LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lmd lezzjoni 10
  • Kun Determinat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Determinat
  • L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Għamel Ġesù
  • X’Nitgħallmu minn Ġesù?
  • Imita lil Ġesù
  • Tgħallem Lezzjoni Minn Nikodemu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Hu jgħallem lil Nikodemu billejl
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Għin lill-Istudenti tal-Bibbja Jagħżlu li Jibdew Jaqdu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Jgħallem lil Nikodemu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
lmd lezzjoni 10

AGĦMEL DIXXIPLI

Ġesù u Nikodemu jitkellmu billejl f’bitħa.

Ġw. 3:​1, 2

LEZZJONI 10

Kun Determinat

Prinċipju: “Iżżommx lura milli tgħin lil min għandu bżonn jekk tkun tistaʼ tagħmel dan.”—Prov. 3:27.

Dak li Għamel Ġesù

Ġesù u Nikodemu jitkellmu billejl f’bitħa.

VIDJOW: Ġesù Jgħallem lil Nikodemu

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Ġwanni 3:​1, 2. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1. a. Għala taħseb li Nikodemu mar jiltaqaʼ maʼ Ġesù billejl?—Ara Ġwanni 12:​42, 43.

  2. b. Il-fatt li Ġesù ltaqaʼ maʼ Nikodemu billejl, kif juri li ried jgħinu jsir dixxiplu?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Aħna nuru li nħobbu lin-nies billi nkunu determinati li ngħinuhom isiru dixxipli.

Imita lil Ġesù

3. Studja fil-ħin u l-post li jkun tajjeb għall-istudent. Forsi jkun irid jagħmel l-istudju f’ġurnata jew f’ħin partikolari. L-istudent fejn jippreferi jistudja, fuq il-post tax-xogħol, id-dar tiegħu, jew f’post pubbliku? Jekk hu possibbli, irranġa l-iskeda tiegħek skont il-bżonn tal-istudent.

4. Agħmel l-istudju b’mod regolari. Jekk ma tkunx tistaʼ tagħmel l-istudju fil-ġurnata tas-soltu, tħassarx l-istudju. Minflok:

  1. a. Tistaʼ tagħmel l-istudju ġurnata oħra?

  2. b. Tistaʼ tagħmel l-istudju bit-telefown jew permezz taʼ video call?

  3. ċ. Tistaʼ ssaqsi lil pubblikatur ieħor biex jagħmlu?

5. Itlob biex ikollok attitudni tajba. Itlob lil Ġeħova ħalli jgħinek tkun determinat biex tgħin lill-istudent, anki jekk isibha diffiċli biex jagħmel l-istudju regolari jew biex japplika dak li qed jitgħallem. (Flp. 2:13) Żgur li l-istudent għandu ħafna kwalitajiet sbieħ, għalhekk itlob biex tiffoka fuqhom.

ARA WKOLL

Atti 20:35; 2 Kor. 12:15; 1 Tess. 2:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja