LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 6/1 pp. 3-5
  • Il-Pjani tal-Bniedem Għal Sigurtà Internazzjonali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Pjani tal-Bniedem Għal Sigurtà Internazzjonali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Pjan Kbir tal-​Bniedem
  • Il-​Gwerra Bierda
  • “L-​Era taʼ Wara l-​Gwerra Bierda”
  • X’Inhu L-​Futur Tal-​Gwerer?
    Stenbaħ!—1999
  • Hija l-Paċi Dinjija fuq ix-Xefaq?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Se Jirnexxu l-Pjani Għal Sigurtà Internazzjonali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Tfittxija Għal Ordni Dinjija Ġdida
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 6/1 pp. 3-5

Il-​Pjani tal-​Bniedem Għal Sigurtà Internazzjonali

“Meta dan kollu jgħaddi, irridu nkunu dawk li jfejqu. Irridu nagħmlu dak li nistgħu biex niffaċilitaw dak li jien b’mod ottimist insejjaħ ordni dinjija ġdida.”—Il-​president tal-​Istati Uniti Gearge Bush, Jannar 1991, ftit wara l-​bidu tal-​gwerra mal-​Iraq.

“Il-​kunċett tal-​President Bush taʼ Ordni Dinjija Ġdida jisħaq fuq l-​importanza tar-​regola tal-​liġi u t-​twemmin li l-​ġnus għandhom responsabbiltà kollettiva għal-​libertà u l-​ġustizzja. Bit-​tmiem tal-​Gwerra Bierda, era ġdida qiegħda titfaċċa.”—L-​ambaxxatur tal-​lstati Uniti għall-​Awstralja, Awissu 1991.

“Il-​lejla, hekk kif qiegħed nara d-​dramm tad-​demokrazija jiżżvolgi madwar il-​globu, forsi—forsi qegħdin eqreb taʼ dik id-​dinja l-​ġdida minn qatt qabel.”—Il-​president tal-​Istati Uniti George Bush, Settembru 1991.

ĦAFNA mexxejja dinjin qegħdin, bħall-​president bħall Bush, jitkellmu b’mod ottimist dwar il-​futur. Huwa l-​ottimiżmu tagħhom iġġustifikat? Jagħtu l-​ġrajjiet mit-​Tieni Ġwerra Dinjija ’l hawn bażi għal ottimiżmu bħal dan? Taħseb int li l-​politikanti huma kapaċi jġibu sigurtà internazzjonali?

Il-​Pjan Kbir tal-​Bniedem

“Matul l-​aħhar sentejn tat-​tieni gwerra dinjija,” spjega d-​dokumentarju televiżiv Goodbye War, “iktar minn miljun ruħ kienu qed jiġu maqtulin kull xahar.” Dak in-​nhar, il-​ġnus ħassew ħtieġa urġenti għal pjan li kellu jżomm gwerra oħra bħal din milli sseħħ. Waqt li l-​gwerra kienet għadha għaddejja, rappreżentanti minn 50 nazzjon ipproduċew l-​akbar pjan għal sigurtà internazzjonali li qatt fassal il-​bniedem: il-​Kostituzzjoni tal-​Ġnus Magħquda. Il-​kelmtejn taʼ qabel il-​Kostituzzjoni esprimew id-​determinazzjoni “biex insalvaw il-​ġenerazzjonijiet suċċessivi mill-​flaġell tal-​gwerra.” Membri prospettivi tal-​Ġnus Magħquda kellhom ”jingħaqdu bis-​saħha [tagħhom] kollha biex iżommu l-​paċi u s-​sigurtà internazzjonali.”

Wieħed u erbgħin jum wara, ajruplan tefaʼ bomba atomika fuq Hiroxima, fil-​Ġappun. Din splodiet fuq iċ-​ċentru tal-​belt, u qatlet ’il fuq minn 70,OOO ruħ. Dik l-​isplużjoni, u l-​oħra li segwiet tlett ijiem wara fuq Nagasaki, effettivament ġabu fi tmiem il-​gwerra mal-​Ġappun. Ladarba l-​Ġermanja, l-​alleata tal-​Ġappun, kienet ċediet fis-​7 taʼ Mejju, 1945, it-​Tieni Ġwerra Dinjija ġiet fi tmiem. Madankollu, kien dak it-​tmiem taʼ kull gwerra?

Le. Mit-​Tieni Ġwerra Dinjija ’l hawn, il-​bnedmin raw iktar minn 150 gwerra iżgħar li ħadu ’l fuq minn 19-il miljun ruħ. Jidher ċar li l-​pjan il-​kbir tal-​ĠM għadu ma ġabx sigurtà internazzjonali. X’mar żmerċ?

Il-​Gwerra Bierda

Dawk li ppjanaw il-​ĠM naqsu li jantiċipaw ir-​rivalità li malajr żviluppat bejn dawk li kienu alleati fit-​Tieni Ġwerra Dinjija. Ħafna Stati żammew maʼ xi naħa jew oħra f’din it-​taqbida għall-​poter, li bdiet tissejjaħ il-​Gwerra Bierda u kienet, f’parti minnha, taqbida bejn il-​Komuniżmu u l-​kapitaliżmu. Minflok ma ngħaqdu b’saħħithom kollha biex iwaqqfu l-​gwerra, iż-​żewġ blokki taʼ ġnus appoġġjaw naħiet taʼ kontra xulxin f’konflitti reġjonali u b’dan il-​mod iġġieldu kontra xulxin fl-​Asja, fl-​Afrika, u fl-​Amerka taʼ fuq u t’isfel.

Fl-aħhar tas-​snin sittin, il-​Gwerra Bierda bdiet tbatti. Dan laħaq il-​quċċata fl-​1975 meta 35 Stat iffirmaw dak li huwa msejjaħ il-​Ftehim taʼ Helsinki. Inklużi fost il-​parteċipanti kien hemm l-​Unjoni Sovjetika u l-​Istati Uniti, flimkien mal-​alleati Ewropej rispettivi tagħhom. Kollha wegħdu li jaħdmu għall-​“paċi u sigurtà” u “biex iżommu lura . . . mit-​theddida jew l-​użu tal-​forza kontra l-​integrità territorjali jew l-​indipendenza politika taʼ xi Stat, jew b’xi mod ieħor inkonsistenti mal-​għanijiet tal-​Ġnus Magħquda.”

Imma dawn l-​ideat ma tawx frott. Mill-​bidu tas-​snin tmenin, it-​taqbida bejn is-​superpotenzi reġgħet saħnet. L-​affarijiet marru tant għall-​agħar li fl-​1982 is-​segretarju ġenerali l-​ġdid tal-​Ġnus Magħquda, Dr. Javier Pereż de Cuellar, ammetta l-​falliment tal-​organizzazzjoni tiegħu u wissa dwar “anarkija internazzjonali ġdida.”

Iżda, illum, is-​segretarju ġenerali tal-​ĠM u mexxejja oħra jesprimu ottimiżmu. Rapporti tal-​aħbarijiet jirreferu għall-​“era taʼ wara l-​Gwerra Bierda.” Kif seħħet din il-​bidla?

“L-​Era taʼ Wara l-​Gwerra Bierda”

Fattur taʼ min jinnotah kien laqgħa tal-​Konferenza tal-​35 nazzjon dwar is-​Sigurtà u l-​Koperazzjoni fl-​Ewropa. F’Settembru tal-​1986 huma ffirmaw dak li huwa msejjaħ id-​Dokument taʼ Stokkolma, billi affermaw mill-​ġdid l-​impenn tagħhom tal-​Ftehim taʼ

Helsinki tal-​1975.a Id-​Dokument taʼ Stokkolma fih ħafna regoli biex jiggvernaw l-​iċċekjar taʼ attivitajiet militari. “Ir-​riżultati taʼ dawn l-​aħhar tliet snin huma nkuraġganti u l-​livell tal-​implimentazzjoni qed jibda jeċċedi l-​obbligi miktubin tad-​Dokument taʼ Stokkolma,” irraporta l-​Istitut Internazzjonali għal Riċerka tal-​Paċi fi Stokkolma, is-​SIPRI (Stockholm International Peace Researċh Institute), fil-​Yearbook l990 tiegħu.

Imbagħad, fl-​1987, is-​superpotenzi laħqu ftehim tal-​għageb li kien jitlob il-​qerda tal-​missili kollha tal-​art tagħhom b’miri bejn 300 u 3,400 mil.“Il-​qerda fiżika tal-​missili u t-​tagħmir li jisparaħom hija fil-​ħin u l-​istipulazzjonijiet tal-​ftehimiet qed jiġu osservati kif jixraq minn kull naħa,” jgħid is-​SIPRI.

Ittieħdu miżuri oħrajn biex inaqqsu r-​riskju taʼ gwerra nukleari. Per eżempju, fl-​1988 is-​superpotenzi ffirmaw ftehim rigward “missili ballistiċi interkontinentali u missili ballistiċi sparati minn sottomarini.” Qabel ma jiġu sparati armi bħal dawn, naħa waħda trid tinforma lin-​naħa l-​oħra “mħux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel, dwar id-​data ppjanata, l-​inħawi minn fejn se jiġu sparati, u l-​inħawi li se jintlaqtu.” Skond is-​SIPRI, ftehimiet bħal dawn “kważi jeliminaw il-​possibiltà taʼ inċidenti lokali milli jibqgħu jiżdiedu sa gwerra nukleari mad-​dinja kollha.”

Sadattant, pjani biex titjieb is-​sigurtà internazzjonali żdiedu ferm. F’Mejju tal-​1990, matul summit tas-​superpotenzi f’Washington, D.C., dak li kien il-​president Sovjetiku Mikhail Gorbachev ippropona li z-​żewġ blokki tal-​ġnus Ewropej jiffirmaw trattat taʼ paċi. F’Lulju s-​16-il nazzjon tal-​Punent tan-​NATO (North Atlantic Treaty Organization) iltaqgħu f’Londra. It-​tweġiba tagħhom għall-​proposta taʼ Mikhail Gorbachev kienet li z-​żewġ naħat jiffirmaw “dikjarazzjoni magħquda li fiha aħna solennement nistqarru li m’aħniex iktar avversarji u nikkonfermaw l-​intenzjoni tagħna li nżommu lura mit-​theddida jew mill-​użu tal-​forza.” It-​titlu taʼ artiklu fil-​paġna taʼ quddiem taʼ gazzetta Afrikana ddeskriva dan bħala “Pass taʼ Ġgant lejn il-​Paċi Dinjija.”

Imbagħad, lejlet summit tas-​superpotenzi f’Helsinki, fil-​Fillandja, kelliemi għall-​gvern tal-​Istati Uniti qal li “l-​prospett taʼ gwerra [fil-Lvant Nofsani] qed iħaffef pjan taʼ grupp ġdid għal paċi dinjija.” Il-​paċi ħadet daqqa taʼ ħarta meta l-​Iraq invada l-​Kuwajt u l-​Lvant Nofsani kien jidher fil-​periklu li jsir ħuġġiega waħda. Imma taħt l-​awtorità tal-​Ġnus Magħquda, forza internazzjonali mmexxija mill-​Istati Uniti ġiegħlet lill-​forzi li invadew biex jerġgħu lura lejn pajjiżhom. L-​unità internazzjonali taʼ skop murija f’dik il-​gwerra nkuraġġiet lil xi wħud biex jittamaw li kienet feġġet era ġdida taʼ koperazzjoni.

Minn dak in-​nhar ’il hawn, il-​ġrajjiet dinjin żviluppaw iktar. B’mod partikulari, l-​istess natura taʼ dik li darba kienet tissejjaħ l-​Unjoni Sovjetika nbidlet b’mod drammatiku. L-​Istati Baltiċi ġew imħollijin jiddikjaraw l-​indipendenza tagħhom, u repubbliki oħra fl-​Unjoni Sovjetika għamlu bħalhom. Rivalitajiet etniċi vjolenti tfaċċaw f’artijiet li kienu jidhru ħaga waħda taħt il-​kontroll Komunista ċċentraliżzat. Sat-​tmiem tal-​1991, l-​Unjoni Sovjetika uffiċċjalment ma baqgħetx teżisti.

Dawn il-​bidliet radikali fix-​xena politika tad-​dinja fetħu l-​bieb taʼ opportunità għall-​organiżzazzjoni tal-​Ġnus Magħquda. F’dan ir-​rigward The New York Times qalet: “It-​tnaqqis fit-​tensjonijiet mad-​dinja kollha u l-​ispirtu l-​ġdid taʼ koperazzjoni bejn l-​Istati Uniti u l-​Unjoni Sovjetika jistgħu jfissru rwol ġdid u iktar qawwi fl-​affarijiet internazzjonali għall-​organiżzazzjoni dinjija.”

Wasal sa fl-​aħħar iż-​żmien għal dik l-​organiżzazzjoni li issa ilha 47 sena biex tiġi f’tagħha? Huwa veru li aħna deħlin f’dak li l-​Istati Uniti sejħet “seklu ġdid, u millennju ġdid, taʼ paċi, libertà u prosperità”?

[Nota taʼ taħt]

a Dan il-​ftehim huwa l-​ewwel u l-​iktar importanti minn serje taʼ akkordji ffirmati f’Helsinki mill-​Kanada, l-​Istati Uniti, I-Unjoni Sovjetika, u 32 pajjiż ieħor. L-​isem uffiċċjali tal-​ftehim ewlieni hu l-​Att Finali tal-​Konferenza tas-​Sigurtà u l-​Koperazzjoni fl-​Ewropa. Il-​mira prinċipali tieġħu kienet li jnaqqas it-​tensjoni internazzjonali bejn il-​Lvant u l-​Punent.—World Book Encyclopedia.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja