LEZZJONI 13
Timotju ried jgħin lin-nies
Timotju kien żagħżugħ li kien jieħu pjaċir jgħin lin-nies. Hu vvjaġġa lejn ħafna postijiet biex jgħin lil oħrajn. Minħabba dan, kellu ħajja eċċitanti ħafna. Tixtieq tismaʼ dwarha?—
Omm Timotju u nanntu għallmuh dwar Ġeħova
Meta kien tifel, Timotju kien jgħix f’belt jisimha Listra. Meta kien żgħir, in-nanna tiegħu Lojs u ommu, Ewniċe, bdew jgħallmuh dwar Ġeħova. Hekk kif Timotju kiber, ried jgħin lil oħrajn jitgħallmu dwar Ġeħova.
Meta Timotju kien għadu żagħżugħ, Pawlu talbu jivvjaġġa miegħu lejn postijiet oħrajn. Timotju qallu: ‘Iva!’ Kien lest li jmur jgħin lil oħrajn.
Timotju vvjaġġa maʼ Pawlu lejn belt fil-Maċedonja jisimha Tessalonika. Biex jaslu hemmhekk, kellhom jimxu ħafna u mbagħad jaqbdu dgħajsa. Meta sa fl-aħħar waslu, għenu lil ħafna nies jitgħallmu dwar Ġeħova. Imma xi nies kienu rrabjati u pprovaw iweġġgħuhom. Allura Pawlu u Timotju kellhom jitilqu u jippritkaw f’postijiet oħra.
Timotju kellu ħajja mimlija ferħ u eċċitament
Xi xhur wara, Pawlu talab lil Timotju jmur lura Tessalonika biex jara kif kienu l-aħwa. Kellu bżonn kuraġġ kbir biex jerġaʼ jmur f’dik il-belt perikoluża! Imma Timotju mar għax kien inkwetat dwar l-aħwa t’hemmhekk. Hu mar lura għand Pawlu b’aħbar tajba. L-aħwa f’Tessalonika kienu sejrin tajjeb ħafna!
Timotju ħadem maʼ Pawlu għal ħafna snin. Pawlu darba kiteb li Timotju kien l-aħjar wieħed li setaʼ jibgħat biex jgħin lill-kongregazzjonijiet. Timotju kien iħobb lil Ġeħova u lin-nies.
Inti tħobbhom lin-nies u trid tgħinhom jitgħallmu dwar Ġeħova?— Jekk iva, jistaʼ jkollok ħajja mimlija ferħ u eċċitament, bħalma kellu Timotju!