LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 6/1 pp. 5-7
  • Se Jirnexxu l-Pjani Għal Sigurtà Internazzjonali?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Jirnexxu l-Pjani Għal Sigurtà Internazzjonali?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Tgħid il-​Bibbja?
  • Sigurtà Vera fuq l-​Art
  • Il-Pjani tal-Bniedem Għal Sigurtà Internazzjonali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sigurtà Vera—Issa u Għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 6/1 pp. 5-7

Se Jirnexxu l-​Pjani Għal Sigurtà Internazzjonali?

IL-​GWERRA Bierda, li ħakmet lid-​dinja għal iktar minn 40 sena, għal grazzja t’Alla tidher li ntemmet,” tistqarr One World, rivista tal-​Kunsill Dinji tal-​Knejjes, id-​WCC ( World Council of Churches). “Ġrajjiet sinjifikanti fl-​Ewropa Centrali u tal-​Lvant . . . jidhru li jawguraw tajjeb għall-​paċi u s-​sigurtà fl-​Ewropa u fil-​bqija tad-​dinja,” iżid il-​kittieb Anglikan John Pobee, wieħed minn dawk tal-​Programm tad-​WCC fuq Edukazzjoni Teoloġika.

Ir-rappreżentanti tad-​WCC m’ħumiex waħedhom f’li jdaħħlu lil Alla fil-​pjani tal-​bniedem għal sigurtà internazzjonali. F’April tal-​1991, ftit wara l-​gwerra tal-​Golf Persjan, Papa Ġwanni Pawlu bagħat messaġġ lis-​segretarju ġenerali tal-​ĠM taʼ dak iż-​żmien Javier Pérez de Cuéllar li fih qal: “L-​isqfijiet tal-​Knejjes Kattoliċi tal-​Lvant Nofsani u tal-​Punent huma fiduċjużi dwar ix-​xogħol tal-​Ġnus Magħquda . . . Huma jittamaw li, permezz tal-​Ġnus Magħquda u l-​organizzazzjonijiet speċjalizzati tagħha, dawk li lilhom il-​gwerra riċenti tefgħathom f’sitwazzjoni taʼ bżonn akut m’ħumiex se jonqsu milli jsibu sensittività u solidarjetà internazzjonali.”

Iktar minn hekk, il-​Vatikan kien wieħed mill-​35 Stati li fformulaw u ffirmaw kemm il-​Ftehim taʼ Helsinki tal-​1975 u kemm id-​Dokument taʼ Stokkolma tal-​1986. Meta l-​Ġnus Magħquda ddikjarat l-​1986 bħala s-​“Sena Internazzjonali tal-​Paċi,” il-​papa wieġeb billi stieden rappreżentanti mir-​reliġjonijiet kbar tad-​dinja biex jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni taʼ “Jum Dinji taʼ Talb għal Paċi.” F’Ottubru tal-​1986, rappreżentanti taʼ twemmin Buddist, Hindu, Islamiku, Xinto, Anglikan, Luteran, Grieg Ortodoss, Lhudi, u oħrajn poġġew bil-​qiegħda flimkien f’Assisi, fl-​Italja, u kull wieħed wara min imissu talab għall-​paċi dinjija.

Xi ftit snin wara, fi priedka li ta f’Ruma, l-​Arċisqof Anglikan taʼ Canterbury fakkar din l-​okkażjoni. “F’Assisi,” huwa qal, “rajna li l-​Isqof taʼ Ruma [il-papa] setaʼ jiġbor lill-​Knejjes Kristjani flimkien. Stajna nitolbu flimkien, nitkellmu maʼ xulxin u naġixxu flimkien għall-​paċi u l-​ġid tal-​umanità . . . Għal dik l-​inizjattiva taʼ talb għall-​paċi dinjija jien ħassejtni li kont fil-​preżenza taʼ dak Alla li qal ‘Ara qed nagħmel xi ħaġa ġdida.’”

Reliġjonijiet oħra, għalkemm ma kinox irrappreżentati f’Assisi, huma wkoll ottimisti dwar il-​pjani tal-​bniedem għal sigurtà internazzjonali. Editorjal f’Die Kerkbode, il-​ġurnal uffiċċjali tal-​Knisja Riformata Olandiża fl-​Afrika t’Isfel, qal: “Qegħdin inġarrbu l-​bidla għal ġo ordni dinjija ġdida. Dak li kien jidher impossibbli ftit snin ilu qiegħed jiġri quddiem għajnejna. Ir-​rikonċiljazzjoni li qiegħda sseħħ fix-​xena akbar tad-​dinja bejn l-​Unjoni Sovjetika u l-​Punent għandha ħafna implikażzjonijiet reġjonali. Fil-​parti tagħna tad-​dinja, partiti li huma tradizzjonalment opposti għal xuxlin u dawk li ħalfu li jibqgħu għedewwa qegħdin ikellmu lil xuxlin, u x-​xenqa għall-​‘paċi’ qiegħda titfaċċa kullimkien . . . Mill-​ħarsa Kristjana, l-​isforzi kollha biex iġibu l-​paċi bejn in-​nies għandhom jiġu milqugħin. Nistgħu nitolbu għall-​paċi fi żmienna.”

Qiegħed Alla jbierek il-​pjani tal-​bniedem għal sigurtà internazzjonali?

X’Tgħid il-​Bibbja?

Dwar li wieħed jistrieħ fuq l-​isforzi tal-​bniedem, il-​Bibbja toffri twissija diretta: “Tpoġġux il-​fiduċja tagħkom fin-​nobbli, lanqas f’bin il-​bniedem tal-​art, li lilu ma tappartjeni ebda salvazzjoni. L-​ispirtu tiegħu joħrog, hu jerġaʼ lura lejn artu; f’dak il-​jum ħsibijietu jgħibu.” (Salm 146:3, 4) Il-​progress tal-​lum lejn il-​paċi jistaʼ jidher inkuraġġanti. Imma rridu nkunu realistiċi. Il-​bniedem huwa limitat f’dak li jistaʼ jagħmel. Taʼ spiss, il-​ġrajjiet huma akbar milli huma. Huma rari jindunaw b’dak li jkun hemm minn taħt, il-​forzi moħbijin, li jġibu fix-​xejn lill-​aqwa pjani tagħhom.

Sebaʼ mitt sena qabel żmien Ġesù, fi żmien il-​profeta Isaija, il-​mexxejja Lhud kienu qegħdin jippjanaw għas-​sigurtà permezz taʼ trattati internazzjonali maʼ pajjiżi ġirien b’mod li jixbah lil dak li qed jiġri llum. Saħansitra f’dawk il-​jiem, il-​mexxejja reliġjużi appoġġjaw lil dak li kienu qegħdin jagħmlu l-​politikanti. Imma Isaija wissa: “Ippjanaw progett, u se jitkisser! Lissnu kwalunkwe kelma, u mhix se tibqaʼ.” (Isaija 8:10) Il-​pjan tagħhom spiċċa f’falliment diżastruż. Tistaʼ terġaʼ tiġri l-​istess ħaġa llum?

Iva, tistaʼ, ladarba permezz tal-​istess profeta, Alla ħabbar li Hu għandu l-​mod Tiegħu stess biex iġib is-​sigurtà fuq l-​art. Se tiġi, mħux permezz taʼ xi organiżzazzjoni umana imma permezz taʼ dixxendent tas-​sultan Iżraelit David. (Isaija 9:6, 7) Dan il-​Werriet tas-​Sultan David huwa Ġesù Kristu, li, meta kien qiegħed jiġi interrogat minn Ponzju Pilatu, ammetta li hu kien Sultan imma qal: “Is-​saltna tiegħi ma hi ebda parti minn din id-​dinja.” (Ġwann 18:36; Luke 1:32) Fil-​fatt, is-​Saltna taʼ Ġesù kellha tkun tas-​sema. U din—mħux il-​Ġnus Magħquda jew xi ġens politiku tal-​art—kienet se ġġib sigurtà dejjiema u taʼ min joqgħod fuqha għal din l-​art.—Danjel 2:44.

Ġesù Kristu bassar li s-​Saltna tieġħu kellha tibda taħkem mis-​sema fi żmien meta kien se jkun hemm “gwerer u rapporti taʼ gwerer,” b’‘ġens li jqum kontra ġens u saltna kontra saltna.’ It-​twettieq tal-​profezija jimmarka l-​1914 bħala ż-​żmien meta ġara dan u jidentifika s-​snin minn dak in-​nhar bħala “l-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet.”−Mattew 24:3, 6-8.

X’ifisser dan? Li ż-​żmien li baqaʼ għall-​mod kif miexja din id-​dinja preżenti huwa limitat, u dalwaqt se jispiċċa. Huwa dan kawża għal tħassib jew niket? Mħux jekk niftakru l-​krudeltà, l-​inġustizzja, il-​moħqrija, il-​gwerer, u s-​sofferenza kollha li mmarkaw lil din is-​sistema taʼ affarijiet. Zgur li se jkun taʼ serħan li tkun taħt ħakkiem li dwaru l-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, tgħid: “Fuqu l-​ispirtu taʼ Jehovah irid jissetillja, l-​ispirtu taʼ għerf u taʼ fehma, l-​ispirtu taʼ parir u taʼ setgħa, l-​ispirtu taʼ għarfien u tal-​biżaʼ taʼ Jehovah.”−Isaija 11:2.

Sigurtà Vera fuq l-​Art

Ngħiduha kif inhi, qatt ma se jkun hemm sigurtà vera fuq l-​art sakemm, taħt is-​Saltna t’Alla, titwettaq il-​profezija taʼ Isaija fuq skala dinjija: “Jien qiegħed noħloq smewwiet ġodda u art ġdida; u l-​affarijiet taʼ qabel m’ħumiex se jitfakkru, lanqas ma se jitilgħu fil-​qalb.” (Isaija 65:17) Joffru kemm joffru talb il-​mexxejja reliġjużi għan-​nom taʼ din id-​dinja, il-​pjani tal-​bnedmin għal sigurtà internazzjonali ma jistgħux jieħdu post il-​mod t’Alla biex iġib il-​paċi u s-​sigurtà.

Is-sigurtà permanenti u dinjija li s-​Saltna t’Alla se ġġib se tkun glorjuża. Din hi biss waħda mid-​deskrizzjonijiet li hemm fil-​Bibbja: “Se jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom f’imqassijiet taż-​żabra. M’ħumiex se jerfgħu sejf, ġens kontra ġens, lanqas ma se jitgħallmu l-​gwerra iżjed. U huma attwalment se jpoġġu bil-​qiegħda, kull wieħed taħt id-​dielja tiegħu u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu, u ma se jkun hemm ħadd li jgigħelhom jitriegħdu; għax l-​istess fomm taʼ Jehovah tal-​armati qalu.”−Mikea 4:3, 4.

Sigurtà ggarantita minn Alla nnifsu biss tistaʼ tkun permanenti u taʼ min jafdaħa. B’hekk, minflok ma tpoġġi l-​fiduċja tiegħek fin-​nobbli, għala ma tpoġġix il-​fiduċja tiegħek fih? Imbagħad int se ssib li l-​kelmiet tas-​salmista huma veri: “Hieni ħu dak li għandu lil dak Alla taʼ Ġakobb għall-​għajnuna tiegħu, li t-​tama tiegħu hi f’Jehovah Alla tiegħu, Dak li għamel is-​sema u l-​art, il-​baħar, u dak kollu li hemm fihom, Dak li jzomm is-​sewwa għal żmien indefinit.”—Salm 146:5, 6.

[Kaxxa f’paġna 7]

Il-​Knisia Kattolika u l-​Politika Internazzionali

“Għalkemm Kristu qal li s-​saltna tiegħu ma kinetx ‘minn din id-​dinja,’ nies ekkleżjastiċi f’pożizzjoni għolja u l-​papat bhala istituzzjoni pparteċipaw b’mod intensiv f’taqbidiet poliċi internazzjonali u nazzjonali minn żmien Kostantinu.”—The Catholic Church in World Politics, mill-​Professur Eric Hanson tal-​Università Ġiżwita taʼ Santa Klara.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja