarijiet għall-​Ħallieq tagħkom u għal Ibnu.​—Aqra Ekkleżjasti 11:9–12:1; Mattew 19:13-​15; 21:15, 16.

5. Ġenituri, uliedkom kif jistgħu jsibu l-​hena?

Ġenitur jitkellem ma’ ibnu

Għandkom taħdmu iebes biex tipprovdu l-​ikel, il-​kenn, u l-​ilbies għal uliedkom. (1 Timotju 5:8) Imma sabiex uliedkom isibu l-​hena, għandkom bżonn ukoll tgħallmuhom iħobbu lil Alla u jitgħallmu minnu. (Efesin 6:4) L-​eżempju tagħkom f’li turu mħabba lejn Alla jistaʼ jinfluwenza profondament qalb uliedkom. Meta tkun ibbażata fuq il-​Kelma t’Alla, l-​istruzzjoni tagħkom tistaʼ ssawwar il-​ħsib taʼ wliedkom b’mod pożittiv.​—Aqra Dewteronomju 6:4-​7; Proverbji 22:6.

It-​tfal jibbenefikaw meta tinkuraġġuhom u tfaħħruhom. Jeħtieġu wkoll il-​korrezzjoni u d-​dixxiplina. Taħriġ bħal dan jipproteġihom minn kondotta li tistaʼ tisirqilhom l-​hena. (Proverbji 22:15) Madankollu, id-​dixxiplina qatt m’għandha tkun ħarxa jew krudila.​—Aqra Kolossin 3:21.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippubblikaw diversi kotba li huma miktubin speċjalment biex jgħinu lill-​ġenituri u lit-​tfal. Dawn il-​kotba huma bbażati fuq il-​Bibbja.​—Aqra Salm 19:7, 11.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 14 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja