LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hf sezzjoni 6 pp. 18-21
  • Kif it-tfal ibiddlu ż-żwieġ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif it-tfal ibiddlu ż-żwieġ
  • Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 IFHEM KIF TARBIJA TBIDDILLEK ĦAJTEK
  • 2 SAĦĦU R-RELAZZJONI TAGĦKOM
  • 3 GĦALLMU LIT-TARBIJA TAGĦKOM
  • Kif it-Tfal Ibiddlu Żwieġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • X’Jeħtieġu u Xi Jridu t-Trabi
    Stenbaħ!—2004
  • Agħti lit-Tfal Dak li Jeħtieġu
    Stenbaħ!—2004
  • Għal ġo Dinja Ħarxa!
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
hf sezzjoni 6 pp. 18-21
Infermiera tagħti l-ġenituri t-tarbija tagħhom li għadha kif twieldet

Is-6 Taqsima

Kif it-tfal ibiddlu ż-żwieġ

“Iben hu wirt mingħand Ġeħova.”—Salm 127:3

It-​twelid taʼ tarbija jistaʼ jkun kemm eċċitanti kif ukoll taʼ sfida għal koppja. Bħala ġenituri ġodda, għandkom mnejn ma tistennewx li l-​biċċa l-​kbira tal-​ħin u l-​enerġija tagħkom se jiġu użati biex tieħdu ħsieb it-​tarbija tagħkom. Nuqqas taʼ rqad u taqlib fl-​emozzjonijiet jistgħu joħolqu tensjoni fir-​relazzjoni tagħkom. Kemm int u kemm ir-​raġel jew il-​mara tiegħek se jkollkom tagħmlu xi bidliet biex tieħdu ħsieb it-​tarbija u żżommu ż-​żwieġ tagħkom b’saħħtu. Il-​pariri tal-​Bibbja kif jistgħu jgħinukom tkampaw maʼ dawn l-​isfidi?

1 IFHEM KIF TARBIJA TBIDDILLEK ĦAJTEK

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “L-​imħabba tistabar fit-​tul u qalbha tajba.” Ukoll, l-​imħabba “ma tfittixx l-​interessi tagħha, ma tiġix provokata.” (1 Korintin 13:4, 5) Bħala omm ġdida, naturalment int tibda tagħti l-​attenzjoni tiegħek kollha lit-​tarbija. Però, żewġek għandu mnejn jibda jħossu mwarrab, allura tinsiex li anki hu jeħtieġ l-​attenzjoni tiegħek. Bil-​paċenzja u l-​qalb tajba tistaʼ tgħinu jħossu bżonjuż u involut f’li jieħu ħsieb it-​tarbija tagħkom.

Missier jgħin f’li jitmaʼ t-tarbija, u jieħu ħsieb it-tarbija billejl

“Intom l-​irġiel miżżewġin komplu għammru man-​nisa tagħkom skond l-​għarfien.” (1 Pietru 3:7) Ifhem li l-​mara tiegħek se tuża l-​biċċa l-​kbira mill-​enerġija tagħha fuq it-​tarbija. Hi għandha responsabbiltajiet ġodda u forsi tħossha stressata, bla saħħa, jew saħansitra dipressa. Xi kultant, jaf anki teħel maʼ rasha int, imma pprova ibqaʼ kalm għax “min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn raġel setgħan.” (Proverbji 16:32) Uri d-​dixxerniment, u għinha f’dak li għandha bżonn.—Proverbji 14:29

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Missirijiet: Għinu lin-​nisa tagħkom biex jieħdu ħsieb it-​tarbija anki billejl. Naqqsu l-​ħin minn affarijiet oħrajn sabiex tkunu tistgħu tqattgħu iktar ħin man-​nisa u t-​tarbija tagħkom

  • Ommijiet: Meta r-​raġel tagħkom joffri li jgħinkom tieħdu ħsieb it-​tarbija, aċċettaw l-​għajnuna tiegħu. Jekk ma jagħmilx xi ħaġa b’mod perfett, tikkritikawhx, imma b’qalb tajba uruh kif għandu jagħmilha

2 SAĦĦU R-RELAZZJONI TAGĦKOM

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Huma jsiru ġisem wieħed.” (Ġenesi 2:24) Minkejja li għandkom membru ġdid fil-​familja tagħkom, ftakru li intom għadkom “ġisem wieħed.” Agħmlu kull sforz biex iżżommu r-​relazzjoni tagħkom b’saħħitha.

Nisa, kunu grati għall-​għajnuna u l-​appoġġ taʼ żwieġkom. Il-​fatt li turu l-​apprezzament tagħkom kemm bil-​kliem kif ukoll bl-​għemil jistaʼ jkun taʼ “fejqan,” jiġifieri taʼ inkuraġġiment. (Proverbji 12:18) Irġiel, għidu lill-​mara tagħkom kemm tħobbuha u tgħożżuha. Faħħruha għall-​mod kif tieħu ħsieb il-​familja.—Proverbji 31:10, 28.

“Ħalli ħadd ma jibqaʼ jfittex dak li jaqbel lilu, imma dak li jaqbel lil ħaddieħor.” (1 Korintin 10:24) Dejjem agħmel dak li jaqbel lir-​raġel jew il-​mara tiegħek. Bħala koppja ħudu l-​ħin biex tkellmu, tfaħħru, u tisimgħu lil xulxin. Tkunux egoisti f’dik li hi r-​relazzjoni sesswali tagħkom. Ikkunsidraw il-​bżonnijiet taʼ xulxin. Il-​Bibbja tgħid: “Iċċaħħdux lil xulxin minn dan, ħlief . . . għax tkunu ftehemtu bejnietkom.” (1 Korintin 7:3-​5) Allura ddiskutu bejnietkom l-​affarijiet privati tagħkom b’onestà. Ir-​relazzjoni tagħkom se tissaħħaħ jekk tkunu paċenzjużi u tifhmu lil xulxin.

Raġel u martu jqattgħu ħin flimkien waqt li t-tarbija hi rieqda

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Tinsewx tħallu ħin għalikom it-​tnejn biss

  • Agħmel affarijiet żgħar li bihom iġġiegħel lis-​sieħeb jew lis-​sieħba tiegħek tħossha maħbuba, bħal pereżempju tibagħtilha xi messaġġ jew tagħtiha xi rigal żgħir

3 GĦALLMU LIT-TARBIJA TAGĦKOM

Omm taqra lit-tarbija tagħha

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Minn mindu kont tarbija ilek taf il-​kitba qaddisa, li tistaʼ tagħmlek għaref għas-​salvazzjoni.” (2 Timotju 3:15) Ippjana kif se tgħallem lit-​tarbija tiegħek. Hi għandha l-​abbiltà tal-​għaġeb li titgħallem, saħansitra minn qabel ma titwieled. Waqt li tkun għadha fil-​ġuf, it-​tarbija tiegħek tistaʼ tagħraf leħnek u tinduna jekk intix ferħan, imdejjaq, jew irrabjat. Ibda aqralha minn meta tkun għadha tarbija. Anki jekk forsi ma tifhimx dak li tkun qed taqralha, dan se jgħinha biex meta tikber tkun tħobb il-​qari.

It-​tarbija tiegħek qatt mhi żgħira wisq biex tisimgħek titkellem dwar Alla. Ħalliha tisimgħek titlob lil Ġeħova. (Dewteronomju 11:19) Anki meta tkunu qed tilagħbu flimkien, tkellem dwar l-​affarijiet li Alla għamel. (Salm 78:3, 4) Hekk kif it-​tarbija tiegħek tikber, hi se tara li int tħobb lil Ġeħova u se titgħallem issir tħobbu wkoll.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Itlob speċifikament għall-​għerf biex tgħallem lit-​tarbija tiegħek

  • Irripeti dak li tixtieq li t-​tarbija ssir taf ħalli tibda titgħallem minn età żgħira

TARBIJA JISTAʼ JKOLLHA EFFETT TAJJEB FUQ IŻ-​ŻWIEĠ

Maż-​żmien, int u s-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek se tħossukom komdi u kunfidenti bħala ġenituri. Li trabbu t-​tfal jistaʼ jgħinkom turu iktar imħabba, paċenzja, u qalb tajba. Jekk taħdmu flimkien u tgħinu lil xulxin, li jkollkom tarbija se jsaħħaħ ir-​relazzjoni tagħkom. Il-​kliem taʼ Salm 127:3 jistaʼ jseħħ fil-​każ tagħkom: “Frott il-​ġuf hu premju.”

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • Matul l-​aħħar ġimgħa, x’għamilt biex nuri lil żewġi jew lil marti li jien napprezza dak li tagħmel għall-​familja?

  • Meta kienet l-​aħħar darba li tkellimna dwarna bħala koppja minflok ma tkellimna biss dwar it-​tarbija tagħna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja