LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 4/15 pp. 11-16
  • Fittex lil Dawk Disposti Sewwa għall-Ħajja taʼ Dejjem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fittex lil Dawk Disposti Sewwa għall-Ħajja taʼ Dejjem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dawk li Jemmnu Huma “Puri fil-​Qalb”
  • Introduzzjonijiet li Jqanqlu l-​Ħsieb
  • Nimmaniġġjaw il-​Kelma t’Alla Sewwa
  • Il-​Persważjoni Għandha l-​Post Tagħha
  • Kun Loġiku u Konvinċenti
  • Uża Tixbihat li Jgħallmu
  • Ikkonkludi B’Mottiv
  • Ngħinu lil Dawk b’“Attitudni Xierqa”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Imita lill-Għalliem Prim
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Għallem Pubblikament u Minn Dar Għal Dar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • ‘Immaniġġa Sew il-Kelma t’Alla’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 4/15 pp. 11-16

Fittex lil Dawk Disposti Sewwa għall-Ħajja taʼ Dejjem

“Dawk kollha li kienu disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem saru jemmnu.”—ATTI 13:48.

1. Rigward il-​qalb umana, Jehovah liema abbiltà għandu?

ALLA JEHOVAH jistaʼ jaqra l-​qalb. Dan kien magħmul ċar meta l-​profeta Samwel mar biex jidlek iben taʼ Ġesse bħala sultan taʼ Iżrael. Malli ra lil Elijab, Samwel “qal mill-​ewwel: ‘Żgur li l-​wieħed midluk tiegħu qiegħed quddiem Jehovah.’ Imma Jehovah qal lil Samwel: ‘Tħarisx lejn id-​dehra tiegħu u lejn it-​tul tal-​istatura tiegħu, għax jien m’aċċettajtux. Għax mhux il-​mod kif jara l-​bniedem huwa l-​mod kif jara Alla, għaliex il-​bniedem sempliċi jara dak li jidher lill-​għajnejn; imma inkwantu għal Jehovah, hu jara x’inhi l-​qalb.’” Għaldaqstant, Samwel ġie ddireġut biex jidlek lil David, li wera li kien ‘jaqbel għal qalb Alla.’—1 Samwel 13:13, 14; 16:4-13.

2. Liema ħaġa rabbiet il-​għeruq fil-​qalb figurattiva taʼ persuna, u b’hekk x’naqraw dwar dan fl-​Iskrittura?

2 Persuna turi ċerta attitudni dominanti. Hi għandha dispożizzjoni partikulari li rabbiet il-​għeruq fil-​qalb figurattiva tagħha. (Mattew 12:34, 35; 15:18-20) B’hekk, naqraw dwar persuna li ‘qalbha hi disposta biex tiġġieled.’ (Salm 55:21) Jintqalilna li “kulmin hu dispost għad-​dagħdigħa għandu ħafna nuqqas.” U naqraw: “Jezistu mseħbin disposti biex ikissru lil xulxin f’biċċiet, imma jeżisti ħabib li jżomm iktar qrib minn ħu.” (Proverbji 18:24; 29:22) B’ferħ, ħafna juru li huma bħal xi Ġentili f’Antijokija tal-​qedem fil-​Pisidja. Malli semgħu dwar il-​provvediment taʼ Jehovah għal salvazzjoni, “bdew jifirħu u jigglorifikaw il-​kelma taʼ Jehovah, u dawk kollha li kienu disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem saru jemmnu.”—Atti 13:44-48.

Dawk li Jemmnu Huma “Puri fil-​Qalb”

3, 4. (a) Min huma l-​puri fil-​qalb? (b) Dawk li huma puri fil-​qalb kif jaraw ’l Alla?

3 Dawk li emmnu f’Antijokija saru Kristjani mgħammdin, u dawk li kienu leali fosthom setgħu japplikaw għalihom infushom il-​kliem taʼ Ġesù: “Henjin il-​puri fil-​qalb, ladarba se jaraw ’l Alla.” (Mattew 5:8) Imma min huma ‘l-​puri fil-​qalb’? U kif “jaraw ’l Alla”?

4 Il-​puri fil-​qalb huma nodfa minn ġewwa. Tagħhom hi purità taʼ apprezzament, affezzjonijiet, xewqat, u mottivi. (1 Timotew 1:5) Huma jaraw ’l Alla issa għaliex josservawh jaġixxi għan-​nom taʼ dawk li jżommu l-​integrità. (Qabbel Eżodu 33:20; Ġob 19:26; 42:5.) Il-​kelma Griega hawn tradotta “jaraw” tfisser ukoll “li tara bil-​moħħ, li tifhem, tkun taf.” Ladarba Ġesù b’mod perfett irrifletta l-​personalità t’Alla, dehen fuq dik il-​personalità jitgawda mill-​“puri fil-​qalb,” li jeżerċitaw fidi fi Kristu u fis-​sagrifiċċju tiegħu li jpatti għad-​dnub, jiksbu maħfra taʼ dnubiethom, u kapaċi jagħtu qima aċċettabbli lil Alla. (Ġwann 14:7-9; Efesin 1:7) Għal dawk midlukin, li jaraw ’l Alla tilħaq il-​quċċata tagħha meta jiġu rxoxtati lejn is-​sema, fejn attwalment jaraw ’l Alla u lil Kristu. (2 Korintin 1:21, 22; 1 Ġwann 3:2) Imma li jaraw ’l Alla permezz taʼ għarfien eżatt u qima vera hija possibbli għal dawk kollha li huma puri fil-​qalb. (Salm 24:3, 4; 1 Ġwann 3:6; 3 Ġwann 11) Huma disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem fis-​sema jew f’ġenna tal-​art.—Luqa 23:43; 1 Korintin 15:50-57; 1 Pietru 1:3-5.

5. Kif biss jistaʼ wieħed isir jemmen fi u jkun segwaċi veru taʼ Ġesù Kristu?

5 Dawk li m’humiex disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem mhux se jsiru wħud li jemmnu. Mhux possibbli għalihom li jeżerċitaw fidi. (2 Tessalonkin 3:2) Barra minn hekk, ħadd ma jistaʼ jsir segwaċi veru taʼ Ġesù Kristu jekk mhux lest li jitgħallem u Jehovah, li jara x’inhi l-​qalb, jiġbed lil dik il-​persuna. (Ġwann 6:41-47) Naturalment, f’li jippridkaw minn dar għal dar, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ma jiġġudikaw lil ħadd minn qabel. Huma ma jistgħux jaqraw il-​qlub imma jħallu r-​riżultati fl-​idejn maħbubin t’Alla.

6. (a) X’intqal dwar kuntatt persunali fil-​ministeru minn dar għal dar? (b) Liema provvedimenti saru biex igħinu lix-​Xhieda taʼ Jehovah isibu lil dawk disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem?

6 Wieħed studjuż qal b’mod xieraq: “[Pawlu] għallem il-​verità pubblikament u minn dar għal dar. Mhux biss minn fuq il-​pulptu, imma f’kuntatt persunali maʼ individwi hu ppriedka lil Kristu. Taʼ spiss il-​kuntatt persunali huwa ferm iktar effettiv minn kwalunkwe tip jew metodu ieħor f’li wieħed jilħaq l-​erwieħ.” (August Van Ryn) Pubblikazzjonijiet bħalma huma t-​Theocratic Ministry School Guidebook, Reasoning From the Scriptures, u Our Kingdom Ministry igħinu lix-​Xhieda taʼ Jehovah biex jagħtu taħdidiet u biex jieħdu li jistgħu mill-​kuntatt persunali fis-​servizz tal-​għalqa tagħhom. Taʼ għajnuna, ukoll, huma d-​demonstrations fil-​Laqgħa tas-​Servizz u l-​pariri fl-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru. Dawk li jattendu għall-​iskola jirċievu taħriġ siewi fi kwalitajiet taʼ diskors bħalma huma introduzzjonijiet tajbin, użu xieraq tal-​Iskrittura, żvilupp loġiku, argument konvinċenti, użu taʼ tixbihat, u konklużjonijiet effettivi. Ejjew naraw kif il-​Bibbja tkabbar dan it-​tagħlim li jistaʼ jagħmel lin-​nies t’Alla iktar effettivi hekk kif ifittxu lil dawk disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem.

Introduzzjonijiet li Jqanqlu l-​Ħsieb

7. Il-​kliem tal-​ftuħ tal-​Priedka taʼ Ġesù fuq il-​Muntanja x’igħallem dwar l-​introduzzjonijiet?

7 Mill-​eżempju taʼ Ġesù, dawk li qed jippreparaw għall-​għoti taʼ xiehda minn dar għal dar jistgħu jitgħallmu xi ħaġa dwar introduzzjonijiet li jqanqlu l-​interess. F’li jiftaħ il-​Priedka tiegħu taʼ fuq il-​Muntanja, hu uża l-​kelma “henjin” disaʼ darbiet. Per eżempju, hu qal: “Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom, ladarba s-​saltna tas-​smewwiet tappartjeni lilhom . . . . Henjin il-​kalmi, ladarba se jirtu l-​art.” (Mattew 5:3-12) Is-​sentenzi kienu diretti u ċari. U dik l-​introduzzjoni żgur li qanqlet l-​interess u ġiegħlet lis-​semmiegħa tiegħu jinvolvu ruħhom, għax min ma jridx ikun hieni?

8. Fil-​ministeru minn dar għal dar, suġġett taʼ konversazzoni kif għandu jiġi introdott?

8 Kull suġġett taʼ konversazzjoni wżat fil-​ministeru minn dar għal dar għandu jiġi introdott b’mod pożittiv, pjaċevoli. Imma ħadd m’għandu juża introduzzjoni li tixxokkja, bħal, “Għandi messaġġ għalik mill-​ispazju.” Veru li l-​aħbar tajba għandha sors tas-​sema, imma introduzzjoni bħal din tistaʼ verament iġġiegħel lil inkwilin jaħsibha darbtejn jekk ix-​Xhud għandux jittieħed bis-​serjetà jew jiġix mitlub jitlaq ’il hemm mill-​iktar fis possibbli.

Nimmaniġġjaw il-​Kelma t’Alla Sewwa

9. (a) L-​iskritturi kif għandhom jiġu introdotti, moqrijin, u applikati fil-​ministeru? (b) Liema eżempju huwa ċċitat biex juri kif Ġesù uża l-​mistoqsijiet?

9 Fil-​ministeru tal-​għalqa, bħal fuq il-​platform, l-​iskritturi għandhom jiġu introdotti b’mod xieraq, moqrijin b’enfasi adattat, u applikati b’mod ċar u eżatt. Mistoqsijiet li lil inkwilin iġegħluh jaħseb dwar punti Skritturali jistgħu wkoll ikunu taʼ għajnuna. Għal darb’oħra, il-​metodi taʼ Ġesù jgħallmu. Darba minnhom, raġel li l-​Liġi taʼ Mosè kien jafha sewwa staqsieh: “Għalliem, billi nagħmel liema ħaġa se niret il-​ħajja taʼ dejjem?” Bi tweġiba Ġesù staqsa: “X’hemm miktub fil-​Liġi? Kif taqra int?” Bla dubju, Ġesù kien jaf li din kienet mistoqsija li r-​raġel setaʼ jwieġeb. Hu fil-​fatt wieġeb b’mod korrett, billi qal: “‘Trid tħobb lil Jehovah Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha u b’moħħok kollu,’ u, ‘lil ġarek bħalek innifsek.’” Din it-​tweġiba ġiegħlet lil Ġesù jfaħħru, u d-​diskussjoni kompliet sejra.—Luqa 10:25-37.

10. X’għandna nżommu f’moħħna safejn hu kkonċernat is-​suġġett taʼ konversazzjoni, u x’għandu jiġi evitat meta nistaqsu xi mistoqsijiet lill-​inkwilini?

10 Dawk li jagħtu xiehda minn dar għal dar għandhom jenfasizzaw it-​tema tas-​suġġett taʼ konversazzjoni u jagħmlu ċar ir-​raġuni għala qed jinqraw l-​iskritturi tal-​Bibbja li jiżżviluppaw dak is-​suġġett. Ladarba x-​Xhud qed jipprova jilħaq il-​qalb tal-​inkwilin, hu jrid jevita li jistaqsi mistoqsijiet imbarazzanti. F’li nużaw il-​Kelma t’Alla, ‘jalla dak li ngħidu jkun dejjem bil-​ħlewwa, imħawwar bil-​melħ.’—Kolossin 4:6.

11. F’li nużaw l-​Iskrittura biex nikkorreġu ideat żballjati, liema eżempju għandna mit-​tentazzjoni taʼ Ġesù minn Satana?

11 Speċjalment fi żjajjar lura jistaʼ jkun hemm bżonn li nikkorreġu ideat żballjati billi nuru l-​Iskrittura attwalment x’tgħid jew xi tfisser. Ġesù għamel xi ħaġa bħal din f’li jirribatti lil Satana, li qal: “Jekk int iben t’Alla, inxteħet ’l isfel [mill-apramorta tat-​tempju, bħal suwiċidju potenzjali]; għax huwa miktub, ‘Hu se jagħti lill-​anġli tiegħu kmand dwarek, u se jġorruk fuq idejhom, biex f’ebda ħin ma taħbat sieqek maʼ xi ġebla.’” Salm 91:11, 12, ikkwotat minn Satana, ma jiġġustifikax li wieħed iqiegħed fil-​periklu l-​ħajja, rigal mingħand Alla. Billi rrealizza li kienet ħaġa ħażina li jġarrab lil Jehovah billi jieħu ċans bil-​ħajja tiegħu, Ġesù qal lil Satana: “Jerġaʼ hu miktub, ‘Ma tridx tqiegħed lil Jehovah Alla tiegħek għall-​prova.’” (Mattew 4:5-7) Naturalment, Satana mhux xi wieħed li qed ifittex il-​verità. Imma meta nies raġonevoli jesprimu ideat żballjati li jfixklu l-​progress spiritwali tagħhom, il-​ministru tal-​Kelma t’Alla għandu bit-​tattika juri l-​Iskrittura verament x’tgħid u xi tfisser. Dan hu kollu parti milli “timmaniġġja l-​kelma tal-​verità sewwa”—waħda mil-​lezzjonijiet importanti mgħallmin fl-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru.—2 Timotew 2:15.

Il-​Persważjoni Għandha l-​Post Tagħha

12, 13. Għala huwa sewwa li tuża l-​persważjoni fil-​ministeru?

12 Il-​persważjoni għandha post xieraq fil-​ministeru Kristjan. Per eżempju, Pawlu ħeġġeġ lill-​ħaddiem sieħbu Timotew biex ikompli fl-​affarijiet li kien tgħallem u li kien ‘ipperswadut biex jemmen.’ (2 Timotew 3:14) F’Korintu, Pawlu “kien jagħti taħdida fis-​sinagoga kull sibt u kien jipperswadi lil Lhud u lil Griegi.” (Atti 18:1-4) F’Efesu, hu b’suċċess ‘ta taħdidiet u uża l-​persważjoni dwar is-​saltna t’Alla.’ (Atti 19:8) U meta kien arrestat f’dar f’Ruma, l-​appostlu sejjaħ lin-​nies għandu u taħom xiehda, “billi uża l-​persważjoni,” u xi wħud saru jemmnu.—Atti 28:23, 24.

13 Jipprova kemm jipprova x-​Xhud biex ikun persważiv, naturalment, dawk biss li huma disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem se jsiru wħud li jemmnu. Argumenti konvinċenti u spjegazzjonijiet ċari, ippreżentati bit-​tattika, jistgħu jipperswaduhom biex jemmnu. Imma x’iktar jistaʼ jkun taʼ għajnuna f’li nipperswaduhom?

Kun Loġiku u Konvinċenti

14. (a) L-​iżvilupp loġiku u li jiftiehem x’jinvolvi? (b) L-​argument konvinċenti x’jitlob?

14 Waħda mill-​kwalitajiet taʼ diskors enfasizzata fl-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru hija l-​iżvilupp loġiku u li jiftiehem. Dan jinvolvi li wieħed ipoġġi l-​ideat prinċipali kollha u l-​materjal rilevanti f’ordni raġonevoli. Essenzjali wkoll huwa l-​argument konvinċenti, li jitlob li jitpoġġa pedament tajjeb u li tiġi pprovduta prova soda. Fula maqsuma maʼ dan hemm li tgħin lis-​semmiegħa jirraġunaw billi żżomm bażi komuni, tiżżviluppa l-​punti b’mod adekwat, u tapplikahom b’mod effettiv. Għal darb’oħra, l-​Iskrittura tipprovdi linji taʼ gwida.

15. (a) Pawlu kif ġibed l-​attenzjoni lejh u stabbilixxa bażi komuni meta tkellem fuq il-​Għolja taʼ Marte? (b) Fid-​diskors taʼ Pawlu, x’evidenza għandna taʼ żvilupp loġiku u li jiftiehem?

15 Dawn il-​kwalitajiet taʼ diskors huma evidenti fid-​diskors rinomat tal-​appostlu Pawlu fuq il-​Għolja taʼ Marte f’Ateni tal-​qedem. (Atti 17:22-31) L-​introduzzjoni tiegħu ġibdet l-​attenzjoni u stabbiliet bażi komuni, għax hu qal: “Irġiel taʼ Ateni, nilmaħ li fl-​affarijiet kollha intom tidhru iktar mogħtijin għall-​biżaʼ tal-​allat milli huma oħrajn.” Għalihom, dan bla dubju deher li kien kumpliment. Wara li semma artal iddedikat “Lil Alla Mhux Magħruf,” Pawlu ssokta bl-​iżvilupp loġiku u li jiftiehem u bl-​argument konvinċenti tiegħu. Hu wera b’mod ċar li dan Alla li huma ma kinux jafuh kien “għamel id-​dinja u l-​affarijiet kollha taʼ ġo fiha.” Mhux bħal Atena jew allat Griegi oħra, ‘hu ma jgħammarx f’tempji magħmulin bl-​idejn, lanqas m’għandu bżonn ikun moqdi minn idejn umani.’ L-​appostlu mbagħad indika li dan Alla tana l-​ħajja u ma jagħmilniex inteftfu bl-​amment għalih. Pawlu mbagħad irraġuna li l-​Ħallieq tagħna, li għalaq għajnejh għal żminijiet taʼ injoranza idolatruża, ‘qiegħed igħid lill-​bnedmin li huma lkoll kullimkien għandhom jindmu.’ Dan b’mod loġiku wassal għall-​punt li ‘Alla se jiġġudika lill-​abitanti tal-​art fit-​tjieba bi bniedem maħtur li lilu rxoxta mill-​imwiet.’ Ladarba Pawlu kien qed “jiddikjara l-​aħbar tajba dwar Ġesù u l-​irxoxt,” dawk in-​nies taʼ Ateni kienu jafu li dan l-​Imħallef kellu jkun Ġesù Kristu.—Atti 17:18.

16. Il-​ministeru taʼ dak li jkun kif jistaʼ jiġi effettwat mid-​diskors taʼ Pawlu fuq il-​Għolja taʼ Marte u b’taħriġ fl-​lskola Teokratika tal-​Ministeru?

16 Veru, Pawlu ma kienx qed jagħti xiehda minn dar għal dar fuq il-​Għolja taʼ Marte. Imma mit-​taħdida tiegħu u mit-​taħriġ mogħti fl-​Iskola Teokratika tal-​Ministru, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jistgħu jitgħallmu ħafna li jistaʼ jtejjeb il-​ministeru tal-​għalqa tagħhom. Iva, dan kollu jgħin biex jagħmilhom ministri iktar effettivi, saħansitra bħalma l-​iżvilupp loġiku u l-​argument konvinċenti taʼ Pawlu pperswadew lil xi wħud minn dawk in-​nies taʼ Ateni biex isiru wħud li jemmnu.—Atti 17:32-34.

Uża Tixbihat li Jgħallmu

17. Liema xorta taʼ tixbihat għandhom jintużaw fil-​ministeru?

17 L-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru tgħin ukoll lill-​ministri t’Alla biex jużaw tixbihat tajbin fil-​għoti taʼ xiehda minn dar għal dar u f’aspetti oħra tal-​ministeru tagħhom. Biex nenfasizzaw punti importanti, tixbihat sempliċi li huma taʼ togħma tajba għandhom jintużaw. Ix-​Xhud għandu jeħodhom minn sitwazzjonijiet familjari u joqgħod attent biex japplikahom b’mod ċar. It-​tixbihat taʼ Ġesù kienu jilħqu dawn il-​ħtiġijiet kollha.

18. Mattew 13:45, 46 kif jistaʼ jkun taʼ siwi fil-​ministeru?

18 Per eżempju, ikkunsidra l-​kliem taʼ Ġesù: “Is-​saltna tas-​smewwiet hi bħal negozjant li jivvjaġġa biex ifittex perli mill-​aħjar. Malli sab perla waħda taʼ valur għoli, telaq u minnufih biegħ l-​affarijiet kollha li kellu u xtraha.” (Mattew 13:45, 46) Il-​perli huma ħaġar prezzjuż li jinstab ġewwa l-​arzelli tal-​ġajdri u molluski oħra. Imma ftit biss mill-​perli huma “mill-​aħjar.” In-​negozjant kellu d-​dehen meħtieġ biex japprezza l-​valur li jisboq taʼ din il-​perla waħda u kien lest li jagħti kollox biex jakkwistaha. Forsi waqt żjara lura jew studju tal-​Bibbja fid-​dar, din it-​tixbieha tistaʼ tiġi wżata biex turi li individwu li verament japprezza s-​Saltna t’Alla se jaġixxi bħal dak in-​negozjant. Wieħed bħal dan se jagħti lis-​Saltna prijorità fil-​ħajja, billi hu konxju li hi tiswa kwalunkwe sagrifiċċju.

Ikkonkludi B’Mottiv

19. Fil-​ministeru minn dar għal dar, il-​konklużjonijiet x’għandhom juruh lill-​inkwilin?

19 Fl-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru, in-​nies t’Alla jitgħallmu wkoll li l-​konklużjoni taʼ taħdida jew taʼ diskussjoni għandha jkollha relazzjoni diretta mat-​tema u għandha turi lis-​semmiegħa x’iridu jagħmlu u tinkuraġġihom biex jagħmluh. Fil-​ministeru minn dar għal dar, l-​inkwilin irid jiġi muri b’mod definittiv liema korsa hu mistenni li jieħu, bħalma hi li jaċċetta pubblikazzjoni bbażata fuq il-​Bibbja jew li jaqbel li jkollu żjara lura.

20. Liema eżempju mill-​aħjar taʼ konklużjoni li tqanqal għandna f’​Mattew 7:24-27?

20 Il-​konklużjoni tal-​Priedka taʼ Ġesù fuq il-​Muntanja tipprovdi eżempju mill-​aħjar. Permezz taʼ tixbieha li tiftiehem faċilment, Ġesù wera li tkun il-​korsa għaqlija li wieħed jagħti kas il-​kliem tiegħu. Hu kkonkluda: “Għalhekk kulmin jismaʼ dawn il-​qwiel minn tiegħi u jagħmilhom se jkun imxebbah maʼ raġel għaqli, li bena daru fuq il-​blata. U x-​xita niżlet u l-​għargħar ġew u l-​irjieħ nefħu u ħabtu kontra dik id-​dar, imma ma ċedietx, għax kienet ġiet imsejsa fuq il-​blata. Iktar minn hekk, kulmin qed jismaʼ dawn il-​qwiel minn tiegħi u ma jagħmilhomx se jkun imxebbah maʼ raġel iblah, li bena daru fuq ir-​ramel. U x-​xita niżlet u l-​għargħar ġew u l-​irjieħ nefħu u laqtu lil dik id-​dar u ċediet, u l-​waqgħa tagħha kienet kbira.” (Mattew 7:24-27) Kemm juri tajjeb dan li l-​ministri t’Alla għandhom jagħmlu ħilithom biex iqanqlu lill-​inkwilini!

21. Id-​diskussjoni tagħna x’uriet, imma x’irid jiġi rikonoxxut?

21 Il-​punti li semmejna juru kif l-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru tistaʼ tgħin lil ħafna biex ikunu xandara kkwalifikati tas-​Saltna. Naturalment, li nkunu kkwalifikati b’mod adekwat jiġi primarjament minn Alla. (2 Korintin 3:4-6) U jkun kemm ikun ikkwalifikat il-​ministru, ħadd ma jistaʼ jipperswadi lin-​nies biex isiru jemmnu jekk ma jinġibdux minn Alla permezz taʼ Kristu. (Ġwann 14:6) Iżda, in-​nies t’Alla għandhom ċertament jieħdu vantaġġ mill-​provvedimenti spiritwali kollha magħmulin minn Jehovah waqt li jfittxu lil dawk disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem.

X’lnhuma t-​Tweġibiet Tiegħek?

◻ Min huma “l-​puri fil-​qalb,” u kif “jaraw ’l Alla”?

◻ Liema fatturi għandhom jiġu kkunsidrati meta nintroduċu l-​messaġġ tas-​Saltna fix-​xogħol taʼ minn dar għal dar?

◻ Il-​Kelma t’Alla kif tistaʼ tiġi mmaniġġjata sewwa fil-​ministeru?

◻ Liema ħaġa se tgħin biex tagħmel preżentazzjonijiet loġiċi, konvinċenti fis-​servizz tal-​għalqa?

◻ X’għandna niftakru dwar tixbihat użati fil-​ministeru?

◻ X’għandu jiġi mwettaq bil-​konklużjonijiet użati fix-​xogħol taʼ għoti taʼ xiehda?

[Stampa f’paġna 12]

Ġesù qal li “il-​puri fil-​qalb” kellhom “jaraw ’l Alla.” Dan x’kien ifisser?

[Stampa f’paġna 14]

L-​iskritturi għandhom jiġu introdotti b’mod xieraq, moqrijin b’enfasi kif imiss, u applikati b’manjiera ċara, eżatta

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja