LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 10/15 p. 3
  • Tfittxija Għal Ordni Dinjija Ġdida

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfittxija Għal Ordni Dinjija Ġdida
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Mhux Tfittxija Mingħajr Inkwiet
  • Il-Pjani tal-Bniedem Għal Sigurtà Internazzjonali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Hija l-Paċi Dinjija fuq ix-Xefaq?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Dinja Ġdida Hi fil-Qrib!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 10/15 p. 3

Tfittxija Għal Ordni Dinjija Ġdida

“M’HEMM l-​ebda mappa li tiggwidana fejn aħna sejrin, lejn din id-​dinja l-​ġdida li aħna stess għamilna. Hekk kif id-​dinja tagħti ħarsa lura lejn disgħin sena taʼ gwerra, taʼ ġlied, taʼ suspett, ejjew ukoll inħarsu ’l quddiem—lejn seklu ġdid, lejn millennju ġdid, taʼ paċi, ħelsien u prosperità.”

Il-president tal-​Istati Uniti George Bush għamel dawk il-​kummenti fl-​1 taʼ Jannar 1990. F’messaġġ li jixbah lil dan, il-​president Sovjetiku Mikhail Gorbachev imbagħad ippropona kooperazzjoni fis-​snin 90 biex jeħles “lid-​dinja minn biżaʼ u nuqqas taʼ fiduċja, armamenti mhux neċessarji, minn kunċetti politiċi antikwati u duttrini militari, u tfixkil bejn popli u stati.” Hekk irraportat il-​Mainichi Daily News tal-​Ġappun tat-​3 taʼ Jannar, 1990.

Ovvjament kien hemm tamiet kbar. Hekk kien għadhom sa sena wara. Fil-​messaġġ tal-​Istat tal-​Unjoni fid-​29 taʼ Jannar, 1991, il-​President Bush irrefera għall-​gwerra fil-​Golf Persjan u qal: “Dak li hemm involut huwa iktar minn pajjiż żgħir wieħed [il-Kuwajt], hija idea kbira—ordni dinjija ġdida fejn diversi ġnus qed jingħaqdu flimkien f’kawża komuni biex jilħqu l-​aspirazzjonijiet universali tal-​umanità: paċi u sigurtà, ħelsien u l-​ħakma tal-​liġi.”

Mhux Tfittxija Mingħajr Inkwiet

Ħafna problemi jfixklu lill-​bniedem fit-​tfittxija tiegħu għal ordni dinjija ġdida. Konflitti bl-​armi żgur li huma fin-​nofs. Billi rreferiet għall-​ostilitajiet li kienu għaddejjin minnhom l-​Iraq u l-​Kuwajt, ir-​rivista Time tat-​28 taʼ Jannar, 1991, qalet: “Hekk kif niżlu l-​bombi u l-​missili ġew sparati, it-​tamiet għal ordni dinjija ġdida nbidlu f’diżordni familjari.” Il-​ġurnal żied: “Ħadd m’għandu jkollu xi illużjoni li dik l-​ordni dinjija ġdida li tant ftaħru biha qiegħda hawn jew saħansitra qiegħda fil-​qrib.”

Kooperazzjoni internazzjonali qatt ma ġiet milħuqa, u dan ifixkel l-​isforzi tal-​bniedem biex jistabbilixxi ordni dinjija ġdida. F’rapport li deher fil-​pubblikazzjoni The World & I (Jannar 1991), xi studjużi eżaminaw “il-​politika barranija l-​ġdida tas-​superpotenzi u l-​impatt li x’aktarx li kien se jkollha fuq l-​ordni dinjija ġdida.” L-​editur ikkonkluda: “L-​istorja tissuġġerixxi li l-​linja taʼ bejn il-​gwerra u l-​paċi hija waħda fina fl-​aqwa taż-​żminijiet. Kooperazzjoni internazzjonali, partikularment bejn il-​qawwiet il-​kbar, hija kruċjali għas-​suċċess tal-​bidla mill-​Gwerra Bierda għal ordni dinjija ġdida.”

Problemi tal-​ambjent ukoll qed jostakolaw lill-​ordni dinjija ġdida li ħafna tant joħolmu dwarha. Fi State of the World 1991 (rapport tal-​Worldwatch Institute), Lester R.Brown qal: “Ħadd ma jistaʼ jgħid b’ċertezza kif se tkun l-​ordni dinjija ġdida. Imma jekk aħna se nfasslu futur promettenti għall-​ġenerazzjoni li jmiss, mela l-​isforz enormi meħtieġ biex titraġġaʼ lura d-​degradazzjoni ambjentali tal-​pjaneta se jiddomina l-​affarijiet dinjin għal ħafna għaxriet taʼ snin oħra.” Ir-​rapport innota li t-​tniġġis tal-​arja kien “laħaq livelli li jheddu s-​saħħa f’mijiet taʼ bliet u livelli li jagħmlu ħsara lill-​prodotti tal-​biedja f’tant u tant pajjiżi.” Huwa żied: “Hekk kif in-​numru tal-​abitanti li jgħixu fuq il-​pjaneta jikber, in-​numru taʼ speċi taʼ pjanti u annimali jonqos. Il-​qerda u t-​tniġġis tal-​postijiet fejn jimirħu l-​annimali qed inaqqsu d-​diversita bioloġika tal-​art. Temperaturi li dejjem qed jogħlew u l-​ozone layer li dejjem qed jonqos jistgħu jżidu mat-​telf.”

Jidher ċar, mela, li t-​tfittxija tal-​bniedem għal ordni dinjija ġdida hija mimlija problemi. It-​tfittxija se tkun taʼ suċċess? Jistaʼ jingħad li dinja ġdida hija fil-​qrib? Jekk inhu hekk, kif se tinġieb?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja