LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 11/1 pp. 3-7
  • Jum il-Ġudizzju—Żmien taʼ Tama!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jum il-Ġudizzju—Żmien taʼ Tama!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Bażi għal Jum il-​Ġudizzju
  • Jum il-​Ġudizzju
  • Meta Se Jkun?
  • Min Se Jiġi Ġġudikat?
  • Il-​Ġudizzju
  • Jum il-​Ġudizzju—Żmien taʼ Tama
  • Jum Il-Ġudizzju u Wara
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Jum il-​Ġudizzju​—X’Inhu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 11/1 pp. 3-7

Jum il-​Ġudizzju—Żmien taʼ Tama!

JEKK l-​idea taʼ jum il-​ġudizzju jbeżżgħek, għala ma teżaminax dak li tgħid il-​Bibbja dwaru? Per eżempju, veru li meta Alla jesegwixxi l-​ġudizzju fuq il-​midinbin, huma jiġu mitfugħin f’infern tan-​nar?

Sewwa, I-ewwel każ imniżżel dwar ġudizzju divin kien preċiż hemm fil-​bidu tal-​istorja umana. Adam u Eva kellhom l-​opportunità li jgħixu għal dejjem f’ġenna tal-​art. (Ġenesi 1:26-28; 2:7-9, 15-25) Huma dinbu, madankollu, u ġew taħt il-​ġudizzju taʼ ħaqq t’Alla. X’kien ir-​riżultat? Alla ħa lura r-​rigal tal-​ħajja. Fi kliem ieħor, huma mietu. Alla qalilhom: “Fil-​għaraq taʼ wiċċek se tiekol il-​ħobż sakemm terġaʼlura lejn l-​art, għax minnha int kont meħud. Għax trab int u lejn it-​trab se terġaʼ lura.”−Ġenesi 3:16-19.

Dan kien ġudizzju aħrax, imma kien ġust. U dan ċertament ma involviex nar tal-​infern. Meta Adam u Eva mietu, huma reġgħu lura lejn it-​trab. Huma ma baqgħux jeżistu. Il-​Bibbja mkien ma tissuġġerixxi li parti minn Adam jew minn kwalunkwe bniedem ieħor baqgħet ħajja wara l-​mewt biex tiġi tturmentata xi mkien għall-​eternita. Minflok, naqraw: “Il-​ħajjin huma konxji li se jmutu; imma nkwantu għall-​mejtin, m’huma konxji taʼ xejn affattu.”−Ekkleżjasti 9:5.

Kont taf li l-​Bibbja tgħid hekk? Kont taf, ukoll, li l-​Bibbja qatt ma tuża l-​espressjoni “ruħ immortali”? Minflok, hi tgħid: “Ir-​ruħ li tidneb, hi se tmut.” (Eżekjel 18:4, King James Version ) Dan hu fi qbil sħiħ mal-​prinċipju tal-​Bibbja: “Il-​ħlas tad-​dnub huwa l-​mewt.” (Rumani 6:23, KJ) Din ir-​regola teffettwana lkoll. Aħna lkoll dixxendenti tal-​midneb Adam, u għalhekk ilkoll kemm aħna nidinbu u nirċievu l-​ħlas tad-​dnub, il-​mewt. Kif tgħid il-​Bibbja: “Bi bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja, u l-​mewt bid-​dnub; u b’hekk il-​mewt għaddiet fuq il-​bnedmin kollha għaliex kollha dinbu.” (Rumani 5:12, KJ) Jum il-​Ġudizzju huwa parti ewlenija fl-​arranġament t’Alla biex isalvana minn din is-​sitwazzjoni.

Il-​Bażi għal Jum il-​Ġudizzju

Skond il-​Bibbja, kien kważi 2,000 sena ilu li Alla poġġa l-​bażi għal dak li se jiġri f’Jum il-​Ġudizzju. Dan kien meta Ġesù ġie fuq l-​art u offra l-​ħajja umana u perfetta tiegħu għannom tagħna. Ġesù nnifsu spjega: “Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, sabiex kulmin jeżerċita fidi fih jistaʼ ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.”−Ġwann 3:16.

Jekk neżerċitaw fidi f’Ġesù, aħna nibbenefikaw mis-​sagrifiċċju tiegħu saħansitra issa b’mod spiritwali. Alla jaħfer id-​dnubiet tagħna u jħallina nersqu lejh. (Ġwann 14:6; 1 Ġwann 2:1, 2) Imma aħna għadna imperfetti, midinbin, u bħala talin, għadna nimirdu fiżikament u maż-​żmien immutu. Aħna għad m’għandniex il-​ħajja taʼ dejjem li Ġesù wiegħed. Din se tiġi bħala riżultat taʼ Jum il-​Ġudizzju.

Jum il-​Ġudizzju

L-​appostlu Ġwanni ra viżjoni taʼ Jum il-​Ġudizzju, u hu ddeskrivieha b’dan il-​mod: “Jien rajt tron kbir abjad, u lilu li kien bil-​qiegħda fuqu, li minn wiċċu l-​art u s-​sema ħarbu; u ma nstab l-​ebda post għalihom. U jien rajt il-​mejtin, kbar u żgħar, bil-​wieqfa quddiem Alla; u nfetħu l-​kotba: u nfetaħ ktieb ieħor, li hu l-​ktieb tal-​ħajja: u l-​mejtin ġew iġġudikati minn dawk l-​affarijiet li kienu miktubin fil-​kotba, skond ix-​xogħlijiet tagħhom.”−Rivelazzjoni 20:11, 12, KJ.

Iva, skond il-​viżjoni taʼ Ġwanni, Jum il-​Ġudizzju se jiġi ppresedut minn Alla nnifsu. Imma hemm xi ħaddieħor involut. L-​appostlu Pawlu spjega: “[Alla] kien waqqaf jum, f’liema wieħed se jiġġudika lid-​dinja fit-​tjieba b’dak il-​bniedem li lilu hu kien ordna.” (Atti 17:31, KJ) Min kien dak il-​bniedem? Ġesù, li hu nnifsu qal: “Il-​Missier ma jiġġudika lil ebda bniedem, imma kien ħalla l-​ġudizzju kollu f’idejn l-​Iben.” (Ġwann 5:22, KJ) Mela Ġesù se jkun l-​Imħallef maħtur t’Alla f’Jum il-​Ġudizzju.

Din hi aħbar tajba għall-​bnedmin. Il-​Vanġelu juru li Ġesù hu persuna taʼ mogħdrija kbira. M’ħuwiex supperv jew jitlob iż-​żejjed imma “kalm u umli fil-​qalb.” (Mattew 11:29; 14:14; 20:34) Aħna henjin li qegħdin f’idejn imħallef bħal dan.

Meta Se Jkun?

Meta, iżda, hu Jum il-​Ġudizzju? Rivelazzjoni jgħid li se jkun meta “l-​art u s-​sema [jkunu] ħarbu.” Dan ifakkarna fil-​kliem tal-​appostlu Pietru: “[I]s-smewwiet u l-​art li huma issa huma maħżunin għan-​nar u qed jiġu merfugħin għal jum il-​ġudizzju u taʼ qerda għan-​nies taʼ mingħajr Alla.” (2 Pietru 3:7) Hija l-​art litterali li se tiġi maħruqa? Le, il-​Bibbja hija ċara fuq dan il-​punt. L-​art litterali qatt ma se tiġi meqruda. “L-​art . . . ma [se] titneħħa qatt.” (Salm 104:5, KJ) Il-​kuntest tal-​kliem taʼ Pietru juri li hija din is-​sistema taʼ affarijiet preżenti taʼ mingħajr Alla li se tiġi meqruda. Nies taʼ mingħajr Alla, mhux il-​pjaneta Art, se jgħibu.—Ġwann 12:31; 14:30; 1 Ġwann 5:19.

Dawn in-​nies taʼ mingħajr Alla se jiġu meqrudin f’dik li l-​Bibbja ssejħilha l-​battalja taʼ Armageddon—li, kif uriet taʼ spiss din ir-​rivista, se sseħħ dalwaqt. (Rivelazzjoni 16:14, 16) Wara, Satana nnifsu se jiġi mitfugħ fl-​abbissi u ma jitħalliex ikollu x’jaqsam mal-​bnedmin għal elf sena, u dawn l-​elf sena huma kemm se jdum attwalment Jum il-​Ġudizzju. (Rivelazzjoni 19:17-20:3) X’jiġrilhom l-​uħud leali meta n-​nies taʼ mingħajr Alla jgħibu f’Armageddon? Huma jsalvaw dritt għal ġo Jum il-​Ġudizzju. Naqraw: “Taʼ bla ħtija huma dawk li se jitħallew jibqgħu [ fl-​art ]. Inkwantu għal dawk mill-​agħar, huma se jinqatgħu mill-​istess art.”−Proverbji 2:21, 22.

Biex tappoġġja lil dan, il-​Bibbja tgħid dwar “folla kbira, li l-​ebda bniedem ma kellu l-​ħila jgħodd, mill-​ġnus u t-​tribujiet u l-​popli u l-​ilsna kollha” li kellha tidher fuq l-​art qabel Armageddon. Dawn “joħorgu mit-​tribulazzjoni l-​kbira”; fi kliem ieħor, huma jsalvaw mit-​tmiem taʼ din id-​dinja taʼ nies taʼ mingħajr Alla sewwa sew bħalma Noè salva mit-​tmiem tad-​dinja taʼ żmienu. (Rivelazzjoni 7:9-17; 2 Pietru 2:5) Kont taf li din il-​folla kbira internazzjonali taʼ Kristjani attivi teżisti saħansitra issa? Dawn jittamaw li jsalvaw mit-​tribulazzjoni l-​kbira u jgħixu għal dejjem fuq l-​art. L-​eżistenza tagħhom hija evidenza ċerta taʼ kemm hu qrib Jum il-​Ġudizzju.

Min Se Jiġi Ġġudikat?

Din il-​folla kbira se tiġi ġġudikata f’Jum il-​Ġudizzju. Imma m’humiex se jkunu waħedhom. Ir-​rakkont taʼ Ġwanni jkompli: “Il-​baħar radd il-​mejtin li kienu fih; u l-​mewt u l-​infern raddew il-​mejtin li kienu fihom: u huma ġew iġġudikati kull bniedem skond ix-​xogħlijiet tagħhom.” (Rivelazzjoni 20:13, KJ) Din hi prova oħra li l-​bnedmin ma jbatux għal dejjem fl-​infern. Li kieku l-​infern irodd il-​mejtin taʼ ġo fih, kif jistaʼ jibqaʼ xi ħadd fih għall-​eternità? Fil-​fatt, l-​infern tal-​Bibbja huwa l-​qabar komuni tal-​bnedmin, fejn il-​mejtin jibqgħu bla ma jafu xejn jistennew irxoxt. F’Jum il-​Ġudizzju, l-​infern se jiġi żvojtat kompletament mill-​mejtin taʼ ġo fih.—Ekkleżjasti 9:10.

Min se jiġi rxoxtat mill-​mewt f’Jum il-​Ġudizzju? L-​appostlu Pawlu qal: “Se jkun hemm irxoxt tal-​mejtin, kemm tal-​ġusti u kemm tal-​inġusti.” (Atti 24:15, KJ) B’hekk, qaddejja leali t’Alla, il-​“ġusti,” se jiġu rxoxtati. Imma hekk se jagħmlu numru bla għadd taʼ oħrajn, “l-​inġusti.” B’mod evidenti l-​irxoxt se jħaddan fih lil dawk kollha li mietu u li għadhom fil-​qabar—bl-​eċċezzjoni taʼ xi wħud li d-​dnubiet tagħhom tant kienu gravi li Alla diġà ġġudikahom li totalment ma ħaqqhomx il-​ħajja.—Mattew 12:31.

Il-​Ġudizzju

X’inhu, iżda, dak li jiġri mill-​folla kbira li jsalvaw u minn dawk irxoxtati f’Jum il-​Ġudizzju? Il-​Bibbja tgħid: “Il-​mejtin kienu ġġudikati minn dawk l-​affarijiet li kienu miktubin fil-​kotba, skond ix-​xogħlijiet tagħhom.” Dan huwa żmien taʼ eżami bir-​reqqa. Dawk kollha li huma lesti li jaġixxu skond ‘dawk l-​affarijiet miktubin fil-​kotba’—evidentement il-​ħtiġijiet t’Alla għall-​bnedmin f’dak iż-​żmien—se jiġu miktubin fil-​“ktieb tal-​ħajja.” (Rivelazzjoni 20:12, KJ) Huma se jkunu fi triqithom lejn li jaqilgħu l-​ħajja taʼ dejjem!

Imbagħad, sa fl-​aħhar, il-​mewt taʼ sagrifiċċju taʼ Kristu se ġġib benefiċċji fiżiċi! Dawk li huma mniżżlin fil-​ktieb tal-​ħajja f’dak iż-​żmien mhux se jaqgħu iktar f’xi mard u mewt. Minflok, huma bil-​mod il-​mod se jiġu rrestawrati għall-​perfezzjoni umana, bil-​ħajja taʼ dejjem imwiegħda lil dawk li jeżerċitaw fidi f’Ġesù. Xi prospett tal-​għaġeb! Minkejja dan, xi wħud evidentement se jirrifjutaw li jobdu lil ‘dawk l-​affarijiet miktubin fil-​kotba.’ X’jiġrilhom dawn? Huma ma jaqilgħux il-​ħajja eterna. Minflok, l-​iskrittura tgħid: “Kulmin ma nstabx miktub fil-​ktieb tal-​ħajja ġie mixħut ġewwa l-​għadira tan-​nar.”−Rivelazzjoni 20:15, KJ.

Huwa dan in-​nar tal-​infern li jitkellem dwaru l-​Kristjaneżmu? Le, għax fil-​vers taʼ qabel, naqraw: “[I]l-mewt u l-​infern kienu mixħutin fil-​għadira tan-​nar. Din hi t-​tieni mewt.” (Rivelazzjoni 20:14, KJ) Jekk l-​infern jiġi mitfugħ fil-​għadira tan-​nar, l-​għadira nfisha ma tistax tkun in-​nar tal-​infern. Barra minn hekk, il-​mewt mhix xi ħaġa konkreta li tistaʼ tinqabad u tintefaʼ x’imkien. Mela l-​għadira tan-​nar trid tkun simbolika. Taʼ liema ħaġa? Il-​Bibbja tgħid: “Din hi t-​tieni mewt.” Meta l-​mewt u Ħades jiġu mitfugħin fil-​għadira tan-​nar, huma ‘jmutu,’ ma jibqgħux jeżistu. Bl-​istess mod, bnedmin ribellużi li jispiċċaw hemm imutu, jew ma jibqgħux jeżistu. Din, iżda, hi t-​tieni mewt, mingħajr tama taʼ rxoxt.

Jum il-​Ġudizzju—Żmien taʼ Tama

Mela meta naħsbu f’Jum il-​Ġudizzju, m’għandniex inkunu mwerwrin jew iddiżgustati. Jum il-​Ġudizzju huwa żmien taʼ tama, żmien biex tingħata lura lill-​umanità l-​ħajja taʼ dejjem li Adam tilef. Ismaʼ x’barkiet se jġib lil dawk li jiġu ġġudikati bħala li huma leali: “Ħares! It-​tinda t’Alla hi mal-​bnedmin, u hu se jgħammar magħhom, u huma se jkunu l-​popli tiegħu. U Alla nnifsu se jkun magħhom. U se jimsaħ kull demgħa minn għajnejhom, u l-​mewt ma tkunx iżjed, u la l-​għali u la l-​biki u lanqas l-​uġigħ ma jkunu iżjed. L-​affarijiet taʼ qabel għaddew.”−Rivelazzjoni 21:3, 4.

Sa tmiem Jum il-​Ġudizzju taʼ elf sena, bnedmin leali minn kull parti tal-​art se jkunu sa fl-​aħħar perfetti. Huma jkunu ‘ħadu l-​ħajja’ fil-​veru sens tal-​kelma, u Jum il-​Ġudizzju se jkun wettaq il-​għan tiegħu. (Rivelazzjoni 20:5) Imbagħad, tgħid il-​Bibbja, Satana se jkollu aċċess għall-​bnedmin għall-​aħħar darba. (Rivelazzjoni 20:3, 7-10) Dawk li jirreżistuh f’din id-​darba finali se jgawdu t-​twettieq komplet tal-​wegħda tal-​Bibbja: “It-​twajbin infushom se jkollhom pussess tal-​art, u se jgħammru għal dejjem fuqha.”−Salm 37:29.

Xi provvedimet tal-​għaġeb hu Jum il-​Ġudizzju! U kemm hu meraviljuż li nistgħu nippreparaw għalih saħansitra issa, billi nistudjaw il-​Bibbja, nitgħallmu x’inhi r-​rieda t’Alla, u napplikaw ir-​rieda divina tiegħu f’ħajjitna! Mhux taʼ b’xejn li s-​salmista esprima l-​ferħ malli ħaseb dwar il-​ġudizzju t’Alla meta kiteb: “Ħalli jifirħu s-​smewwiet, u ħalli l-​art tkun mimlija hena. Ħalli l-​baħar iħabbat u dak li jimlieh. Halli tithenna l-​kampanja u dak kollu li hemm fiha. Fl-​istess ħin ħalli s-​siġar kollha tal-​foresta jgħajtu bil-​ferħ quddiem Jehovah. Għax hu ġie; għax hu ġie biex jiġġudika lill-​art.”−Salm 96:11-13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja