LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 11/1 pp. 3-4
  • Il-Ħajja—Għotja Mingħand Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħajja—Għotja Mingħand Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Għal ġo Dinja Ħarxa!
    Stenbaħ!—2004
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Abort?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Proċess Meraviljuż tat-Twelid
    Stenbaħ!—2011
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 11/1 pp. 3-4

Il-​Ħajja—Għotja Mingħand Alla

ERBGĦA u għoxrin siegħa kuljum, il-​qalb tagħna tippompja demm prezzjuż fil-​ġisem tagħna. Norqdu, u l-​pulmuni tagħna jkomplu jespandu u jiċkienu. Nieklu xi ikla, u l-​ikel jissajjar fl-​istonku b’mod awtomatiku. Dan kollu jiġri kuljum, bi ftit jew xejn sforz konxju min-​naħa tagħna. Dawn il-​proċessi misterjużi u tal-​għaġeb, li spiss jittieħdu bħala ħaġa fatta, huma parti mill-​għotja li nsejħulha l-​ħajja. F’sens wieħed hija għotja li tistaʼ tissejjaħ mirakoluża.

Ikkunsidra l-​proċess tat-​tnissil u tat-​twelid tal-​bniedem. Għalkemm il-​ġisem normalment jirrifjuta tessuti barranin, il-​ġuf jagħmel eċċezzjoni għal bajda fertilizzata. Minflok ma jirrifjuta lit-​tarbija mhix imwielda li qiegħda tikber bħala waħda mit-​tessuti barranin, imantniha u jipproteġiha sakemm tkun lesta biex toħroġ bħala tarbija. Mingħajr l-​abbiltà tal-​ġuf li jagħmel din l-​eċċezzjoni kruċjali għar-​regola taʼ li jirrifjuta tessuti barranin, it-​twelid uman kien ikun impossibbli.

Xorta waħda, il-​ħajja għal tarbija li għadha kif twieldet kienet tkun qasira li ma kienx għal żvilupp li jseħħ fil-​ġuf meta tarbija mhix imwielda jkollha biss madwar erbaʼ xhur. F’dak iż-​żmien tibda terdaʼ sabagħha l-​kbir, u b’hekk teżerċita l-​muskoli li iktar tard igħinuha biex tiġi mżoqqa minn sider ommha. U din hi biss waħda mill-​ħafna kwistjonijiet taʼ ħajja jew mewt li jiġu solvuti ferm qabel it-​twelid taʼ tarbija.

Meta tarbija mhix imwielda tkun fil-​ġuf, hemm toqba fil-​ħajt tal-​qalb tagħha. Din it-​toqba, madankollu, tagħlaq b’mod awtomatiku fit-​twelid. Barra minn hekk, reċipjent kbir tad-​demm li jevita lill-​pulmuni waqt li t-​tarbija mhix imwielda tkun fil-​ġuf b’mod awtomatiku jiċkien ferm fit-​twelid; id-​demm issa jmur fil-​pulmuni, fejn jistaʼ jiġi ossiġenat meta t-​tarbija tieħu l-​ewwel nifs tagħha.

Dan kollu huwa biss il-​bidu. Matul il-​ħajja, sensiela taʼ sistemi ddisinnjati b’mod eleganti (bħalma hi s-​sistema respiratorja, is-​sistema ċirkolatorja, s-​sistema nervuża u s-​sistema endokrina) se jwettqu u jikkordinaw il-​funzjonijiet tagħhom b’effiċjenza li tbellah lill-​fehma tal-​bniedem—kollox biex tiġi mtawla l-​ħajja. Mhux taʼ b’xejn li kittieb tal-​qedem qal b’referenza għal Alla: “Jien se nfaħħrek għaliex b’mod li jnebbaħ il-​biżaʼ jien magħmul b’mod tal-​għaġeb. Xogħlijietek huma tal-​għaġeb, bħalma ruħi taf sewwa.”—Salm 139:14.

Biċ-ċar, il-​kittieb taʼ dawk il-​kelmiet sbieħ ma kienx jemmen li l-​ħajja saret sempliċement b’kombinazzjoni jew aċċidentalment jew ġiet bl-​evoluzzjoni. Kieku dak kien il-​każ, ma kien ikollna ebda obbligi jew responsabbiltajiet reali inkwantu għal kif għandna nużaw il-​ħajjiet tagħna. Madankollu, il-​mekkaniżmi tal-​ħajja jirriflettu b’mod ċar id-​disinn, u d-​disinn jitlob disinnjatur. Il-​Bibbja tagħtina dan il-​prinċipju: “M’għandniex xi ngħidu, kull dar hija mibnija minn xi ħadd, imma dak li bena kollox hu Alla.” (Ebrej 3:4) Huwa għalhekk vitali li ‘nkunu nafu li Jehovah huwa Alla. Huwa hu li għamilna, u mhux aħna nfusna.’ (Salm 100:3) Iva, il-​ħajja hija iktar minn kumbinazzjoni sabiħa; hija għotja mingħand Alla nnifsu.—Salm 36:9.

Peress li dan hu l-​każ, x’obbligi għandna lejn id-​Donatur tal-​ħajja? Kif jistenna minna li nużaw il-​ħajjiet tagħna? Dawn u mistoqsijiet relatati se jiġu kkunsidrati fl-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja