LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 36 p. 88-p. 89 para. 1
  • Il-wegħda taʼ Ġefta

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-wegħda taʼ Ġefta
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Il-Wegħda taʼ Ġefta
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Hi ferrħet lil missierha u lil Ġeħova
    Għallem lil Uliedek
  • Il-lealtà tagħna twassalna biex ikollna l-approvazzjoni t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Ġeftaħ Iżomm il-Wegħda Tiegħu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 36 p. 88-p. 89 para. 1
Ġefta jċarrat ħwejġu meta bintu toħroġ biex tilqgħu

LEZZJONI 36

Il-wegħda taʼ Ġefta

L-​Iżraelin, għal darb’oħra, telqu lil Ġeħova u bdew iqimu allat foloz. Meta l-​Għammonin attakkaw u ġġieldu kontra l-​Iżraelin, l-​allat foloz tagħhom m’għamlu xejn biex jgħinuhom. Għal ħafna snin, l-​Iżraelin batew. Fl-​aħħar qalu lil Ġeħova: ‘Aħna għamilna ħafna dnubiet. Jekk jogħġbok salvana mill-​għedewwa tagħna.’ Imbagħad, l-​Iżraelin qerdu l-​idoli u reġgħu bdew iqimu lil Ġeħova. Hu ma riedx jarahom ibatu iktar.

Raġel gwerrier jismu Ġefta kien ġie magħżul biex imexxi lill-​Iżraelin fil-​battalja kontra l-​Għammonin. Hu qal lil Ġeħova: ‘Jekk tgħinna nirbħu din il-​battalja, jien inwiegħdek li meta mmur lura d-​dar, nagħtik l-​ewwel persuna li toħroġ mid-​dar tiegħi biex tilqagħni.’ Ġeħova semaʼ t-​talba taʼ Ġefta u għenu jirbaħ il-​battalja.

Meta Ġefta mar lura d-​dar, l-​ewwel persuna li ħarġet biex tilqgħu kienet bintu. Hu lilha biss kellu. Hi ħarġet tiżfen u ddoqq it-​tanburlin. Issa Ġefta x’kien se jagħmel? Hu ftakar fil-​wegħda li kien għamel u qal: ‘Jaħasra, binti! Kif qsamtli qalbi. Jien għamilt wegħda maʼ Ġeħova. Biex inżommha, jien se jkolli nibagħtek taqdi fit-​tabernaklu f’Silo.’ Imma bintu qaltlu: ‘Pa, jekk għamilt wegħda maʼ Ġeħova, int għandek iżżommha. Li nitolbok biss hu li tħallini mmur inqattaʼ xahrejn maʼ sħabi l-​bniet fuq il-​muntanji. Imbagħad immur.’ Bint Ġefta qdiet lealment fit-​tabernaklu għal kumplament taʼ ħajjitha. Kull sena, sħabha kienu jmorru Silo biex jarawha.

Il-ħbieb taʼ bint Ġefta jiġu t-tabernaklu biex jarawha

“Min għandu affezzjoni lejn ibnu jew lejn bintu iktar milli għandu lejja ma jistħoqqlux ikun tiegħi.”—Mattew 10:37

Mistoqsijiet: Ġefta x’wegħda għamel? Bint Ġefta kif irreaġixxiet għall-​wegħda li għamel missierha?

Imħallfin 10:6-18; 11:1-11, 29-40; 1 Samwel 12:10, 11

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja