LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • od pp. 185-192
  • L-ewwel parti: Twemmin Kristjan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-ewwel parti: Twemmin Kristjan
  • Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Materjal Simili
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-​Messaġġ li Għandna Nxandru
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • “Mulej, Għallimna Nitolbu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
od pp. 185-192

MISTOQSIJIET GĦAL DAWK LI JIXTIEQU JITGĦAMMDU

L-ewwel parti: Twemmin Kristjan

L-​istudju tiegħek tal-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova għenek issir midħla tal-​verità. Bla dubju, dak li tgħallimt għenek biex ikollok relazzjoni tajba m’Alla u tak tama taʼ ħajja u barkiet futuri fuq art magħmula ġenna taħt is-​Saltna t’Alla. Il-​fidi tiegħek fil-​Kelma t’Alla ssaħħet, u billi assoċjajt mal-​kongregazzjoni Kristjana, diġà esperjenzajt ħafna barkiet. Sirt tifhem kif Ġeħova qed jittratta mal-​poplu tiegħu llum.—Żak. 8:23.

Hekk kif issa tħejji ruħek għall-​magħmudija, se tibbenefika minn reviżjoni taʼ twemmin Kristjan bażiku, immexxija mill-​anzjani tal-​kongregazzjoni. (Ebr. 6:1-​3) Jalla Ġeħova jkompli jbierek l-​isforzi kollha tiegħek biex issir tafu, u jalla jagħtik il-​premju mwiegħed.—Ġw. 17:3.

1. Għala tixtieq titgħammed?

2. Min hu Ġeħova?

• “Ġeħova hu l-​Alla l-​veru fis-​smewwiet hemm fuq u fuq l-​art hawn taħt. M’hemmx ħliefu.”—Dt. 4:39.

• “Int, li ismek hu Ġeħova, Int waħdek l-​Iktar Għoli fuq l-​art kollha.”—Salm 83:18.

3. Għala hu importanti għalik li tuża l-​isem personali t’Alla?

• “Hekk, mela, itolbu: ‘Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek.’”—Mt. 6:9.

• “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova jiġi salvat.”—Rum. 10:13.

4. Liema huma xi ftit termini li jiddeskrivu lil Ġeħova fil-​Bibbja?

• “Ġeħova, il-​Ħallieq taʼ truf l-​art, huwa Alla għal dejjem.”—Is. 40:28.

• “Missierna fis-​smewwiet.”—Mt. 6:9.

• “Alla hu mħabba.”—1 Ġw. 4:8.

5. X’tistaʼ tagħtih lil Alla Ġeħova?

• “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu u b’saħħtek kollha.”—Mk. 12:30.

• “Qim lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss agħti servizz sagru.”—Lq. 4:8.

6. Għala tixtieq tkun leali lejn Ġeħova?

• “Ibni, kun għaref u ferraħli qalbi, biex inkun nistaʼ nwieġeb lil min qed jgħajjarni.”—Prov. 27:11.

7. Lil min titlob, u f’isem min titlob?

• “Tassew, tassew, [jien, Ġesù] ngħidilkom, jekk titolbu xi ħaġa lill-​Missier f’ismi, jagħtihielkom.”—Ġw. 16:23.

8. X’inhuma xi ftit affarijiet li tistaʼ titlob dwarhom?

• “Hekk, mela, itolbu: ‘Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek. Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art. Agħtina llum ħobżna għal dan il-​jum; u aħfrilna d-​djun tagħna, bħalma aħna wkoll ħfirna lil min kellu d-​dejn magħna. U ddaħħalniex fit-​tentazzjoni, imma eħlisna mill-​Ħażin.’”—Mt. 6:9-​13.

• “Din hi l-​fiduċja li għandna fih, li, kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.”—1 Ġw. 5:14.

9. Ġeħova għala jistaʼ ma jismax talba taʼ xi ħadd?

• “Huma jgħajtu lil Ġeħova għall-​għajnuna, imma ma jwiġibhomx . . . skond il-​ħażen li wettqu f’għemilhom.”—Mik. 3:4.

• “Għajnejn Ġeħova huma fuq in-​nies sewwa, u widnejh miftuħin għat-​talb bil-​ħerqa tagħhom; imma Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-​ħażen.”—1 Pt. 3:12.

10. Min hu Ġesù Kristu?

• “Wieġeb Xmun Pietru u qal: ‘Int il-​Kristu, Bin l-​Alla l-​ħaj.’”—Mt. 16:16.

11. Ġesù għala ġie fuq l-​art?

• “Bin il-​bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ruħu b’fidwa għal ħafna.”—Mt. 20:28.

• “Irrid [Ġesù] inxandar l-​aħbar tajba tas-​saltna t’Alla lil bliet oħrajn ukoll, għax għal dan intbgħatt.”—Lq. 4:43.

12. Kif tistaʼ turi li int grat għas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù?

• “Miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux iktar għalihom infushom, imma għal dak li miet għalihom u ġie mqajjem.”—2 Kor. 5:15.

13. Liema awtorità għandu Ġesù?

• “Lili ngħatat kull awtorità fis-​sema u fuq l-​art.”—Mt. 28:18.

• “Alla eżaltah għal pożizzjoni superjuri u b’qalb tajba tah l-​isem li hu fuq kull isem ieħor.”—Flp. 2:9.

14. Temmen li l-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova hi “l-​ilsir leali u għaqli” li ġie maħtur minn Ġesù?

• “Min hu tassew l-​ilsir leali u għaqli li sidu ħatru fuq il-​qaddejja taʼ daru, biex jagħtihom l-​ikel fiż-​żmien xieraq?”—Mt. 24:45.

15. L-​ispirtu qaddis hu persuna?

• “L-​anġlu wieġeb u qalilha: ‘L-​ispirtu qaddis jiġi fuqek, u l-​qawwa mingħand l-​Iktar Għoli tgħattik bid-​dell tagħha. Għal din ir-​raġuni wkoll dak li jitwieled jissejjaħ qaddis, Bin Alla.’”—Lq. 1:35.

• “Għalhekk, jekk intom, għalkemm ħżiena, tafu tagħtu għotjiet tajbin lil uliedkom, kemm iktar il-​Missier li hu fis-​sema jagħti l-​ispirtu qaddis lil dawk li jitolbuh!”—Lq. 11:13.

16. Ġeħova kif uża l-​ispirtu qaddis tiegħu?

• “Bil-​kelma taʼ Ġeħova ntgħamlu s-​smewwiet, u bl-​ispirtu taʼ fommu l-​armata kollha tagħhom.”—Salm 33:6.

• “Meta l-​ispirtu qaddis jiġi fuqkom tirċievu qawwa u tkunu xhieda tiegħi . . . sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art.”—Atti 1:8.

• “Ebda profezija taʼ l-​Iskrittura ma tiġi minn xi interpretazzjoni persunali. Għax il-​profezija qatt ma ġiet bir-​rieda tal-​bniedem, imma xi bnedmin tkellmu minn Alla skond kif tmexxew mill-​ispirtu qaddis.”—2 Pt. 1:20, 21.

17. X’inhi s-​Saltna t’Alla?

• “L-​Alla tas-​sema jwaqqaf saltna li qatt ma tinqered. U din is-​saltna ma tgħaddix għal għand poplu ieħor. Hi se tfarrak u ttemm dawn is-​saltniet kollha, u hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”—Dan. 2:44.

18. Int kif se tibbenefika mis-​Saltna t’Alla?

• “Jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”—Riv. 21:4.

19. Kif taf li dalwaqt se nirċievu l-​barkiet tas-​Saltna?

• “Id-​dixxipli resqu lejh kif kien waħdu u qalulu: ‘Għidilna, dan meta se jseħħ, u x’se jkun is-​sinjal tal-​preżenza tiegħek u tal-​konklużjoni tas-​sistema?’ U Ġesù wieġeb u qalilhom: ‘. . . Ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna, u jkun hemm nuqqas taʼ ikel u terremoti f’post wara l-​ieħor. U din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-​tmiem.’”—Mt. 24:3, 4, 7, 14.

• “Fl-​aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom. Għax in-​nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, minfuħin bihom infushom, suppervi, midgħija, diżubbidjenti lejn il-​ġenituri, ingrati, żleali, mingħajr imħabba naturali, ma jkunux iridu jiftiehmu, kalunnjaturi, mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba għat-​tajjeb, tradituri, rashom iebsa, imkabbrin, iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla, ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla imma ma jurux bil-​fatti l-​qawwa tagħha.”—2 Tim. 3:1-​5.

20. Int kif turi li s-​Saltna hi importanti għalik?

• “Mela, ibqgħu fittxu l-​ewwel is-​saltna u s-​sewwa tiegħu.”—Mt. 6:33.

• “Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: ‘Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu u jerfaʼ z-​zokk tat-​tortura tiegħu u jibqaʼ miexi warajja.’”—Mt. 16:24.

21. Min huma Satana u d-​demonji?

• “Intom minn missierkom ix-​Xitan . . . Dan kien qattiel meta beda.”—Ġw. 8:44.

• “Twaddab għal isfel id-​dragun il-​kbir, is-​serp oriġinali, dak li hu msejjaħ Xitan u Satana, li qed iqarraq bl-​art abitata kollha; twaddab ’l isfel lejn l-​art, u l-​anġli tiegħu twaddbu għal isfel miegħu.”—Riv. 12:9.

22. Satana fuq xiex akkuża lil Ġeħova u lil dawk li jqimuh?

• “Il-​mara qalet lis-​serp: ‘Mill-​frott tas-​siġar tal-​ġnien nistgħu nieklu. Imma dwar il-​frott tas-​siġra li qiegħda f’nofs il-​ġnien, Alla qalilna, “Ma tistgħux tieklu minnu, le, ma tistgħux tmissuh, inkella tmutu.”’ Għal dan, is-​serp qal lill-​mara: ‘Żgur li ma tmutux. Għax Alla jaf li fil-​jum li tieklu minnu għajnejkom jinfetħu u tkunu bħal Alla, tagħrfu t-​tajjeb u l-​ħażin.’”—Ġen. 3:2-​5.

• “Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: ‘Ġild għal ġild, u raġel jagħti kulma jkollu għal ruħu.’”—Ġob 2:4.

23. Int kif tistaʼ tagħti prova li l-​akkużi taʼ Satana mhumiex veri?

• “Aqdih [lil Alla] b’qalb sħiħa.”—1 Kron. 28:9.

• “Sakemm nieħu l-​aħħar nifs ma nwarrabx minni l-​integrità tiegħi!”—Ġob 27:5.

24. In-​nies għala jmutu?

• “Permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu.”—Rum. 5:12.

25. X’inhi l-​kundizzjoni tal-​mejtin?

• “Il-​ħajjin jafu li għad imutu; imma l-​mejtin ma jafu assolutament xejn.”—Ekk. 9:5.

26. X’tama hemm għal dawk li mietu?

• “Se jkun hemm irxoxt kemm tan-​nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.”—Atti 24:15.

27. Kemm se jkun hemm nies li jmorru fis-​sema biex isaltnu maʼ Ġesù?

• “Ara, il-​Ħaruf wieqaf fuq il-​Muntanja Sijon, u miegħu kien hemm mija u erbgħa u erbgħin elf li kellhom ismu u isem Missieru miktubin fuq ġbinhom.”—Riv. 14:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja