LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 1
  • Messaġġi mis-Sema

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Messaġġi mis-Sema
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Żewġ messaġġi mingħand Alla
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Eliżabetta jkollha tarbija
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġesù jiġi onorat qabel ma jitwieled
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Anġlu Jżur lil Marija
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 1

Kapitlu 1

Messaġġi mis-​Sema

IL-​BIBBJA kollha hi, effettivament, messaġġ mis-​sema, mogħti lilna minn Missierna tas-​sema għat-​tagħlim tagħna. Madankollu, żewġ messaġġi speċjali twasslu kważi 2,000 sena ilu minn anġlu li hu “wieqaf qrib quddiem Alla.” Ismu huwa Gabrijel. Ejjew neżaminaw iċ-​ċirkustanzi taʼ dawn iż-​żewġ żjajjar importanti fuq l-​art.

Is-sena hija 3 Q.E.K. Fil-​għoljiet tal-​Ġudea, probabbilment mhux bogħod wisq minn Ġerusalemm, igħix qassis taʼ Jehovah li jismu Żakkarija. Issa xjaħ, u l-​istess bħalu martu, Eliżabetta. U m’għandhomx tfal. Żakkarija qiegħed jagħti sehmu fis-​servizz sagru fit-​tempju t’Alla f’Ġerusalemm. F’daqqa waħda jidher Gabrijel fuq in-​naħa tal-​lemin tal-​artal tal-​inċens.

Żakkarija huwa mbeżżaʼ mhux ftit. Imma Gabrijel ineħħilu l-​biżaʼ kollu, billi jgħid: “Tibżax, Żakkarija, għaliex it-​tħannin tiegħek ġie mismugħ b’mod favorevoli, u martek Eliżabetta se ssir omm taʼ iben għalik, u trid issemmih Ġwanni.” Gabrijel ikompli jipproklama li Ġwanni “se jkun kbir quddiem Jehovah” u sejjer “ilesti għal Jehovah poplu mħejji.”

Madankollu, Żakkarija ma jistax jemmen dan. Jidher impossibbli li hu u Eliżabetta jistgħu jkollhom tarbija fl-​età tagħhom. Mela Gabrijel igħidlu, “Int se tkun sieket u ma tkunx tistaʼ titkellem sal-​jum li fih iseħħu dawn l-​affarijiet, għaliex int ma emmintx kliemi.”

Sewwa, sadanittant, in-​nies taʼ barra qegħdin jitħassbu għala Żakkarija qiegħed idum daqshekk fit-​tempju. Meta sa fl-​aħħar joħroġ barra, hu ma jistax jitkellem imma jistaʼ biss jagħmel sinjali b’idejh, u huma jirrealizzaw li hu ra xi ħaġa sopranaturali.

Wara li Żakkarija jtemm il-​perijodu tiegħu taʼ servizz fit-​tempju, hu jmur lura d-​dar. U ftit wara verament isseħħ​—Eliżabetta toħroġ tqila! Waqt li tistenna t-​twelid tat-​tarbija tagħha, Eliżabetta toqgħod id-​dar ’il bogħod min-​nies għal ħames xhur.

Iktar tard Gabrijel jerġaʼ jidher. U lil min ikellem? Ikellem lil xebba żagħżugħa li jisimha Marija mill-​belt taʼ Nazzaret. X’messaġġ iwassal din id-​darba? Ismaʼ! “Int sibt favur maʼ Alla,” Gabrijel igħid lil Marija. “Ħares! int se tnissel f’ġufek u twelled iben, u trid issemmih Ġesù.” Gabrijel iżid: “Dan il-​wieħed se jkun kbir u se jkun jissejjaħ Bin l-​Iktar Għoli; . . . u hu se jaħkem bħala sultan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u ma se jkun hemm ebda tmiem għas-​saltna tiegħu.”

Nistgħu nibqgħu ċerti li Gabrijel iħossu pprivileġġat li jwassal dawn il-​messaġġi. U hekk kif naqraw iktar dwar Ġwanni u Ġesù, aħna se naraw iktar ċar sewwa sew għala dawn il-​messaġġi mis-​sema huma daqshekk importanti. 2 Timotew 3:16; Luqa 1:​5-33.

▪ Liema żewġ messaġġi importanti jiġu mwassla mis-​sema?

▪ Min iwassal dawn il-​messaġġi, u lil min iwassalhom?

▪ Il-​messaġġi għala huma tant diffiċli li temminhom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja