LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 3/1 p. 4
  • Dinja Sħiħa Ġiet Meqruda!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dinja Sħiħa Ġiet Meqruda!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ġiet Meqruda Tassew Dinja Antika?
  • Id-Dulluvju fil-Leġġendi tad-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Id-Djarju taʼ Noè—Għandu Xi Tifsira Għalina?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 3/1 p. 4

Dinja Sħiħa Ġiet Meqruda!

Ħares lejn id-​dinja taʼ madwarek, bil-​bliet

tagħha, bil-​kultura tagħha, bil-​kisbiet

xjentifiċi tagħha, bil-​popolazzjoni taʼ biljuni li

fiha. Huwa faċli li timpressjona ruħek b’kemm

tidher li hi stabbli, hux tassew? Taħseb int li din id-​dinja għad xi darba tgħib għalkollox?

Dan forsi diffiċli biex timmaġinah. Madankollu,

kont taf li skond sors taʼ min joqgħod fuqu, darba kien hemm dinja li kienet teżisti qabel din u li ġiet meqruda għalkollox?

M’AĦNIEX nitkellmu dwar xi dinja taʼ tribujiet primittivi. Id-​dinja li għabet kienet ċivilizzata; kellha bliet, kisbiet artistiċi, u għarfien xjentifiku. Madankollu, il-​Bibbja tgħidilna li ħabta u sabta, ­fis-17-il jum tat-​tieni xahar, 352 sena qabel ma twieled il-​patrijarka Abraham, għamel dilluvju li għarraq lid-​dinja kollha.a

Huwa korrett dan ir-​rakkont? Ġrat tassew ħaġa bħal din? Kien hemm tassew dinja antika qabel din taʼ issa li ffjorixxiet u li mbagħad ġiet meqruda? Jekk dan veru, għala ntemmet? X’mar ħażin? U hemm xi lezzjoni li nistgħu nitgħallmu mill-​qerda tagħha?

Ġiet Meqruda Tassew Dinja Antika?

Katastrofi straordinarja bħal din, jekk ġrat tassew, qatt ma kienet se tintesa għalkollox. Għalhekk, f’ħafna nazzjonijiet insibu tfakkiriet dwar din il-​qerda. Per eżempju, ikkunsidra d-​data preċiża li nsibu miktuba fl-​Iskrittura. It-​tieni xahar tal-​kalendarju antik kien jibda minn dak li aħna issa nsejħulu nofs Ottubru u jispiċċa f’nofs Novembru. Mela s-​17-il jum jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor maʼ l-​ewwel taʼ Novembru. Allura, forsi mhux b’kumbinazzjoni li f’ħafna pajjiżi festi għall-​mejtin jiġu ċelebrati f’dak iż-​żmien tas-​sena.

Għad hemm evidenzi oħrajn tad-​Dilluvju fit-​tradizzjonijiet tal-​bnedmin. Kważi kull poplu antik għandu leġġenda li l-​antenati tiegħu għaddew minn dilluvju globali. Il-​Pigmej taʼ l-​Afrika, iċ-​Ċelti taʼ l-​Ewropa, l-​Inka taʼ l-​Amerika t’Isfel—kollha għandhom leġġendi simili, bħalma għandhom il-​popli taʼ l-​Alaska, partijiet mill-​Amerika taʼ Fuq, l-​Awstralja, iċ-​Ċina, l-​Indja, il-​Litwanja, il-​Messiku, il-​Mikronesja, u n-​New Zealand, biex insemmu biss ftit.

M’għandniex xi ngħidu, maż-​żmien il-​leġġendi ġew imżejnin, imma kollha jinkludu diversi dettalji li jindikaw li r-​rakkonti għandhom l-​istess sors: Alla rrabja minħabba l-​ħażen tal-​bnedmin. Ġab dilluvju kbir. Il-​bnedmin in ġenerali ġew meqrudin. Madankollu, ftit twajbin baqgħu ħajjin. Dawn bnew bastiment li fih salvaw xi nies u annimali. Wara xi żmien, intbagħtu xi għasafar biex ifittxu art niexfa. Fl-​aħħarnett, il-​bastiment strieħ fuq muntanja. Malli żbarkaw, dawk li salvaw offrew sagrifiċċju.

Dan x’juri? Ix-​xebh ma jistax ikun b’kumbinazzjoni. L-​evidenza kollha taʼ dawn il-​leġġendi taqbel max-​xiehda antika tal-​Bibbja li l-​bnedmin kollha huma dixxendenti taʼ dawk li baqgħu ħajjin f’dilluvju li qered dinja taʼ bnedmin. Għalhekk, aħna m’għandniex bżonn nistrieħu fuq leġġendi jew ħrejjef biex inkunu nafu x’ġara. Għandna l-​kitba mħarsa bir-​reqqa fl-​Iskrittura Ebrajka tal-​Bibbja.—Ġenesi, kapitli 6-8.

Il-Bibbja fiha rakkont imnebbaħ taʼ l-​istorja li jiħodna lura saż-​żerniq tal-​ħajja. Madan­kollu, l-​evidenza turi li din hi iktar minn sempliċi storja. Il-​profezija infallibbli u l-​għerf profond li fiha juru li l-​Bibbja hija l-​komunikazzjoni t’Alla mal-​bnedmin bħalma ssostni li hi. Kuntrarju għall-​ħrejjef, ir-​rakkonti storiċi tal-​Bibbja jinkludu ismijiet u dati kif ukoll dettalji ġenealoġiċi u ġeografiċi. Tagħtina stampa taʼ kif kienet il-​ħajja qabel id-​Dilluvju u tirrivela għala dinja sħiħa ntemmet ħabta u sabta.

X’mar ħażin f’dik is-​soċjetà taʼ qabel id-​Dilluvju? L-​artiklu li jmiss se jikkunsidra din il-​mistoqsija li hija importanti għal dawk li forsi għandhom dubju dwar kemm fih sigurtà l-​futur taċ-​ċivilizzazzjoni preżenti tagħna.

[Nota taʼ Taħt]

a Ġenesi 7:11; 11:​10-25, 32; 12:4.

[Tabella f’paġna 4]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

Leġġendi tad-​Dilluvju minn Madwar id-​Dinja

Pajjiż Punti Simili 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10

Country Correspondencies 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10

Il-​Greċja 7 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

Ruma 6 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

Il-​Litwanja 6 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

L-​Assirja 9 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

It-​Tanzanija 7 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

L-​Indja – Indu 6 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

New Zealand - Maori 5 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

Il-​Mikronesja 7 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

Washington Amerika – Yakima 7 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

Mississippi Amerika – Choctaw 7 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

Il-​Messiku – Michoacan 5 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

L-​Amerika t’Isfel – Quechua 4 ◆ ◆ ◆ ◆

Il-​Bolivja – Chiriguano 5 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

Il-​Guyana – Arawak 6 ◆ ◆ ◆ ◆ ◆ ◆

1: Alla rrabjat minħabba l-​ħażen

2: Qerda b’dilluvju

3: Ordnat minn Alla

4: Mogħtija twissija divina

5: Ftit mill-​bnedmin jibqgħu ħajjin

6: Salvati f’bastiment

7: Salvati l-​annimali

8: Għasfur jew ħlejqa oħra mibgħuta barra

9: Fl-aħħar jistrieħ fuq muntanja

10: Sagrifiċċju offrut

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja