LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 68 p. 162-p. 163 para. 1
  • Eliżabetta jkollha tarbija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Eliżabetta jkollha tarbija
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Jitwieled xi ħadd biex iħejji t-triq
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Żewġ messaġġi mingħand Alla
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Dak li Jħejji t-Triq Jitwieled
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Messaġġi mis-Sema
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 68 p. 162-p. 163 para. 1
Żakkarija juri bil-miktub lill-qraba u l-ħbieb li ibnu jismu Ġwanni

LEZZJONI 68

Eliżabetta jkollha tarbija

Wara 400 sena li s-​swar taʼ Ġerusalemm reġgħu nbnew, kien hemm qassis jismu Żakkarija u martu, Eliżabetta, li kienu jgħixu ħdejn il-​belt. Huma kienu ilhom ħafna snin miżżewġin imma ma kellhomx tfal. Darba waħda, xħin Żakkarija kien qed joffri l-​inċens fil-​parti tat-​tempju msejħa l-​Qaddis, deherlu l-​anġlu Gabrijel. Żakkarija beżaʼ ħafna, imma Gabrijel qallu: ‘Tibżax. Jien ġibtlek aħbar tajba mingħand Ġeħova. Il-​mara tiegħek, Eliżabetta, se jkollha tifel u int trid issemmih Ġwanni. Ġeħova għażel lil Ġwanni biex jagħmel xogħol speċjali.’ Żakkarija qallu: ‘Kif nistaʼ nemmnek? Jien u l-​mara tiegħi issa xjaħna wisq biex ikollna tarbija.’ Gabrijel qallu: ‘Jien intbgħatt minn Alla biex nagħtik din l-​aħbar. Imma peress li mhux temminni, int mhux se tkun tistaʼ titkellem sa wara li titwieled it-​tarbija.’

Żakkarija dam hemm ġew iktar mis-​soltu. Xħin fl-​aħħar ħareġ, in-​nies li kienu qed jistennew barra riedu jkunu jafu x’ġara. Żakkarija ma setax jitkellem, imma setaʼ jagħmel biss sinjali b’idejh. Għalhekk, in-​nies indunaw li Żakkarija kien irċieva messaġġ mingħand Alla.

Xi żmien wara, Eliżabetta ħarġet tqila u kellha tifel, eżatt bħalma kien qal l-​anġlu. Il-​ħbieb u l-​qraba tagħha ġew biex jaraw it-​tarbija. Huma kienu ferħanin ħafna għaliha. Eliżabetta qalet: ‘Ġwanni se jkun ismu.’ Huma qalulha: ‘Imma m’hemm ħadd fil-​familja li jismu Ġwanni. Semmih Żakkarija, għal missieru.’ Imma Żakkarija kiteb il-​kliem: ‘Ġwanni hu ismu.’ F’dak il-​ħin, Żakkarija reġaʼ beda jitkellem! L-​aħbar dwar it-​tarbija nxterdet madwar il-​Lhudija kollha, u n-​nies bdew jgħidu: ‘Tgħid x’se jkun dan it-​tifel la jikber?’

Imbagħad, permezz tal-​ispirtu qaddis, Żakkarija pprofetizza: ‘Ħa jkun imfaħħar Ġeħova. Hu wiegħed lil Abraham li Hu se jibgħat salvatur, il-​Messija, biex isalvana. Ġwanni se jkun profeta, u hu se jipprepara t-​triq għall-​Messija.’

Xi ħaġa speċjali ġrat ukoll lil Marija, li tiġi minn Eliżabetta. Ejja naraw dwar dan fil-​lezzjoni li jmiss.

“Għall-​bnedmin dan hu impossibbli, imma għal Alla kollox hu possibbli.”—Mattew 19:26

Mistoqsijiet: L-​anġlu Gabrijel x’qallu lil Żakkarija? Liema xogħol speċjali kien se jagħmel Ġwanni?

Mattew 11:7-14; Luqa 1:5-25, 57-79; Isaija 40:3; Malakija 3:1

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja