LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ypq mistoqsija 5 pp. 15-17
  • Kif nistaʼ nkampa mal-​bullying fl-​iskola?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif nistaʼ nkampa mal-​bullying fl-​iskola?
  • Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • Materjal Simili
  • Il-bullying—Kif Nistaʼ Nkampa Miegħu?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif Teħles mill-Abbuż tal-Bulijiet
    Stenbaħ!—2003
  • L-Abbuż tal-Bulijiet—X’Jikkaġunah u X’Effetti Jħalli
    Stenbaħ!—2003
  • L-Abbuż tal-Bulijiet—Problema Madwar id-Dinja
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
ypq mistoqsija 5 pp. 15-17
Tifel qed jiġi bbuljat quddiem sħabu tal-iskola

MISTOQSIJA 5

Kif nistaʼ nkampa mal-​bullying fl-​iskola?

GĦALA HU IMPORTANTI

Il-​mod kif taġixxi jistaʼ jagħmel l-​affarijiet aħjar—jew agħar.

INT KIEKU X’TAGĦMEL?

Immaġina din ix-​xena: Thomas ma jridx imur skola llum. Lanqas għada. Qatt iktar. Dan kollu beda tliet xhur ilu meta sħabu tal-​iskola xerrdu qlajjiet kattivi. Imbagħad bdew bil-​laqmijiet. Xi kultant xi ħadd iwaqqaʼ l-​kotba minn id Thomas u jaġixxi bħallikieku mhux apposta, jew persuna minn grupp warajh timbottah, u sakemm Thomas idur, ma jkunx jistaʼ jgħid min kien. Ilbieraħ, il-​bullying saħansitra ggrava meta Thomas irċieva theddid onlajn . . .

Li kieku kont Thomas, int kieku x’tagħmel?

IEQAF U AĦSEB!

Int tistaʼ tagħmel xi ħaġa. Infatti int tistaʼ tirbaħ lil bully mingħajr ma tuża l-​ponn. Kif?

  • TIRREAĠIXXIX. Il-​Bibbja tgħid: “L-​istupidu jisfoga r-​rabja għalkollox, imma l-​għaref iżomm kalm sa l-​aħħar.” (Proverbji 29:11) Jekk tibqaʼ kalm kemm jistaʼ jkun—għall-​inqas minn barra—dawk li jkunu qed jibbuljawk jaf jitilfu l-​interess.

  • TPATTIX. Il-​Bibbja tgħid: “Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara.” (Rumani 12:17) Jekk tipprova tivvendika ruħek se tkompli tgħarraq is-​sitwazzjoni.

  • EVITA L-​INKWIET. Il-​Bibbja tgħid: “Min hu prudenti jara l-​gwaj u jinħeba.” (Proverbji 22:3) Sakemm jiddependi minnek, evita nies li jaqilgħu l-​inkwiet u sitwazzjonijiet li fihom hemm ċans li jkun hemm il-​bullying.

  • IPPROVA WIEĠEB B’MOD LI MA JKUNUX QED JISTENNEW. Il-​Bibbja tgħid: “Tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-​korla.” (Proverbji 15:1) Tistaʼ anki tiħodhom biċ-​ċajt. Pereżempju, jekk bully jgħid li int oħxon, tistaʼ sempliċement tgħidlu, “Veru, ma nagħmilx ħażin jekk nonqos ftit!”

  • ITLAQ ’L HEMM. “Jekk ma tgħid xejn u twarrab juri li int matur u li int iktar b’saħħtek minn dak li qed jaqbad miegħek,” tgħid Nora li għandha 19-​il sena. “Dan juri li taf tikkontrolla lilek innifsek—xi ħaġa li l-​bully ma jafx jagħmel.”—2 Timotju 2:24.

  • STINKA BIEX IKOLLOK STIMA XIERQA LEJK INNIFSEK. Il-​bulijiet spiss ikunu jafu min huma dawk li għandhom stima baxxa tagħhom infushom u li x’aktarx mhux se jiqfulhom. Għall-​kuntrarju, ħafna bulijiet se jħalluk bi kwietek meta jaraw li m’intix se tħallihom jagħmlu li jridu bik.

  • GĦID LIL XI ĦADD. Waħda li qabel kienet taħdem bħala għalliema tgħid: “Jien inħeġġeġ lil kull min qed jiġi bbuljat biex jgħid lil xi ħadd. Din hi l-​aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel u tistaʼ tgħin biex twaqqaf lil ħaddieħor milli jiġi bbuljat.”

Żagħżugħ jiffaċċja bully b’kuraġġ

Fiduċja fik innifsek se tagħtik qawwa li l-​bully m’għandux

KONT TAF?

Minbarra li jistgħu jweġġgħuk fiżikament, il-​bullying jistaʼ jinvolvi wkoll:

  • Joħroġ kliem qisu nar minn ħalq bully

    Attakki verbali. “Qatt mhu se ninsa l-​kliem li għajruni bih jew l-​affarijiet li qaluli. Ġegħluni nħossni li ma niswa għal xejn, li m’iniex maħbuba, u li ma jien tajba għal xejn. Aħjar tawni daqqa taʼ ponn.”—Celine, li għandha 20 sena.

  • Żagħżugħ bilqiegħda waħdu għax ġie mwarrab minn dawk tamparu

    Iwarrbuk. “Sħabi tal-​iskola bdew iwarrbuni. Kienu jagħmlu tabirruħhom li ma kienx hemm post għalija fuq il-​mejda fil-​brejk. Għal sena sħiħa bkejt u kilt waħdi.”—Haley, li għandha 18-​il sena.

  • Żagħżugħ tinħasad hekk kif tisfa vittma tal-bullying permezz tal-Internet

    Bullying permezz tal-​Internet. “Billi tagħfas ftit buttuni tal-​keyboard tal-​kompjuter tistaʼ tħassar ir-​reputazzjoni taʼ xi ħadd—jew saħansitra tagħmillu ħajtu miżerja. Forsi tinstemaʼ qisha esaġerazzjoni, imma tistaʼ tiġri!”—Daniel, li għandu 14-​il sena.

KWIZZ DWAR IL-​BULLYING

VERU JEW FALZ

TWEĠIBIET

1 Il-​bullying ilu jsir eluf taʼ snin.

1 Veru. Pereżempju, il-​Bibbja titkellem dwar in-​Nefilim—grupp taʼ nies li isimhom ifisser “Dawk li jwaqqgħu lil oħrajn.”—Ġenesi 6:4.

2 Il-​bullying hu sempliċement inkejja li ma jagħmel l-​ebda ħsara. Mhux xi ħaġa serja.

2 Falz. Raġuni waħda għala għadd taʼ żgħażagħ jagħmlu suwiċidju hu minħabba l-​bullying.

3 L-​aħjar mod kif twaqqaf bully hu billi tiġġilidlu.

3 Falz. Il-​bulijiet spiss ikunu iktar b’saħħithom fiżikament mill-​vittmi tagħhom, u b’hekk għalxejn tipprova tiġġildilhom.

4 Jekk tara xi bullying, aħjar tinjorah.

4 Falz. F’każ li tara xi bullying u ma tgħid xejn, int issir parti mill-​problema minflok ma tkun parti mis-​soluzzjoni.

5 Minkejja li jidhru li huma superjuri, il-​bulijiet spiss iħossuhom inferjuri.

5 Veru. Għalkemm xi bulijiet jaħsbu li huma xi ħaġa, ħafna minnhom iħossuhom inferjuri u jwaqqgħu għaċ-​ċajt lil ħaddieħor biex huma jħossuhom aħjar.

6 Il-​bulijiet jistgħu jinbidlu.

6 Veru. Bl-​għajnuna, il-​bulijiet jistgħu jbiddlu l-​mod kif jaħsbu u jaġixxu.

DAK LI SE NAGĦMEL

  • Jekk niġi bbuljat, jien x’se nagħmel jew x’se ngħid?

SIR AF IKTAR!

Irbaħ lil bully mingħajr ma tuża l-ponn

Minn fuq www.pr2711.com/mt, ara minn fuq il-​whiteboard il-​lezzjoni Irbaħ lil bully mingħajr ma tuża l-​ponn. (Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-​BIBBJA > ŻGĦAŻAGĦ)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja