LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bhs kap. 14 pp. 145-153
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
  • X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Aqra f'din l-edizzjoni Il-Bibbja X’Tgħallem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • DAK LI ALLA JISTENNA MILL-​IRĠIEL MIŻŻEWĠIN
  • DAK LI ALLA JISTENNA MIN-​NISA MIŻŻEWĠIN
  • DAK LI ALLA JISTENNA MILL-​ĠENITURI
  • DAK LI ALLA JISTENNA MIT-​TFAL
  • IL-​FAMILJA TIEGĦEK TISTAʼ TKUN FERĦANA
  • Ħajja Tal-Familja Li Togħġob Lil Alla
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Nagħmlu Suċċess Mill-Ħajja Tal-Familja
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Żewġ Ċwievet Għal Żwieġ Dejjiemi
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Kif Jista’ Jkollok Ħajja tal-Familja Hienja?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
Ara Iżjed
X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
bhs kap. 14 pp. 145-153

KAPITLU ERBATAX

Il-​familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana

1, 2. Ġeħova xi jrid għall-​familji?

ALLA ĠEĦOVA għaqqad l-​ewwel koppja fiż-​żwieġ. Il-​Bibbja tgħidilna li għamel l-​ewwel mara u “ħadha għand ir-​raġel.” Adam tant feraħ li qal: “Sa fl-​aħħar, din hi għadma minn għadmi u laħam minn laħmi.” (Ġenesi 2:22, 23) Dan jurina li Ġeħova jrid li l-​miżżewġin ikunu ferħanin.

2 B’dispjaċir, ħafna nies qatt m’esperjenzaw ħajja tal-​familja ferħana. Madankollu, il-​Bibbja fiha ħafna prinċipji li se jgħinu lill-​membri kollha tal-​familja biex jagħmlu l-​ħajja tal-​familja tagħhom waħda taʼ suċċess u biex jieħdu gost ikunu flimkien.—Luqa 11:28.

DAK LI ALLA JISTENNA MILL-​IRĠIEL MIŻŻEWĠIN

3, 4. (a) Raġel kif għandu jittratta lil martu? (b) Għala huwa importanti li r-​raġel u l-​mara jaħfru lil xulxin?

3 Il-​Bibbja tgħid li raġel tajjeb għandu jittratta lil martu bi mħabba u b’rispett. Jekk jogħġbok aqra Efesin 5:25-​29. Raġel dejjem se jittratta lil martu bl-​imħabba. Ukoll, se jipproteġiha, jieħu ħsiebha, u ma jagħmel xejn biex iweġġagħha.

4 Imma raġel miżżewweġ x’għandu jagħmel meta martu tiżbalja? L-​irġiel jintqalilhom: “Ibqgħu ħobbu lin-​nisa tagħkom u tkunux ħorox magħhom.” (Kolossin 3:19) Irġiel, ftakru li anki intom tiżbaljaw. U jekk tridu li Alla jaħfer lilkom, intom tridu taħfru lin-​nisa tagħkom. (Mattew 6:12, 14, 15) Meta kemm ir-​raġel u kemm il-​mara jkunu lesti li jaħfru, dan se jgħinhom ikollhom żwieġ ferħan.

5. Raġel għala għandu jonora lil martu?

5 Ġeħova jistenna li r-​raġel jonora lil martu. Hu għandu jaħseb bis-​serjetà dwar il-​bżonnijiet taʼ martu. Din hi kwistjoni serja ħafna. Jekk raġel miżżewweġ ma jittrattax lil martu sew, Ġeħova jistaʼ jirrifjuta li jismaʼ t-​talb tiegħu. (1 Pietru 3:7) Individwu jrid ikun iħobb lil Ġeħova biex ikun taʼ valur f’għajnejh. Ġeħova ma jippreferix l-​irġiel iktar min-​nisa.

6. Xi jfisser li raġel u mara jkunu “ġisem wieħed”?

6 Ġesù spjega li raġel u mara “m’għadhomx iżjed tnejn, imma ġisem wieħed.” (Mattew 19:6) Huma leali lejn xulxin u qatt ma se jkunu żleali lejn xulxin. (Proverbji 5:15-​21; Ebrej 13:4) L-​irġiel u n-​nisa miżżewġin għandhom jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet sesswali taʼ xulxin mingħajr egoiżmu. (1 Korintin 7:3-​5) Raġel għandu jiftakar li “ebda bniedem qatt ma bagħad lil ġismu stess; imma jitimgħu u jgħożżu.” Allura għandu jħobb u jgħożż lil martu. Fuq kollox, mara trid li żewġha juriha qalb tajba u mħabba.—Efesin 5:29.

DAK LI ALLA JISTENNA MIN-​NISA MIŻŻEWĠIN

7. Familja għala għandha bżonn kap?

7 Kull familja għandha bżonn kap, xi ħadd li jiggwida lill-​familja biex jaħdmu spalla maʼ spalla flimkien. Fl-​1 Korintin 11:3, il-​Bibbja tgħid: “Il-​kap taʼ kull raġel hu l-​Kristu; u l-​kap tal-​mara hu r-​raġel; u l-​kap tal-​Kristu hu Alla.”

8. Mara kif tistaʼ turi rispett profond lejn żewġha?

8 Kull raġel jiżbalja. Imma meta mara tappoġġa d-​deċiżjonijiet taʼ żewġha u tikkoopera miegħu minn qalbha, il-​familja kollha tibbenefika. (1 Pietru 3:1-​6) Il-​Bibbja tgħid: “Il-​mara għandu jkollha rispett profond lejn żewġha.” (Efesin 5:33) Xi ngħidu jekk raġel miżżewweġ ma jkollux l-​istess twemmin taʼ martu? Hi xorta trid turi rispett profond lejh. Il-​Bibbja tgħid: “Intom in-​nisa, kunu sottomessi lejn żwieġkom, sabiex, jekk xi wħud ma jkunux ubbidjenti lejn il-​kelma, dawn jintrebħu mingħajr ebda kelma permezz tal-​kondotta tan-​nisa tagħhom, għax ikunu raw b’għajnejhom stess il-​kondotta safja tagħkom flimkien mar-​rispett profond.” (1 Pietru 3:1, 2) L-​eżempju tajjeb tal-​mara jistaʼ jgħin lil żewġha jifhem u jirrispetta t-​twemmin tagħha.

9. (a) Mara x’għandha tagħmel jekk ma taqbilx maʼ żewġha? (b) X’parir insibu għan-​nisa miżżewġin f’​Titu 2:4, 5?

9 Mara x’tistaʼ tagħmel meta ma taqbilx maʼ żewġha? Għandha tesprimi l-​opinjonijiet tagħha bir-​rispett. Pereżempju, Sara qalet xi ħaġa li ma daqqitx għal widnejn Abraham, imma Ġeħova qallu: “Ismaʼ minn kliemha.” (Ġenesi 21:9-​12) Raġel Kristjan rari se jieħu deċiżjoni li tmur kontra dak li tgħid il-​Bibbja, allura martu għandha tappoġġah. (Atti 5:29; Efesin 5:24) Mara tajba se tieħu ħsieb lill-​familja tagħha. (Aqra Titu 2:4, 5.) Meta żewġha u wliedha jaraw kemm taħdem iebes għalihom, huma se jħobbuha u jirrispettawha saħansitra iktar.—Proverbji 31:10, 28.

Abraham jismaʼ minn Sara

Sara kif inhi eżempju tajjeb għan-nisa miżżewġin?

10. Il-​Bibbja x’tgħid dwar is-​separazzjoni u d-​divorzju?

10 Kultant xi koppji malajr jieħdu d-​deċiżjoni li jisseparaw jew jiddivorzjaw. Madankollu, il-​Bibbja tgħid li “mara m’għandhiex tinfired minn żewġha” u li “raġel m’għandux jitlaq lil martu.” (1 Korintin 7:10, 11) Hemm ċerti ċirkustanzi estremi meta l-​koppji jistgħu jisseparaw, imma din hi deċiżjoni serja. Xi ngħidu għad-​divorzju? Il-​Bibbja turi li l-​unika raġuni valida għad-​divorzju hi jekk ir-​raġel jew il-​mara jkollha relazzjoni sesswali maʼ xi ħadd barra ż-​żwieġ.—Mattew 19:9.

DAK LI ALLA JISTENNA MILL-​ĠENITURI

1. Ġesù jqattaʼ l-ħin mat-tfal; 2. Missier jiddiskuti l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir maʼ ibnu

Ġesù hu eżempju tajjeb għal kull membru tal-familja

11. It-​tfal x’għandhom bżonn iktar minn kull ħaġa oħra?

11 Ġenituri, qattgħu kemm tistgħu ħin maʼ wliedkom. It-​tfal tagħkom għandhom bżonnkom, u iktar minn kull ħaġa oħra, għandhom bżonn li tgħallmuhom dwar Ġeħova.—Dewteronomju 6:4-​9.

12. Il-​ġenituri x’għandhom jagħmlu biex jipproteġu lil uliedhom?

12 Id-​dinja taʼ Satana dejjem sejra għall-​agħar, u hemm xi wħud li forsi jkunu jridu jweġġgħu lil uliedna, saħansitra jabbużawhom sesswalment. Xi ġenituri jsibuha diffiċli biex jitkellmu dwar dan is-​suġġett. Imma l-​ġenituri għandhom bżonn iwissu lil uliedhom dwar nies bħal dawn u jgħallmuhom kif jevitawhom. Ġenituri, għandkom tipproteġu lil uliedkom.a—1 Pietru 5:8.

13. Il-​ġenituri kif għandhom jgħallmu lil uliedhom?

13 Il-​ġenituri għandhom ir-​responsabbiltà li jgħallmu lil uliedhom kif iġibu ruħhom. Kif tistaʼ tgħallem lil uliedek? It-​tfal tiegħek għandhom bżonn it-​taħriġ, imma l-​kastig qatt m’għandu jkun aħrax. (Ġeremija 30:11) Allura qatt m’għandek tiddixxiplina lil uliedek meta tkun irrabjat. Kliemek ma jridx ikun bħal “daqqiet taʼ sejf” li jweġġagħhom. (Proverbji 12:18) Għallem lil uliedek biex jifhmu għala hemm bżonn li jobdu.—Efesin 6:4; Ebrej 12:9-​11; ara n-​Nota fl-​aħħar numru 30.

DAK LI ALLA JISTENNA MIT-​TFAL

14, 15. It-​tfal għala għandhom jobdu lill-​ġenituri tagħhom?

14 Ġesù dejjem obda lil Missieru, anki meta ma kienx faċli. (Luqa 22:42; Ġwanni 8:28, 29) Ġeħova jistenna wkoll li t-​tfal jobdu lill-​ġenituri tagħhom.—Efesin 6:1-​3.

15 Tfal, anki jekk tħossu li hu diffiċli biex tobdu lill-​ġenituri tagħkom, ftakru li meta tkunu ubbidjenti, Ġeħova u l-​ġenituri tagħkom jieħdu pjaċir bikom.b—Proverbji 1:8; 6:20; 23:22-​25.

Tifel jirreżisti t-tentazzjoni li jpejjep minn xi wħud tamparu

X’se jgħin liż-żgħażagħ ikunu leali lejn Alla meta jiġu mħajrin biex jagħmlu xi ħaġa ħażina?

16. (a) Satana kif jipprova jħajjar liż-​żgħażagħ biex jagħmlu xi ħaġa ħażina? (b) Għala hu importanti li tagħżel ħbieb li jħobbu lil Ġeħova?

16 Ix-​Xitan jistaʼ juża lil sħabek u lil żgħażagħ oħrajn biex jipprova jħajrek tagħmel xi ħaġa ħażina. Hu jaf li din il-​pressjoni tistaʼ tkun diffiċli ħafna biex tirreżistiha. Pereżempju, Dina, it-​tifla taʼ Ġakobb, kellha xi ħbieb li ma kinux iħobbu lil Ġeħova. Minħabba f’hekk, kemm hi u kemm familtha daħlu f’ħafna inkwiet. (Ġenesi 34:1, 2) Jekk sħabek ma jħobbux lil Ġeħova, għandhom mnejn jipprovaw iħajruk biex tagħmel xi ħaġa li Ġeħova jobgħod, u dan kieku jikkaġuna ħafna wġigħ għalik, għal familtek, u għal Alla. (Proverbji 17:21, 25) Għalhekk hu importanti ħafna li ssib ħbieb li jħobbu lil Ġeħova.—1 Korintin 15:33.

IL-​FAMILJA TIEGĦEK TISTAʼ TKUN FERĦANA

17. Liema responsabbiltà għandha kull persuna fil-​familja?

17 Meta l-​membri tal-​familja jsegwu l-​istruzzjonijiet t’Alla, huma jevitaw l-​inkwiet u ħafna problemi. Allura jekk int raġel miżżewweġ, ħobb lil martek u ttrattaha bl-​imħabba. Jekk int mara miżżewġa, uri rispett u sottomissjoni lejn żewġek u imita l-​eżempju tal-​mara deskritta fi Proverbji 31:10-​31. Jekk int ġenitur, għallem lil uliedek biex iħobbu lil Alla. (Proverbji 22:6) Jekk int missier, iggwida lil familtek “bl-​aħjar mod.” (1 Timotju 3:4, 5; 5:8) U tfal, obdu lill-​ġenituri tagħkom. (Kolossin 3:20) Ftakru li kull persuna fil-​familja tistaʼ tiżbalja, allura kunu umli u itolbu lil xulxin maħfra. Iva, il-​Bibbja fiha gwida mingħand Ġeħova għal kull persuna fil-​familja.

a Tistaʼ ssib iktar informazzjoni dwar kif tipproteġi lil uliedek f’kapitlu 32 tal-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

b It-​tfal m’għandhomx għalfejn jobdu lill-​ġenituri tagħhom jekk ikunu jriduhom jagħmlu xi ħaġa li tmur kontra l-​liġi t’Alla.—Atti 5:29.

REVIŻJONI

L-​1 TAGĦLIMA: ĠEĦOVA ĦALAQ LILL-​FAMILJA

“Minħabba dan ninżel għarkopptejja quddiem il-​Missier, li lilu taf isimha kull familja fis-​sema u fuq l-​art.”—Efesin 3:14, 15

Il-​familja tiegħek kif tistaʼ tkun ferħana?

  • Ġenesi 1:26-​28

    Ġeħova ħalaq l-​ewwel familja.

  • Efesin 5:1, 2

    Biex ikollok ħajja tal-​familja ferħana trid timita lil Ġeħova u Ġesù.

IT-​2 TAGĦLIMA: KIF TKUN RAĠEL JEW MARA TAJBA

“Kull wieħed minnkom għandu jħobb lil martu . . . Il-​mara għandu jkollha rispett profond lejn żewġha.”—Efesin 5:33

Raġel u mara miżżewġin kif għandhom jittrattaw lil xulxin?

  • Efesin 5:22-​29

    Raġel hu responsabbli għall-​familja. Għandu jħobb lil martu, u hi għandha tappoġġa d-​deċiżjonijiet li jieħu.

  • Kolossin 3:19; 1 Pietru 3:4

    Iridu juru l-​qalb tajba maʼ xulxin u jaħsbu f’xulxin.

  • 1 Pietru 3:1, 2, 7

    Raġel u mara għandhom jonoraw u jirrispettaw lil xulxin.

  • 1 Timotju 5:8; Titu 2:4, 5

    Raġel miżżewweġ għandu jipprovdi għal familtu. Mara miżżewġa għandha tieħu ħsieb lil darha u lil familtha.

IT-​3 TAGĦLIMA: KIF TKUN ĠENITUR TAJJEB

“Iddejqux lil uliedkom, imma ibqgħu rabbuhom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.”—Efesin 6:4

X’responsabbiltà għandhom il-​ġenituri?

  • Dewteronomju 6:4-​9; Proverbji 22:6

    Trid twarrab il-​ħin biex tgħallem lil uliedek dwar Ġeħova. Minn meta jkunu żgħar ħafna, bil-​paċenzja għin lil kull wieħed minnhom biex isir ħabib taʼ Ġeħova.

  • 1 Pietru 5:8

    Għallem lil uliedek kif jistgħu jevitaw l-​abbuż sesswali u perikli oħrajn.

  • Ġeremija 30:11; Ebrej 12:9-​11

    Għandek tiddixxiplina lil uliedek imma qatt m’għandek tagħmel dan bir-​rabja jew bl-​aħrax.

IR-​4 TAGĦLIMA: DAK LI ALLA JISTENNA MIT-​TFAL

“Tfal, obdu lill-​ġenituri tagħkom.”—Efesin 6:1

Tfal, għala għandkom tobdu lill-​ġenituri tagħkom?

  • Proverbji 23:22-​25; Kolossin 3:20

    L-​ubbidjenza tagħkom se tferraħ lil Ġeħova u l-​ġenituri tagħkom.

  • 1 Korintin 15:33

    Sib ħbieb li jħobbu lil Ġeħova. Imbagħad se jkun iktar faċli għalik biex tagħmel is-​sew.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja