LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 4/15 pp. 4-7
  • Id-Dulluvju fil-Leġġendi tad-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dulluvju fil-Leġġendi tad-Dinja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xebh li Jolqtok
  • Leġġendi Antiki tad-​Dulluvju
  • Leġġendi tal-​Lvant Imbiegħed
  • Fl-​Amerki
  • Il-​Paċifiku t’Isfel u l-​Asja
  • Oriġini Komuni
  • Dinja Sħiħa Ġiet Meqruda!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Dilluvju Jeqred Dinja—Se Jerġaʼ Jiġri Hekk?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Id-Djarju taʼ Noè—Għandu Xi Tifsira Għalina?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Twissija mill-Passat
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 4/15 pp. 4-7

Id-​Dulluvju fil-​Leġġendi tad-​Dinja

ID-​DULLUVJU taʼ żmien Noè kien katakliżmu tant qerriedi li l-​umanità qatt ma nsietu. Iktar minn 2,400 sena wara, Ġesù Kristu tkellem dwaru bħala fatt storiku. (Mattew 24:37-39) Din il-​ġrajja tal-​biżaʼ tant ħalliet impressjoni li ma titħassarx fuq ir-​razza umana li saret leġġendarja mad-​dinja kollha.

Fil-ktieb Myths of Creation, Philip Freund ikkalkula li‘l fuq minn 500 leġġendi taʼ Dulluvju jiġu rrakkontati minn iktar minn 250 tribujiet u popli. Kif nistgħu nistennew mal-​mogħdija taʼ ħafna sekli, dawn il-​leġġendi ġew imżejnin bi ġrajjiet u karattri immaġinarji. F’kull waħda minnhom, madankollu, jistaʼ jinstab xi xebh bażiku.

Xebh li Jolqtok

Hekk kif in-​nies emigraw mill-​Mesopotamja wara d-​Dulluvju, huma ġarrew ir-​rakkonti tal-​katastrofi lejn kull parti tal-​art. B’hekk, l-​abitanti tal-​Asja, il-​gżejjer tal-​Paċifiku t’Isfel, l-​Amerka taʼ Fuq, l-​Amerka Ċentrali, u l-​Amerka t’Isfel għandhom hrejjef dwar din il-​ġrajja impressjonanti. Il-​ħafna leġġendi tad-​Dulluvju eżistew qabel ma dawn in-​nies ġew esposti għall-​Bibbja. Iżda, il-​leġġendi għandhom xi punti bażiċi komuni mar-​rakkont Bibliku dwar id-​Dulluvju.

Xi leġġendi jsemmu ġganti vjolenti li kienu jgħixu fuq l-​art qabel id-​Dulluvju. Fi qbil, il-​Bibbja tindika li qabel id-​Dulluvju anġli diżubbidjenti mmaterjalizzaw iġsma tal-​laħam, tgħammru man-​nisa, u pproduċew razza taʼ ġganti msejħin in-​Nefilim.—Ġenesi 6:1-4; 2 Pietru 2:4, 5.

Leġġendi taʼ Dulluvju ġeneralment jindikaw li raġel wieħed ġie avżat dwar dulluvju taʼ oriġini divina li kien riesaq. Skond il-​Bibbja, Alla Jehovah wissa lil Noè li Hu kellu jeqred lil nies vjolenti u mill-​agħar. Alla qal lil Noè: “It-​tmiem tal-​laħam kollu ġie quddiemi, għaliex l-​art mimlija vjolenza min-​ħabba fihom; u hawn jien qiegħed inġibhom f’rovina flimkien maʼ l-​art.”−Ġenesi 6:13.

Leġġendi dwar id-​Dulluvju ġeneralment jindikaw li dan ġab qerda globali. Bl-​istess mod, il-​Bibbja tgħid: “L-​ilmijiet għattew l-​art tant bil-​kbir li l-​muntanji twal kollha li kienu taħt is-​smewwiet kollha ġew li jkunu mgħottijin. Kull ħaġa li fiha n-​nifs tal-​forza tal-​ħajja kien attiv f’imnifsejha, jiġifieri, dawk kollha li kienu fuq l-​art niexfa, mietet.”−Ġenesi 7:19, 22.

Il-biċċa l-​kbira tal-​leġġendi tad-​Dulluvju jgħidu li raġel salva mid-​Dulluvju flimkien maʼ persuna jew persuni oħra. Ħafna leġġendi jgħidu li stkenn ġo dgħajsa li ħu kien bena, u jgħidu li strieħet fuq muntanja. Fi qbil, l-​Iskrittura tgħid li Noè bena arka. Tistqarr ukoll: “Noè u dawk li kienu miegħu fl-​arka biss baqgħu jkunu ħajjin.” (Ġenesi 6:6-8; 7:23) Skond il-​Bibbja, wara d-​Dulluvju “l-​arka strieħet fuq il-​muntanji taʼ Ararat,” fejn Noè u l-​familja tiegħu żbarkaw. (Ġenesi 8:4, 15-18) Xi leġġendi wkoll jindikaw li wħud li salvaw mid-​Dulluvju reġgħu bdew jimlew l-​art, kif turi l-​Bibbja li għamlet il-​familja taʼ Noè.—Ġenesi 9:1; 10:1.

Leġġendi Antiki tad-​Dulluvju

B’dawn il-​punti f’moħħna, ejjew nikkunsidraw xi leġġendi tad-​Dulluvju. Ejjew nibdew bis-​Sumerjani, poplu antik li kien igħix fil-​Mesopotamja. Il-​verżjoni tagħhom dwar id-​Dulluvju nstabet fuq tavla tal-​fuħħar li ġiet skavata mir-​rovini taʼ Nippur. Din it-​tavla tgħid li l-​allat Sumerjani Anu u Enlil iddeċidew li jeqirdu lill-​umanità b’dulluvju ġgantesk. Billi ġie mwissi mill-​alla Enki, Ziusudra u l-​familja tiegħu irnexxielhom isalvaw f’dgħajsa enormi.

L-Epic of Gilgamesh Babilonjana fiha fina dettalji. Skond din, Gilgamesh żar l-​antenat tiegħu Utnapishtim, li ġie mogħti ħajja eterna wara li salva mid-​Dulluvju. Fil konversazzjoni li segwiet, Utnapishtim spjega li ntqallu biex jibni bastiment u jieħu merħliet, bħejjem selvaġġi, u l-​familja tiegħu Ga fih. Hu bena l-​bastiment bħala kubu enormi 200 pied fuq kull naħa, b’sitt sulari. Hu jgħid lil Gilgamesh li l-​maltempata damet sitt ijiem u sitt iljieli, u mbagħad ħu jgħid: “Meta wasal is-​sebaʼ jum, l-​uragan, id-​Dulluvju, ix-​xokk tal-​battalja ġie miksur, li kienet laqtet bil-​qawwi bħal armata. Il-​baħar sar kalm, iċ-​ċiklun waqaf, id-​Dulluvju spiċċa. Jien ħarist fuq il-​baħar u l-​Ħoss tal-​ilħna kien spiċċa. Il-​bnedmin kollha kienu saru tat-​tafal.”

Wara li l-​biċċa tal-​baħar waqfet fuq il-​Muntanja Nisir, Utnapishtim telaq ħamiema li reġgħet lura lejn id-​dgħajsa meta ma setgħetx issib post fejn tistrieħ. Din ġiet segwita minn ħuttafa li ġiet lura wkoll. Ċawlun imbagħad ġie mitluq, u meta ma reġax lura, kien jaf li l-​ilma batta. Utnapishtim imbagħad telaq l-​annimali u offra sagrifiċċju.

Din l-​istess leġġenda tant qadima tixbah b’xi mod lir-​rakkont Bibliku tad-​Dulluvju. Madankollu, hi nieqsa mid-​dettalji grafiċi u s-​sempliċità tar-​rakkont Bibliku, u ma tagħtix dimensjonijiet raġonevoli għall-​arka u lanqas ma tissupplixxi l-​perijodu taʼ żmien indikat mill-​Iskrittura. Per eżempju, l-​Epic of Gilgamesh qalet li l-​maltempata damet sitt ijiem u sitt iljieli, fil-​waqt li l-​Bibbja tgħid li “l-​ħalba fuq l-​art issoktat għal erbgħin jum u erbgħin lejl”−xita bil-​qliel ma taqtaʼ xejn li fl-​aħħar kopriet il-​globu kollu kemm ħu bl-​ilma.—Ġenesi 7:12.

Għalkemm il-​Bibbja ssemmi tmienja li salvaw mid-​Dulluvju, fil-​leġġenda Griega Deucalion u martu, Pariri, biss salvaw. (2 Pietru 2:5) Skond din il-​leġġenda, qabel id-​Dulluvju l-​art kienet abitata minn individwi vjolenti msejħin l-​irġiel tal-​bronż. L-​alla Zeus iddeċieda li jeqridhom b’dulluvju kbir u qal lil Deucalion biex jibni kaxxa kbira u jidħol fiha. Meta d-​Dulluvju batta, il-​kaxxa spiċċat fuq il-​Muntanja Parnassus. Deucalion u Pyrrha niżlu mill-​muntanja u bdew l-​umanità mill-​ġdid.

Leġġendi tal-​Lvant Imbiegħed

Fl-​Indja hemm leġġenda taʼ Dulluvju li fiha Manu huwa l-​bniedem li salva. Hu jitħabbeb maʼ ħuta ċkejkna li tikber għal qies kbir u twissih dwar dulluvju qerriedi. Manu jibni dgħajsa, li l-​ħuta tibqaʼ tiġbed sakemm tpoġġiha fuq muntanja fil-​Himalayas. Meta jbatti d-​dulluvju, Manu jinżel minn fuq il-​muntanja u maʼ Ida, il-​personifikazzjoni tas sagrifiċċju tiegħu, jerġaʼ jġedded ir-​razza umana.

Skond il-​leġġenda Ċiniża tad-​dulluvju l-​alla tar-​ragħad jagħti sinna lil żewġt itfal Nuwa u Fuxi. Hu jgħidilhom biex jiżirawha u jieħdu kenn fil-​qargħa li tikber minnha. Is-​siġra tikber minnufih mis-​sinna u tipproduċi qargħa enormi. Meta l-​alla tar-​ragħad jikkaġuna xita qalila, it-​tfal jidħlu fil-​qargħa. Għalkemm id-​dulluvju li rriżulta jgħarraq lill-​bqija tal-​abitanti tal-​art, Nuwa u Fuxi jsalvaw u jerġgħu jimlew il-​globu.

Fl-​Amerki

L-​Indjani tal-​Amerka taʼ fuq għandhom partita leġġendi li jġorru t-​tema komuni taʼ dulluvju li jeqred lil kulħadd minbarra lil xi ftit. Per eżempju, l-​Arikara, poplu Kaddo igħid li l-​art kienet xi darba abitata minn razza taʼ nies li tant kienu b’saħħithom li huma waqqgħu għaċ-​ċajt lill-​allat. L-​alla Nesaru qered lil dawn l-​iġganti permezz taʼ dulluvju imma ppriserva l-​poplu tiegħu, l-​annimali, u qamħirrun f’għar. In-​nies Ħavasupaj igħidu li l-​alla Hokomata kkaġuna dulluvju li qered lill-​umanità. Madankollu ir-​raġel Tochopa ppriserva lil bintu Pukeheh billi ssiġġillaha f’zokk imħaffer.

Indjani fl-​Amerka Ċentrali u t’Isfel għandhom leġġendi taʼ dulluvju b’xebh bażiku. Il-​Maja tal-​Amerka Ċentrali kienu jemmnu li serp kbir tax-​xita qered lid-​dinja b’burraxki taʼ ilma. F;l-Messiku l-​verżjoni Ċimalpopoka tgħid li dulluvju għarraq lill-​muntanji. L-​alla Tezċatlipoċa wissa lir-​raġel Nata, li ħaffer zokk fejn ħu u martu, Nena, sabu kenn sakemm batta l-​ilma.

Fil-Perù ċ-​Ċinċa għandhom leġġenda taʼ dulluvju li dam Ħamest ijiem u li qered lin-​nies kollha minbarra wieħed li ġie salvat billi ljama li kienet titkellem ħaditu fuq muntanja. L-​Ajmara tal-​Perù u l-​Bolivja jgħidu li l-​alla Viraċoċha ħareġ mill-​Għadira Titicaca u ħalaq id-​dinja u rġiel kbar u b’saħħithom b’mod mhux normali. Minħabba li l-​ewwel razza rrabjatu, Viracocha qeridhom b’dulluvju.

L-Indjani Tupinamba tal-​Brażil qalu dwar żmien meta dulluvju kbir għarraq lill-​antenati kollha tagħhom minbarra lil dawk li salvaw fil-​kenuri jew fil-​quċċati taʼ siġar twal. Il-​Kaxinawa tal-​Brażil, il-​Makuxi tal-​Guyana, il-​Karibi tal-​Amerka Ċentrali, u l-​Ona u l-​Jagan taʼ Tierra del Fuego fl-​Amerka t’Isfel huma fost il-​ħafna tribujiet li għandhom leġġendi taʼ dulluvju.

Il-​Paċifiku t’Isfel u l-​Asja

Mal-​Paċifiku t’Isfel kollu, leġġendi taʼ dulluvju bi ftit li salvaw huma komuni. Per eżempju, f’Samoa hemm leġġenda taʼ dulluvju fi żmien bikri li qered lil kulħadd ħlief lil Pili u martu. Huma sabu salvazzjoni fuq blata, u wara d-​dulluvju reġgħu imlew l-​art. Fil-​Gżejjer tal-​Hawaii, l-​alla Kane beda jiddejjaq bil-​bnedmin u bagħat dulluvju biex jeqridhom. Nuʹu biss ħarab f’dgħajsa kbira li fl-​aħħar inkaljat fuq muntanja.

Fuq Mindanao fil-​Filippini, l-​Ata jgħidu li l-​art kienet darba miksija bl-​ilma li qered lil kulħadd minbarra żewġt irġiel u mara. L-​Iban taʼ Sarawak, Borneo, igħidu li ftit nies biss skansaw minn dulluvju billi ħarbu lejn l-​ogħla għoljiet. Fil-​leġġenda tal-​Igorot tal-​Filippini, żewġt aħwa biss, ħu u oħt, salvaw billi stkennu fuq il-​Muntanja Pokis.

Is-Sojot tas-​Siberja, fir-​Russja, igħidu li żrinġ ġgantesk, li l-​art kienet qed tistrieħ fuqu, iċċaqlaq u kkaġuna l-​għarqa tal-​globu. Raġel xiħ u l-​familja tiegħu salvaw fuq ċattra li kien għamel. Meta l-​ilma naqas, iċ-​ċattra waqfet fuq muntanja għolja. L-​Urgjani tal-​Punent tas-​Siberja u l-​Ungerija wkoll igħidu li dawk li salvaw mid-​dulluvju wżaw ċattri imma marru lejn partijiet differenti tal-​art.

Oriġini Komuni

X’nistgħu nikkonkludu minn dawn il-​ħafna leġġendi tad-​Dulluvju? Għalkemm huma differenti mhux ħażin minn xulxin fid-​dettalji, għandhom xi fatturi komuni. Dawn jindikaw oriġini f’katakliżmu ġgantesk u li ma jintesa qatt. Minkejja tiżjin vivaċi matul is-​sekli, it-​tema fil-​qalba tagħhom hija bħal ħajta li tgħaqqadhom maʼ ġrajja kbira waħda—id-​Dulluvju globali rrakkontat fir-​rakkont Bibliku sempliċi u mingħajr ebda tiżjin.

Ladarba l-​leġġendi tad-​Dullovju jinsabu fost popli li ma kellhomx aċċess għall-​Bibbja sas-​sekli riċenti, ikun żball li tgħid li nfluwenzaħom ir-​rakkont Skritturali. Barra minn hekk, The International Standard Bible Encyclopedia tgħid: “L-​universalità tar-​rakkonti tad-​dulluvju hija ġeneralment meħuda bħala evidenza tal-​qerda universali tal-​umanità permezz taʼ dulluvju . . . Barra minn hekk, xi ftit mir-​rakkonti antiki kienu miktubin minn nies li kienu jopponu ħafna t-​tradizzjoni Ebrajka Kristjana.” ( It-​2 volum, paġna 319) Mela nistgħu nkunu kunfidenti f’li nikkonkludu li l-​leġġendi tad-​Dulluvju jikkonfermaw ir-​realtà tar-​rakkont Bibliku.

Billi qed ingħixu f’dinja mimlija vjolenza u immoralità, aħna nagħmlu tajjeb li naqraw ir-​rakkont Bibliku tad-​Dulluvju, kif imniżżel f’​Ġenesi kapitli 6 sa 8. Jekk nimmeditaw fuq ir-​raġuni għal dak id-​Dulluvju globali—l-​ipprattikar taʼ dak li kien ħażin fil-​ħarsa t’Alla— aħna se nsibu twissija vitali fih.

Dalwaqt is-​sistema taʼ affarijiet ħażina preżenti se ġġarrab il-​ġudizzju kuntrarju t’Alla. B’ferħ, iżda, se jkun hemm min isalva. Int tistaʼ tkun fosthom jekk tagħti kas il-​kliem tal-​appostlu Pietru: “Id-​dinja taʼ żmien [Noè] sofriet qerda meta kienet imgħarrqa bl-​ilma. Imma bl-​istess kelma s-​smewwiet u l-​art li huma issa huma maħżunin għan-​nar u qed jiġu merfugħin għal jum il-​ġudizzju u taʼ qerda għan-​nies taʼ mingħajr Alla.... Ladarba dawn l-​affarijiet kollha għandhom b’hekk idubu, liema xorta taʼ persuni għandkom tkunu ftatti qaddisin taʼ kondotta u f’għemejjel taʼ devozzjoni lejn Alla, waqt li tistennew u żżommu qrib f’moħħkom il-​preżenza tal-​jum taʼ Jehovah.”−2 Pietru 3:6-12.

Se żżomm qrib f’moħħok il-​preżenza tal-​jum taʼ Jehovah? Jekk tagħmel hekk u taġixxi fi qbil mar-​rieda t’Alla, int se tgawdi barkiet kbar. Dawk li jogħġbu hekk lil Alla Jehovah jistgħu jkollhom fidi fid-​dinja l-​ġdida li jirreferi għaliha Pietru meta jżid: “Hemm smewwiet ġodda u art ġdida li aħna qegħdin nistennew skond il-​wegħda [t’Alla], u f’dawn it-​tjieba għandha tgħammar.”—2 Pietru 3:13.

[Stampa f’paġna 7]

Il-​leġġendi Babilonjani dwar dulluvju kienu mgħoddijin minn ġenerazzjoni għall-​oħra

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja