LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 12/1 p. 6
  • Il-Kristjaneżmu u n-Negozju tal-Irsiera

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kristjaneżmu u n-Negozju tal-Irsiera
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Materjal Simili
  • Il-Ħsad tal-Kristianeżmu fl-Afrika
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • “Kontu Mixtrijin bi Prezz”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Dak li l-Kristjaneżmu Żeraʼ fl-Africa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ħelsien mill-​iskjavitù—Fl-​imgħoddi u issa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 12/1 p. 6

Il-Kristjaneżmu u n-Negozju tal-Irsiera

MATUL is-​seklu 19, missjunarji Kattoliċi Protestanti ingħaqdu flimkien biex jopponu l-​bejgħ tal-​irsiera. Mandankollu il-​pożizzjoni tagħom ma kinetx hekk minn dejjem. Fis-​sekli taʼ qabel, huma approvaw u pparteċipaw fil-​bejgħ tal-​irsiera minkejja s-​sofferenza orribbli li dan ġab miegħu.

Il-missjunarji bdew ġejjin fil-​kosta tal-​Lvant kif ukoll fil-​kosta tal-​Punet tal-​Afrika meta r-​rotta tan-​negozju bil-​baħar madwar il-​Cape of Good Hope ġiet skoperta fis-​seklu 15. Wara tliet sekli, madankollu, ix-​xogħol missjunarju fl-​Afrika kien kważi wasal fit-​tmiem. Kien hemm ftit nies Afrikani li kkonvertew. Raġuni waħda għal dan il-​falliment kien l-​indħil tal-​Kristjaneżmu fil-​bejgħ tal-​irsiera. C.P. Groves jispjega f’The Planting of Christianity in Africa:

“Kien hemm ħafna li b’mod attiv kienu nvoluti fil-​bejgħ tal-​irsiera u dan kien jakkumpanja lill-​missjoni Kristjana u ma kienx meqjus bħala inkorrett. Tabilħaqq, l-​istess missjoni kellha l-​irsiera tagħha stess; monasteru Ġiżwita f’Loanda [issa Luanda, il-​kapitali taʼ Angola] kien imdandan bi 12,000 minnhom. Meta l-​bejgħ tal-​irsiera ġie żviluppat bejn Angola u l-​Brażil, l-​isqof taʼ Loanda, fuq siġġu tal-​ġebel ħdejn il-​moll, tefaʼ l-​barka episkopali tiegħu fuq it-​tagħbija li kienet se tħalli l-​port, billi wigħedhom feliċità futura meta l-​provi ħorox tal-​ħajja jkunu ntemmu.”

Missjunarji Ġiżwiti ma qajmu l-​ebda “oġġezzjoni kontra l-​iskjavitù

tas-suwed,” jikkonferma C.R. Boxer kif ġie kkwotat fil-​Ktieb Africa from Early Times to 1800. Fil-​Luanda, qabel ma l-​irsiera kienu jitilgħu fuq bastimenti fi triqthom lejn kolonji Spanjoli u Portugiżi, iżid Boxer, “kienu jittieħdu lejn knisja fil-​qrib ... u hemm jiġu mgħammdin mill-​kappillan fi qtajja taʼ mijiet kull darba.” Imbagħad, wara li jiġu mbexxin bl-​“ilma mbierek,” l-​irsiera jintqalilhom: “Ħarsu, intom diġà sirtu wlied Alla; sejrin lejn art l-​Ispanjoli fejn se titgħallmu l-​affarijiet tal-​Fidi. Taħsbux iktar dwar minn fejn ġejtu ... Morru b’rieda tajba.”

M’għandniex xi ngħidu, il-​missjunarji tal-​Kristjaneżmu ma kinux waħedhom f’li japprovaw il-​bejgħ tal-​irsiera. “Sal-​aħħar nofs tas-​seklu tmintax,” jispjega Geoffrey Moorhouse fil-​ktieb tiegħu The Missionaries, kienet xi ħaġa li qed issir fil-​biċċa l-​kibra tad-​dinja.” Moorhouse isemmi l-​eżempju ta, missjunarju Protestant fis-​seklu 18 Thomas Thompson, li kiteb fuljett intitolat The African Trade for Negro Slaves Shown to Be Consistent With the Principles of Humanity and With the Laws of Revealed Religion.

Minkejja dan, bil-​parteċipazzjoni tiegħu l-​Kristjaneżmu għandu sehem mir-​responsabbiltà għat-​tbatija terribbli li ġiet mitfugħa fuq miljuni taʼ rsiera Afrikani. “Barra minn dawk l-​irsiera li mietu qabel ma ħallew l-​Afrika,” tistqarr The Encyclopeadia Britannica, “12 1/2% intilfu matul il-​vjaġġ lejn il West Indies; fil-​Ġamajka mietu 4 1/2% waqt li kienu fil-​portijiet jew qabel il-​bejgħ tagħhom u terz minnhom waqt it-​‘taħriġ.’”

Dalwaqt Alla Jehovah se jsejjaħ biex jagħtu kont kemm lill-​Kristjaneżmu kif ukoll lil forom oħra taʼ reliġjon falza għall-​atti terribbli kollha taʼ tixrid taʼ demm li huma kienu aċċettaw jew saħansitra bierku.—Rivelazzjoni 18:8, 24.

[Stampa f’paġna 6]

Stampa tal-​mod taʼ kif l-​irsiera kienu ppakkjati f’bastiment li kien iġorr l-​irsiera

[Sors]

Schomburg Center for Research in Black Culture/The New York Public Library/Astor, Lenox and Tilden Foundations

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja